Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

MARIANNA CALLEJA Ftit tal-jiem ilu tajna l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Ramiro Mallia fil- Knisja Kolleġġjata ta' San Ġorġ, Ħal Qormi. Iż- żagħżugħ ta' 19-il sena kien għeleb il-marda tal-kanċer ta' eta żgħira u wara qatta żogħżitu jqajjem kuxjenza dwar il-fondazzjoni Puttinu Cares. Qabel ħalliena, Mallia kien qed jaħdem fuq inizjattiva li permezz tagħha, il-pubbliku seta' jixtri l-figolli u fl-istess ħin jgħin lil din il-fondazzjoni. Ramiro Mallia u l-Puttinu Cares Ramiro ġie deskritt minn bosta bħala żagħżugħ altruwist u li jfittex dejjem li jgħin lill- oħrajn. Tant hu hekk li sigħat qabel ma' tilef ħajtu, Mallia kiteb fuq Facebook bl-għan li jħeġġeġ lin-nies jixtru l-figolli, bil-flus imorru b'risq Puttinu Cares. Ix-xewqa tiegħu xorta baqgħet ħajja wara mewtu tant li sa nhar it-Tlieta li għadda kellhom jieqfu jittieħdu l-ordnijiet tal- figoli għax t-tim responsabbli minn din l-inizjattiva sab ruħu maħkum b'numru ta' ordnijiet. Bil-kollaborazzjoni ma' David's Bakery, il-pubbliku seta' jixtri l-figolli għal-prezz ta' €7 u l-flus imorru kollha għal Puttinu Cares. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' George Debono, il-persuna responsabbli mit-tim li qed jaħdem fuq din l-inizjattiva. Debono spjega li fis-snin ta' qabel kien isir 'Cake Sale' fejn numru ta' persuni kienu jaħmu l-kejkijiet u wara jbiegħuhom fuq iz-znieter tal-knejjes. Ramiro Mallia kien wieħed minn dawk li kienu stazzjonati, Ħal Qormi, quddiem il-knisja ta' San Ġorġ. Din is-sena l-attività kellha tiġi mħassra minħabba l-miżuri l-ġodda tal-COVID-19 u minflok bdiet l-inizjattiva tal- figolli. 'Ejjew inkomplu fuq il-passi ta' Ramiro Mallia' - Josef Masini Vento Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ħa d-deċiżjoni li jkompli fuq il-passi ta' Ramiro Mallia u jkompli jgħin b'din l-inizjattiva. Is-Sindku ta' din il- lokalità, Josef Masini Vento spjega lil din il-gazzetta li l-Kunsill offra l-post fejn jinġabru l-figolli jew il-bajd tal-Għid. Mit-Tnejn sal-Ħamis, il- bini tal-Kunsill Lokali f 'Ħal Qormi stess kien miftuħ għad- donazzjonijiet tal-pubbliku. Dawn imbgħad inbiegħu fil- Ġimgħa l-kbira mill-Mosta Technopark. Il-qliegħ kollu sintendi mar għal-Puttinu Cares. Fejn imorru l-flus miġbura minn Puttinu Cares? Puttinu Cares, fuq il- websajt tagħha, tispjega li d-donazzjonijiet li jinġabru jmorru kollha għall-ħolma tagħha. Din il-ħolma hi "li tiġi ġurnata meta l-ebda pazjent u l-familja tiegħu, li jkunu qed jingħataw trattament barra l-pajjiż, ma jkollhom iħallsu għall- akkomodazzjoni." Fil-preżent, il-fondazzjoni diġà qed taħdem biex din il- ħolma issir realtà tant li għandha f 'idejha 25 binja f 'Sutton, Londra. 19-il binja minnhom huma mixtrija mill-Puttinu Cares filwaqt li s-sebgħa l-oħra huma mikrija għal €120,000 fis- sena. L-aħħar proġett li qed taħdem fuqu Puttinu Cares hu x-xiri ta' binja fiċ-ċentru ta' Londra li se tiġi tiswa madwar £30 miljun. Puttinu Cares, li ġiet mwaqqfa f 'Ottubru tal-2002, hi fondazzjoni li toffri appoġġ lil pazjenti morda bil-kanċer u l-familja tagħhom. Il-prinċipju ta' solidarjetà hu wieħed b'saħħtu fi ħdan din il- fondazzjoni tant li tiddependi fuq il-karità u l-ġenerożità tal- pubbliku. Matul is-sena Puttinu Cares torganizza numru ta attivitajiet ta' ġbir ta' fondi fosthom, l-akbar avveniment annwali, il- Maratona tal-futbol li s-soltu issir fir-rebbiegħa. Apparti għajnuna finazjarja, Puttinu Cares toffri wkoll appoġġ lill-familji tal-pazjenti. Fil-każ ta' tfal, huma joffru gwida għall-ġenituri sabiex jgħinuhom jiġġieldu din il- battalja ma uliedhom filwaqt li jagħtuhom tama għal-futur aħjar. Infatti l-membri dedikati u voluntiera issibhom jaħdmu id f 'id mal-professjonalisti fis-sala tal-onkoloġija tat-tfal li tinstab fir-Rainbow Ward f 'Mater Dei. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum L-aħħar missjoni ta' Ramiro, bejgħ ta' figolli għal kawża ġusta "Ħallejtna imbikkmin u b'qalbna maqsuma. Żagħżugħ mimli ħlewwa u dejjem bi tbissima. Min qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss 3 snin kellek tħallina hekk ħabta u sabta." - Puttinu Cares

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021