Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Republic Street, Valletta The Cross Pharmacy, Ħamrun St. George's Pharmacy, Qormi Mackie's Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà J.V.'s Pharmacy, Swieqi Wales Pharmacy, Sliema Medica Pharmacy, Balzan Santa Margherita Pharmacy, Mosta Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Parkes Pharmacy, San Pawl il-Baħar Maddalena Pharmacy, Santa Luċija Vittoriosa Pharmacy, Birgu May Day Pharmacy, Żabbar Beta Pharmacy, Għaxaq Qrendi Pharmacy, Qrendi Menelo Pharmacy, Siġġiewi Imtarfa Pharmacy, Mtarfa Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Tony's Pharmacy, Marsalforn, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Pjuttost imsasħħab Viżibilità Tajba Riħ Xlokk il-Lvant forza 5 li jdur mil-Lvant forza 4 għal 5 u jsir forza 4 mal-lejl Baħar Moderat L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Xlokk forza 5 lokalment forza 5 għal 6 lejn in-Nofsinhar ta' Malta li jsir Xlokk il-Lvant Baħar Ħafif għal moderat Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit , soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 367210, Permit No. 89/2021 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 23 ta' April 2021 fis-13:00 hrs. Sitt kmamar tal-aħbarijiet jingħaqdu kontra l-ikkriminalizzar ta' stejjer ta' interess pubbliku Sitt Kmamar tal-Aħbarijiet - fosthom dik tal-gazzetta ILLUM - esprimew tħassib serju għad-deċiżjoni ta' Maġistrat li takkuża lil ġurnalisti b'disprezz lejn il- Qorti fuq il-publikazzjoni ta' stejjer li ċertament huma ta' interess pubbliku. Il-Maġistrat Rachel Montebello s-sena l-oħra ordnat li kmamar tal-aħbarijiet ma jirrapportawx stejjer li huma relatati ma' data meħuda mill-mowbajl ta' Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Din l-ordni kienet intenzjonata sabiex il-proċeduri ma jkunux influwenzati. Minn dakinhar, e Times of Malta ippubblikat numru ta' stejjer li l-Maġistrat tisħaq li jagħmlu referenza diretta lejn il-messaġġi ta' Fenech. Minkejja dan, dawn l-istejjer ma kinux marbutin mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, imma kienu kollha relatati ma' atti minn uffiċjali pubbliċi li jistħoqqilhom azzjoni fil-ħin u li l-pubbliku kellu kull dritt ikun infurmat dwarhom. L-interpretazzjoni illi dawn l-istejjer kienu qed jippreġudikaw il-każ ta' Fenech ifisser li kwalunkwe stejjer dwar Fenech ma jistgħux jiġu ppubblikati, anke jekk huma ta' interess pubbliku. Fenech kien negozjant prominenti involut f 'diversi ehim ta' interess pubbliku b'rabtiet mill-qrib mal-klassi politika. Il-ġurnalisti ma għandhomx l-aċċess għall-evidenza in kwistjoni u allura huwa impossibbli għalina li nivverifikaw jekk informazzjoni ħarġitx mid-dokument jew minn sorsi oħra. Din il-projbizzjoni hija problematika u tfixkel mill- libertà tal-informazzjoni ta' ċittadini li qed iħallsu t-taxxi - li għandhom dritt ikunu jafu jekk uffiċjali pubbliċi humiex qed jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom. Il-gazzetta Maltatoday ukoll qed tiffaċċja proċeduri simili u bħalissa għaddejja investigazzjoni fil-konfront ta' pubblikaturi oħrajn - jiġifieri din il-kwistjoni qed taffetwa lid-dinja tal-midja kważi kollha. Li stejjer simili jiġu kriminalizzati huwa l-oppost ta' dak li għandha bżonn Malta bħalissa, fiż-żmien fejn l-istituzzjonijiet finalment qed jieħdu azzjoni wara ħames snin ta' nuqqas ta' azzjoni. Filwaqt li huwa pertinenti li wieħed jinnota li l-proċeduri qed isiru fuq artikli li inkitbu b'riskji fuq il- whistleblowers u l-ġurnalisti, huwa inkwetanti wkoll li l-maġistrat li qed tippresjedi fuq il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia tiddeċiedi li tagħlaq ħalq ir- raba' pilastru tad-demokrazija, filwaqt li tagħti l-komfort lil uffiċjali pubbliċi li abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom. Il-Kmamar tal-Aħbarijiet firmatarji jixtiequ jirrijaffermaw il-ħeġġa tagħhom biex jibqgħu jfittxu l-verità u jinfurmaw lill-qarrejja, minkejja r-riskji u t-theddid magħmulin kuljum. Din l-istqarrija hija iffirmata minn dawn il- pubblikazzjonijiet: ILLUM, Lovin Malta, Malta Independent, MaltaToday, Newsbook, e Shi News and Times of Malta. Yorgen Fenech