Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Meta l-istat jinkoraġixxi l-evażjoni tat-taxxa F 'indirizz li għamlet nhar it-Tnejn liċ-Chicago Council on Global Affairs, Janet Yellen, Segretarju għat-Teżor tal-Istati Uniti, ip- preżentat l-argument favur taxxa minima applikabbli għall-korporazzjonijiet mul- tinazzjonali fuq livell globali, irrispettiva- ment minn fejn huma bbażati. Proposta ta' din ix-xorta, kif rappurtat min-New York Times, ikollha s-saħħa li żżomm lil dawn il-kumpaniji milli jċaqilqu l-profit- ti tagħħom minn post għall-ieħor biex jevadu l-ħlas tat-taxxi dovuti minnhom. Meta jitnaqqsu it-taxxi biex tinġbed l-industrija u n-negozju, emfasizzat Ms Yellen, hemm is-sogru li mmissu l-qiegħ: fejn ser tieqaf? Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Il- kompetittività mhiex biss kif kumpanija tmur fil-konfront ta' kumpaniji oħra. Hi wkoll il-mod li bih nassiguraw li l-gvernijiet ikollhom sistemi ta' ġbir ta' taxxa li jkunu stabbli b'mod li jistgħu jiġbru biżżejjed fondi x'jinvestu f 'servizzi publiċi u jkunu f 'posizzjoni li jirreaġixxu fi żmien ta' kriżi. Hu meħtieġ li ċ-ċittadini bejniethom jerfgħu b'mod ġust il-piż tal-finanzjament tal-gvern." Din il-materja hi diġa fuq l-agenda tal-Unjoni Ewropeja. Hi opposta b'qawwa minn Malta, il-Lussimburgu, l-Irlanda u pajjiżi oħrajn. L-argument dwar l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni hu parti integrali mill-ġlieda kontra l-evażjoni tat- taxxa u l-ħasil tal-flus. Hu ta' sfortuna li Malta (u pajjiżi oħrajn) repetutament abbużat mis- sovranità tagħha fuq materji ta' taxxa. Huwa riżultat ta' dan l-abbuż repetut li l-proposta dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa qabdet l-art b'mod li issa hi appoġġata ukoll mill-Istati Uniti tal-Amerka. Malta rmiet il-vantaġġ kompetittiv tagħha billi abbużat minnu repetutament. Il-ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż hi għaldaqstant awto-gol mill- kbar. Malta ma tistax tkun kredibbli fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal- flus jekk ser tibqa' tiffaċilita l-evażjoni tat-taxxa fuq skala internazzjonali. Xi snin ilu il-Grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew kien ippubblika studju intitolat Toxic Tax deals: when BASF's tax structure is more about style than substance. Dan ir-rapport kien żvela kif tul is -snin, il-kumpanija Ġermaniża ġgant tal-kimika BASF kien irnexxielha tevita u tiffranka l-ħlas ta' biljun euro f 'taxxi fuq 4 snin billi użat lill-Malta għal dan l-iskop. Dan sar billi kumpanija sussidjarja ġiet reġistrata f 'Malta u t-taxxi dovuti, għax l-azzjonisti mhux residenti f 'Malta, ħadu lura 6 euros minn kull 7 li kellhom iħallsu f 'taxxa! Il-każ tal-Korporazzjoni Amerikana Apple fl-Irlanda, kif nafu, wassal għall- evażjoni ta' 13-il biljun euro f 'taxxi. L-iskandlu Luxleaks fil-Lussimburgu ukoll wera kif dan il-pajjiż żgħir fost il- fundaturi tal-Unjoni Ewropeja ukoll kien qed jinkoraġixxi l-evażjoni tat-taxxa. Dawn huma ftit mill-eżempji. Bla dubju hemm bosta oħra li s'issa huma moħbija mill-iskrutinju pubbliku. Bħala riżultat ta' dan kollu madwarna għaddejja evażjoni ta' biljuni ta' euro ta' taxxi, kontinwament. Malta, l-Irlanda, il-Lussimburgu u xi pajjiżi oħra jiġbru parti żgħira mit-taxxi dovuti bħala ħlas talli jippermettu din l-evażjoni ta' taxxa fuq skala pjuttost kbira. F'Malta dan kollu kien possibli bħala riżultant tal-hekk imsejjaħ "kunsens nazzjonali" bejn il-PLPN dwar il-qasam finanzjarju. "Kunsens" li ilu fis-seħħ numru ta' snin. Il-ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta li seħħet u għad qed isseħħ bħala riżultat ta' dan kollu, għaldaqstant, ma jġorriex il-Partit Laburista waħdu. Il-Partit Nazzjonalista ukoll għandu resposabbiltà xi jġorr. Għalhekk fuq dawn il-materji in-Nazzjonalisti u l-Labour dejjem iħokku dahar xulxin. Sfortunatament l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus huma ħafna drabi konnessi. Bosta drabi fejn issib waħda issib l-oħra ukoll. It-triq il-quddiem m'għandhiex ikollha impatt fuq is-sovranità fil-qasam tat- tassazzjoni kif determinat mit-trattati Ewropej permezz tal-ħtieġa tal-unanimità f 'materji konnessi mat-taxxa. Imma hemm bżonn urġenti li l-qasam tal- politika fiskali ukoll jinbena fuq prinċipji etiċi b'saħħithom. U mhux dan biss. Għandu jkun assigurat darba għal dejjem li Malta ma tibqax tiddependi minn dħul ġej mill-evażjoni tat-taxxa. Għax id-dipendenza tal-ekonomija Maltija fuq l-evażjoni tat-taxxa (u l-bejgħ tal-passaporti) hi ta' inkwiet kbir għall- pajjiż. L-industrija tal-evażjoni tat-taxxa hi sors ta' dħul kif ukoll ta' impiegi li it-tnejn li huma inevitabilment jintilfu fi żmien qasir. Wasal iż-żmien li nippjanaw għal futur nadif, futur li mhux iktar dipendenti fuq l-evażjoni tat-taxxa. Jason, O Jason! Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM J ason Azzopardi qed jallega li l-Ministru Carmelo Abela allegatament kien wara s-serqa tal-HSBC snin ilu u kien maħsub li se jirċievi €300,000 wara s-serqa u li Abela pprovda fil- mati CCTV tal-binja tal-HSBC u fuq kollox ċ-ċwievet biex jgħin lill-ħalle- lin fis-serqa. Abela qed jiċħad bl-iktar qawwa li hu għamel hekk u apparti dan, ħa passi legali u għamel libell lil Jason. Issa jien ma ngħidx li kapaċi naqra l-karattri kollha tad-dinja u nammetti li xi kultant għamilt ġuddizzju ħażin u ħażin ħafna. Imma jekk Carmelo Abela huwa dak li qed jgħid li hu Jason, jien lest niċħad kollox, nirriżenja minn kollox u nsir eremita x'imkien! Min jaf lil Carmelo Abela mhux biss huwa mistgħaġeb b'dawn l-allegazzjonijiet - iktar minn hekk huwa żbalordit b'allegazzjonijiet ta' dan it-tip fuq Abela! Jason, hija ovvja, li qed jibbaża kollox fuq x'qal Vincent Muscat il-Koħħu fuq dak li qalulu, sar jaf u li ħolom. U ma hemm ebda prova oħra. Jason Azzopardi qed jirriskja, u qed jirriskja bil-kbir! Mhux l-ewwel darba li ġabha żewġ, grazzi għall-fatt li huwa privileġġjat b'messaġġi ta' Yorgen li jaf dwarhom u ħaddiehor ma jafx. Imma hemm drabi oħra, mhux it, fejn mar żmerċ u kien żbaljat. Jaf u naħseb li jaf, li l-kriminali huma l-ħbieb tal-gideb u mhux tal- verità. Jaf ukoll li l-Koħħu, l-aħwa Degiorgio, Melvin euma u anke Yorgen Fenech u x-xhieda kollha l-oħra huma atturi li ħafna drabi jagħtu l-kulur u wisq aktar iżidu u jħarrfu fejn jaqbel lilhom. Jekk Jason jiġi ppruvat li dak li qed igħid huwa minnu mela haqqu l-ikbar medalja. Imma jekk le, ma hemmx kliem biex niddeskrivi s-sitwazzjoni fil- konfront tiegħu. Jekk huwa żbaljat, għax għaġġel jew inkella għax ma ħasibx fil- konsegwenzi fuq Abela u ħaddieħor, mela l-affarijiet ma jistax jibqgħu l-istess! Jekk l-uniku komfort li għandu Jason huma l-kliem ta' Vincent Muscat mela aħjar imur jaħseb fi Pjan B. Għax jekk dak li qal huwa skorett, l-uniċi nies li jkunu jridu li jibqa' fil-Partit Nazzjonalista jkunu dawk li jappoġġjaw lill-Partit Laburista - mhux in-nazzjonalisti, li jafu biċ-ċert li Jason qed igerrex il-vot tan-nofs. Jason O Jason! Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021