Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum Tiżdied il-kwota tat-tonn fil-gaġġeġ Maltin - potenzjal ta' żieda ta' €25 miljun fl-ekonomija Il-Gvern ħabbar li se tiżdied il- kwota tat-tonn fil-gaġġeġ Maltin wara li din giet approvata mill- Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt, iż-żieda approvata abbażi tar-regolamenti attwali hi ta' 1,474.492 tunnellata li se twassal għal total ta' 10,260.492 tunnellata ta' ammont massimu ta' ħut li jista' jidħol fl-irziezet tat-tonn f 'Malta għall-istaġun tat- tonn 2021. Fi stqarrija l-Federazzjoni Maltija tal-Produtturi tal- Akwakultura, l-FMAP sostniet li din iż-żieda se tkun kapaċi li ttejjeb l-esportazzjoni tat-tonn bi kwazi 15%, ekwivalenti ghal €25 miljun aktar lejn l-ekonomija tal- pajjiż. Il-Kap Ezekuttiv tal-FMAP Charlon Gouder innota li din l-aħbar "hija turija tax-xogħol kbir li l-Gvern, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura u l-operaturi rappreżentanti mill- istess Fenedazzjoni qed jagħmlu biex itejjbu r-reputazzjoni tal- industrija fil-pajjiż u dan bl- introduzzjoni ta' aktar miżuri u mekkaniżmi li jsażżu l-kontabilità u t-trasparenza." Il-Ministru tasl-Biedja u Sajd Anton Refalo sostna illi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tilqa' t-talba għal żieda "tagħti nifs ġdid lis-settur tat- tonn, li hu settur importanti ħafna għal pajjiżna, speċjalment f 'dawn iż-żminijiet diffiċli." Tnejn arrestati wara sejba ta' MDMA, eroina u amfetamina Raġel ta' 37 sena u mara ta' 41 sena, it-tnejn mill-Ungerija, ġew arrestati mill-Pulizija tal- Iskwadra ta' Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), wara li nqabdu b'ammont ta' droga, lesta għat-traffikar. Wara jiem ta' investigazzjonjiet u osservazzjoni fuq importazzjoni tad-droga, ilbieraħ, għal xil- 11:00 a.m, il-Pulizija daħlu ġo dar f 'Birżebbuġa u waqt tfittxija nstabet sustanza suspettata droga eroina u MDMA, lesta biex tiġi ttraffikata, kif ukoll sustanza suspettata amfetamina. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal xil-11:30 a.m quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke akkużati b'importazzjoni, pussess u traar tad-droga, tixħim u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija, fost oħrajn. Fi tmiem din il-ġimgħa aktar ġenituri ta' tfal taħt is-16-il sena u ta' tfal b'diżabbilta' severa rċevew il-benefiċċju temporanju tal-Covid minħabba l-egħluq tal-iskejjel. Fil-fatt sal-bieraħ, ħabbar il-Gvern, kienu tħallsu 594 familja minn fost 732 applikant li kellhom l-applikazzjoni tagħhom maħduma sa issa. Dan ifisser li 81% ta' dawk li applikaw qed jirriżultaw eleġibbli u jitħallsu. Il-gazzetta ILLUM kienet fuq quddiem b'rappurtaġġ ta' ġenituri li kienu ħosbiena lejliet l-għeluq tal-iskejjel hekk kif l-għajnuna li kienet diġà ingħatat is- sena l-oħra ma kinitx qed tiġi garanitita, fid-dawl tal-fatt li wħud ma kinux qed jitħallew jaħdmu mid-dar mill- impjegaturi tagħhom. Bil-pagament ta' tmiem din il-ġimgħa, l-ispiża se tkun telgħet għal €232,524 li meta imbagħad tgħodd il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li se titħallsilhom ukoll, in-nefqa taqbeż il-€258,000. Sadattant qed ikomplu japplikaw aktar ġenituri fejn in-numru tal-applikanti issa laħaq l-1,261. Dan ifisser li sa issa inħadmu 52% tal-applikazzjonijiet li daħlu waqt li l-kumplament qed ikomplu jinħadmu ta' kuljum sabiex kull min hu eleġibbli jirċievi l-benefiċċju malajr kemm jista' jkun. Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tenna li dan il-Gvern se jibqa' jassisti lill-familji sakemm hemm bżonn, "kif dejjem għamel tul iż-żminijiet. B'dan il-mod se nkomplu nwettqu ġustizzja soċjali, għaliex aħna Gvern tan-nies u għan-nies." Skont l-iskema imħabbra mill- Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, il-benefiċċju se jkun qed jitħallas sal- Ġimgħa 9 ta' April. Iżda jekk ir-restrizzjonijiet li kienu tħabbru fl-10 ta' Marzu, speċjalment l-egħluq tal-iskejjel, jiġu estiżi wara l-11 ta' April, il-benefiċċju jibqa' jitħallas skont il-ħtieġa. Għeluq tal- iskejjel: 1,261 ġenitur japplikaw għall- għajnuna għax ma jistgħux imorru għax-xogħol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021