Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum Tal-ħwejjeġ, tar-ristoranti, tan-nightclubs, l-isportiv, miżuri? L-ILLUM tistaqsi Hekk kif minn għada jibdew jonqsu l-miżuri u r-restrizzjonijiet imposti fl-aħħar ġimgħat minħabba ż-żieda sostanzjali fil-każi ta' Covid-19, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' persuni minn oqsma u setturi differenti. X'jaħsbu dwarhom? Kuntenti? Stennew xi ħaġa aktar ċara? YENDRICK CIOFFI Minn għada se jerġgħu jiħu l-iskejjel u l-pjan huwa li fis- 26 ta' April jerġgħu jiħu l-ħwienet li mhumiex essenzjali, sakemm is-sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll. Sa issa ma hemm l-ebda indikazzjoni meta se jiħu r-ristoranti, il-bars u stabbilimenti oħra. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' persuni u operaturi minn oqsma u setturi differenti u talbithom reazzjoni dwar il-pjan li ħabbar il-Gvern għar-rilaxx tal-miżuri. Kuntenti? X'kienu qed jistennew aktar? Tħallew fl- għama? 'Aħjar ħmistax oħra milli niftħu f'salt u nerġgħu nispiċċaw b'żieda fil-każi' – Julian Micallef, sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ Il-ħwienet tal-ħwejjeġ u oħrajn jafu li se jkunu qed jiħu l-bibien tagħhom nhar is-26 ta' April. L-ILLUM tkellmet ma' Julian Micallef, sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ, li spjega kif għalkemm it-12 ta' April kienet il-ġurnata tentattiva, kien hemm rassenjazzjoni fost is- sidien li l-ġurnata tal-uħ mill- ġdid kienet se tkun wara. "Aħjar hekk. Inutli niħu f 'salt, jerġa' jkun hawn żieda fil-każi u nerġgħu nispiċċaw fejn konnha. Vera li kontrina qed ngħid, imma dan jagħmel aktar sens forsi l-każi jibqgħu nieżla. Apparti minn hekk se nkunu nistgħu naraw aħjar l-effett tal-iskejjel," insista Micallef. Madanakollu appella biex il-miżuri jkunu japplikaw għal kulħadd għax minkejja r-restrizzjonijiet, hemm ħwienet li kważi qed joperaw b'mod normali, inkluż ħwienet li jbiegħu affarijiet tad-dar u li forsi mhumiex essenzjali. "Dawn huma xorta kaġun tal-imxija u mhux aħna biss," insista. Appella wkoll għal aktar infurzar waqt li semma kif hemm supermarkets, li għandhom sezzjonijiet tal-ħwejjeġ u li dawn xorta waħda qed joperaw. "Il-bqija nħarsu 'l quddiem u nibqgħu p o ż i t t i v i . Almenu għandna ġurnata tentattiva meta se niħu. Naħseb li kienet xi ħaġa essenzjali," temm jisħaq. 'Nieħdu ħsieb xulxin għax ma nistgħux nerġgħu nagħlqu l-iskejjel ... batew l-għalliema, it- tfal u ħafna ġenituri' - Janet Ciantar, għalliema tal-primarja Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Janet Ciantar, għalliema tal-primarja li saħqet mal-gazzetta ILLUM li issa, li fl-aħħar kulħadd fehem li n-numri tal-każi tal-Covid-19 hemm bżonn jinżammu baxxi, kien mument opportun li jiġu rrilaxxati ċertu miżuri u jerġgħu jinfetħu l-iskejjel. "Għat-tfal, l-aqwa tagħlim huwa fil-klassi," saħqet l-għalliema waqt li appellat għal bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa u l-ekonomija. Dwar iż-żmien meta l-iskejjel ikunu magħluqa, Ciantar saħqet li hemm tfal li jbatu u anke ġenituri li jkollhom ilaħħqu kemm mal-lezzjonijiet ta' uliedhom u anke max-xogħol tagħhom. "Hemm ġenituri li ma jistgħux jaħdmu mid-dar u dawn batew aktar," insistiet. "Għalhekk kulħadd għandu jibqa' jaħdem biex in-numri jinżammu baxxi u l-iskejjel jinżammu miuħa u jinżammu l-miżuri kollha biex l-iskejjel ikunu siguri." Insistiet li l-għalliema jixtiequ li jkunu mat-tfal fil-klassijiet. "Dan huwa l-aqwa tagħlim," kompliet tisħaq l-għalliema. "Il-lezzjonijiet onlajn huma bżonn, imma fil-klassi tkun taf x'qed jitgħallmu t-tfal," kompliet tisħaq. Irringrazzjat lill-għalliema kollha li dejjem sabu mezz kif jilħqu lill-istudenti tagħhom. "Intenni li kulħadd hemm bżonn jiġbed ħabel wieħed. Ma naffordjawx li nerġgħu nagħlqu l-iskejjel. It-tfal ma jistgħux jispiċċaw ping-pong bejn l-iskola u d-dar," kompliet l-għalliema. Temmet tappella li jekk il-mira tal-pajjiż hija li f 'Ġunju jinfetaħ għat-turiżmu, għax hekk hemm bżonn għall-ġid ta' ħafna sidien u impjegati, kulħadd irid jaħdem id f 'id. "Ejjew nieħdu ħsieb xulxin," insistiet l-għalliema. 'Nittama li ma ndumux sa Ġunju biex niftħu ... pożittiv għas-sajf' – Alain James Grech, kok u sid ta' ristorant Ir-ristoranti lanqas ma ngħataw indikazzjoni jew data tentattiva meta x'aktarx li se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom mill-ġdid. L-ILLUM tkellmet ma' Alain James Grech, kok u sid ta' ristorant, li saħaq kif ma ħadha b'xejn bi kbira li għalissa se jibqgħu magħluqa. Fakkar kif is-sena li għaddiet, ir-ristoranti kienu fost tal-aħħar li reġgħu fetħu. Madanakollu wera t-tama li sa nofs f 'Mejju, bħas-sena l-oħra, jkunu reġgħu bdew jilqgħu l-klijenti. "Nittama li ma ndumux sa Ġunju biex niftħu," insista Grech, għax fi kliemu, dan jaf ikun tard wisq, anke għax ikun ifisser li r-ristoranti għamlu tliet xhur magħluqa, ħafna minnhom bi dħul kważi ta' xejn. Tenna li Mejju jkun ideali. Madanakollu saħaq li hu pożittiv li fis-sajf se jkollhom siegħa xogħol. Fi kliemu, bil-Maltin, ftit turisti u anke b'għajnuna, bħal vouchers, xi ftit jew wisq ta' nifs se jieħdu. "Nispera biss li meta niftħu, nibqgħu miftuħin u mhux tiġi x-xitwa u nerġgħu nagħlqu," saħaq Grech waqt li wera t-tama li l-vaċċin se jkun qed jgħin ukoll. Anke jekk ikun hawn min jisħaq li d-domestiku mhuwiex biżżejjed, Alain James Grech saħaq li meta r-ristoranti kienu miftuħa, bil-Maltin biss ukoll ċaqlaq ix-xogħol u laħħaq mal- ispejjeż kollha. Mistoqsi jekk jaħsibx li almenu għandhom jingħataw data tentattiva, il-kok appella lill-awtoritajiet biex almenu javżaw dwar il-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti minn tal-inqas ħmistax qabel. Fi kliemu, ristorant li jaħdem esklussivament bil-prodott lokali u għalhekk ikollu jbiddel il-menu kontinwament, ikun irid iż-żmien biex jipprepara, forsi b'differenza minn ristoranti oħra li jżommu dejjem l-istess menu u għandhom il-prodotti kol l h a m a ħ ż u n a fil-freezers. Appella wkoll biex meta r-ristoranti jiftħu, dawn jimxu mal-istess protokolli li kellhom u jibqa' għaddej l-infurzar biex ikun assigurat li kulħadd qed jimxi magħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021