Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 ibatu ta' vera' - il-futur li qed jinkwieta lill-GWU u l-UĦM li jista' jsostni l-impjieg tagħhom," qal Josef Vella. Minkejja li ma semmiex l-istess tip ta' soluzzjoni s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, jirrifletti l-istess ħsieb. "Il-biża' tagħna huwa x'se jiġri fil-futur. Għalissa mexjin b'xi mod imma meta l-Gvern iwaqqaf is-Suppliment tal-Paga x'se jiġri? Dan irrdu naraw," jisħaq Bugeja. Huwa fakkar li l-irkupru se jkun aktar bil-mod, "għalhekk aħna favur ħafna d-Digital Green Pass." Huwa temm jgħid li l-inċertezza ta' bħalissa hija "problema kbira." Mhux kullimkien l-istess: Fejn tilfu ħafna xogħol u fejn żiedu Bugeja qal lil din il-gazzetta illi s-sitwazzjonijiet fil-qasam tax- xogħol huwa kontrastanti, fejn f 'postjiet ix-xogħol baqa' għaddej u f 'każi oħrajn naqas ħafna - kif fil-fatt diġà kkonfermaw ukoll ma' din il-gazzetta Joseph Farrugia mill-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem u anke Abigail Mamo mill-Kamra tal-SMEs. Is-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja sostna illi l-manifattura, il-qasam finanzjarju u negozji marbutin mal-bejgħ tal- elettroniċi - per eżempju - baqa' għaddej, għalkemm naturalment ikun hemm differenza minn kumpanija għall-oħra. L-aktar setturi li sejrin ħażin huma l-ospitalità, avjazzjoni u dawk li joffru servizzi anċillari - fosthom jgħid li kien hemm tnaqqis qawwi fil-bejgħ mill- pitkalija u tnaqqis kbir ukoll fil- bejgħ tal-ħalib kif ukoll il-bejgħ ta' luminati u birer. Dan kollu minħabba tnaqqis kbir f 'dak li jirrigwarda domanda, minħabba t-turiżmu - li fisser aktar minn żewġ miljun persuna li ma ġewx pajjiżna u ma kkunsmawx. Anke s-settur tal-produzzjoni tal-make-up ħa daqqa qawwija, jispjega Bugeja li qal ukoll illi kellek ċaqlieq f 'ħaddiema tal- kuntratturi, per eżempju dawk li joffru sigurtà. Mill-ajruport u lukandi, bosta intbagħtu jaħdmu f 'ċentri tas-saħħa u l-Isptar. 'Mossa kerha jekk wara l-11 ta' April niġu mingħajr miżuri' Vella saħaq illi apparti l-ħaddiema qed ikunu "ibbumbardjati" b'telefonati ta' pensjonanti inkwetati li għadhom ma ħadux il-vaċċin kontra l-Covid-19. "Għandek ħaddiema wkoll li huma frontliners li għadhom ma ħadux it-tilqim u hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li anke jekk ikollna lockdown sħiħ iridu joħorġu jaħdmu. Hemm bżonn ikun hemm pjan ċar ta' meta dawn se jkunu qed jieħdu l-vaċċin," sostna Vella. Huwa sostna wkoll li l-ippjanar huwa importanti fejn jirrigwarda l-vaċċinazzjoni ta' ħaddiema fl- istess post tax-xogħol hekk kif, skont Vella, "kellna każi kumpaniji li kważi ġew għalkopptejhom minħabba leave tal-mard, wara l-għoti tal-vaċċin. Għalhekk qed nappellaw biex jitqassmu." Huwa wera' dubji serji kemm wara l-11 ta' April se nerġgħu mmorru lura għan-normalità assoluta, qisu qatt ma kien xejn. "Huwa vera li negozji żgħar ma jifilħux wisq aktar, imma jekk nitfgħu l-isptar fi kriżi akbar milli diġà hu, jista' jkollna sitwazzjoni li mhux sostenibbli," saħaq Vella. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers temm iwissi li tkun "mossa kerha jekk wara l-11 ta' April niġu bla miżuri." Fil-fatt dwar dan is- Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci diġà ħabbret illi l-Gvern qed ifassal pjan ta' kif se jinħallu l-miżuri kurrenti wara l-11 ta' April - miżuri li saru propju biex jaqtgħu l-attivitajiet fil-jiem tal-Għid. Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UHM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021