Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362
10 analiżi IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum L-imxija tal-Covid twaqqaf il-ġirjiet bl-Irxoxt; Kieku ma hawnx pandemija, kieku llum diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex jinsabu f'festa biex jiċċelebraw lil Kristu Rxoxt, fost dawn il- Kottonera, pijuniera fiċ-ċelebrazzjonijiet tal- Għid il-Kbir. Għalhekk, f'Ħadd il-Għid, il-gazzetta ILLUM xorta waħda qed tiċċelebra l-festa tal-Irxoxt b'tagħrif dwar it-tliet xbihat u ċ-ċelebrazzjonijiet li wieħed isib fil-Kottonera YENDRICK CIOFFI Il-qniepen qamu jdoqqu moti ferrieħa. Il-bnadar qed iperpru fuq il-bjut. Mill- bogħod kollox jidher normali, iżda malli tersaq lejn it-toroq twal u dritti tal- Kottonera bilkemm tilmaħ ruħ. Ħemda. Bankini vojta. Is-sunnetti mhux neżlin. Il-banda ma tinstemax. Lanqas tfal bil-bajd u l-figolli ma jidhru. Il-bieb prinċipali tal-Kolleġġjati tal-Kottonera baqa' magħluq għax l-Irxoxt mhux ħiereġ, għat-tieni sena konsekuttiva. Iżda dan ma jbiddel xejn mill-fatt li llum huwa l-Għid il-Kbir, l-akbar solennità tal-Knisja. Għalhekk, il-gazzetta ILLUM xorta waħda, kif tagħmel kull sena, għażlet li tiċċelebra l-Irxoxt u se tagħmel dan billi tħares lejn ix-xbihat ta' Kristu Rxoxt li wieħed isib fi tlett ibliet tal-Kottonera, fejn il-kult tal-Ġimgħa Mqaddsa u tal-Irxoxt, imorru lura mijiet ta' snin. Fil-fatt, kieku ma hawnx pandemija, minkejja li l-ibliet tal-Kottonera jmissu ma' xulxin, ikunu għaddejja tliet festi fl- istess ħin. Kważi kważi, jekk tkun Bormla, se tisma' l-baned idoqqu kemm fl-Isla u anke fil-Birgu. Saħansitra meta l-Irxoxt ta' Bormla jkun wasal fiż-żona magħrufa tax- Xgħajra u meta l-Irxoxt tal-Birgu jkun tela' jiġri minn Triq il-Mina l-Kbira, iż-żewġ xbihat kważi kważi jiltaqgħu. Għall-Bormliżi, il-Ġirbin u s-Sengleani, il-festa tal-Irxoxt hija wisq għal qalbhom. Fil-fatt, tista' tgħid li mill-mument li l-Irxoxt jixref fil-bieb tal-knisja, jingħata totalment f 'idejn in-nies, li jiġru bih u jifirħu b'dawn ix-xbihat li wara kollox ifakkru fil-qofol tat-twemmin Nisrani. Bħal ma ġara fil-każ tal-Belt Valletta, l-imħabba għall-festa u l-purċissjoni tal-Irxoxt waslet fil-Birgu bis-saħħa tal-Griegi li kienu waslu Malta mal-Kavallieri minn Rodi u li kienu ngħataw tliet knejjes f 'din il-belt. Meta dawn il- Griegi Kattoliċi telqu lejn il-Belt il-ġdida Valletta, il-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt baqgħet tiġi organizzata mill-Parroċċa ta' San Lawrenz. Bħal dak ta' Bormla, anke l-Irxoxt tal-Birgu kien joħroġ fil- lejl ta' bejn Sibt il-Għid u Ħadd il- Għid jew inkella kmieni mas-sebħ ta' Ħadd il-Għid, wara li jindaqq il-Pater Noster fl-4am. Interessanti dak li kien iseħħ fil-Birgu. Fil-fatt, matul is-sena, l-ewwel statwa tal-Irxoxt fil- Birgu kienet tinżamm fil-Knisja tal-Karmnu. F'Sibt il-Għid, din kienet tinħareġ f 'purċissjoni akkumpanjata mill-banda Duke of Edinburgh sal-knisja parrokjali ta' San Lawrenz. Madanakollu, fl-1936, il- Konċilju reġjonali kien waqqaf il-purċissjoni tas-Sibt u l-Irxoxt beda jinħareġ biss f 'Ħadd il-Għid. L-istatwa tal-Irxoxt tal-Birgu li naraw illum tnaqqxet fl-injam mill-iskultur famuż Malti Salvu Psaila, li fost oħrajn ħadem l-istatwa ta' Santa Elena ta' Bla dubju ta' xejn, l-Irxoxt ta' Bormla huwa wieħed mill-aktar popolari kemm minħabba s-sbuħija ta' din ix-xbieha li hija wisq għal qalb il-Bormliżi u anke għall-festa kbira li tiġi ċċelebrata f 'Bormla. Tant hu hekk li dan l-Irxoxt huwa mlaqqam ukoll bħala "l-Irxoxt tal-Maltin." L-istatwa tal-Irxoxt ta' Bormla ġiet imnaqqxa fl-injam fl-1741, jiġifieri 280 sena ilu. Din kienet irregalata lill-Arċikonfraternità tal-Kurċifiss imwaqqfa fil-Kolleġġjata ta' Bormla u li kienet wara l-kult antik tal-Ġimgħa Mqaddsa f 'din il- Belt. Fil-fatt, l-istatwa kien ġabha minn Napli l-Kaptan Andrea Scarinù għall-ħabib tiegħu, li kien kaptan ukoll, Celestino Sacco. Kien Sacco li ppreżenta din il-vara lill-Fratellanza. Minkejja dan, l-iskultur ta' din l-istatwa mhuwiex magħruf. Madanakollu, minn studji li saru fuq din l-istatwa, meta ġie rrestawrat sentejn ilu, irriżulta li jista' jagħti l-każ li din l-istatwa hija xogħol Spanjol. Fil-fatt, l-istatwa, anke t-teknika u l-istil tagħha, hija simili għal statwi u skulturi oħra li ħadem l-iskultur Francisco Salzilli, li għex bejn l-1701 u l-1783. Dwar dan għad irid isir aktar studji. Bla dubju, din hija waħda mill-isbaħ xbihat tal-Irxoxt li nsibu f 'Malta. Kristu Rxoxt jidher imtajjar 'il fuq, b'idejh miuħa u f 'id minnhom qed iżomm palma tal-fidda, simbolu tar-rebħa ta' Kristu fuq il-mewt. L-Irxoxt jistrieħ fuq qabar tal-injam irħamat. Ħdejn saqajh, tidher il-blata tal-qabar miuħa. Din kienet inħadmet fil-fidda fuq disinn tal- artist Bormliż Abram Gatt. Meta wieħed iħares lejn dan l-Irxoxt, jinnota li huwa mdawwar bi tnax-il fanal tal-fidda. Imma għaliex għandu bżonn il-fanali jekk jinħareġ filgħodu? Vera, imma ma jfissirx li minn dejjem kien hekk. Fil-fatt, żmien ilu, din l-istatwa kienet tinħareġ għall-ħabta tal-4am jew il-5pm ta' filgħodu, immedjatament wara li tintemm il-Quddiesa tal-Vġili tal-Għid. Għall-ġirjiet bl-Irxoxt, lill-Bormliżi ma jirbħilhom qatt. Fil-fatt, il-ġirja bl-Irxoxt issir diversi drabi, anke fit-tlajja iebsa tal-Belt Cospicua. Għal dawn il-ġirjiet, l-Irxoxt, minn fuq l-ispalla, jitniżżel fuq l-idejn u fi tmiem il- ġirja, ir-reffiegħa jgħollu lill-Irxoxt fuq l-idejn. Jingħad ukoll li kienu l-Bormliżi li reġgħu bdew it-tradizzjoni tal-ġirja bl-Irxoxt wara l-gwerra, wara li dawn kienu ġew ipprojbiti fis-snin ta' qabel. Skont l-istoriku, JF. Porsella Flores, meta wara l-gwerra, il-ħajja bdiet ġejja lura għan-normal, il-purċissjonijiet reġgħu bdew isiru. L-ewwel waħda bl-Irxoxt saret f 'Bormla fl-1945. Fil-fatt, jidher li f 'dik il-purċissjoni kien inqala' xi it diżgwid meta kien hemm saċerdoti li ma xtaqux il-ġirja, imma l-Bormliżi għamlu ta' rashom. Il-kelma kienet ġriet daqs l-Irxoxt u la l-Bormliżi ġrew, il-Ġirbin ma baqgħux lura u anke huma reġgħu bdew din it-tradizzjoni. Fl-aħħar snin, fuq din l-istatwa importanti, sar xogħol ta' restawr u konservazzjoni, li tħalla f 'idejn il-kumpanija Altelier del Restauro. Fost oħrajn, ix-xogħlijiet kienu jinkludu interventi fuq is-swaba' tal-Irxoxt u anke tneħħew passati żejda ta' żebgħa minn fuq is-sider u x-xagħar. It-tindif li sar fuq l-istatwa, fost interventi oħra, ħareġ mill-ġdid is-sbuħija ta' din l-istatwa u l-kuluri tagħha. L-Irxoxt ta' Bormla, l-Irxoxt tal-Maltin L-Irxoxt tal-Birgu ... kien RITRATT: IL-WILL PHOTOGRAPHY