Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

MARIANNA CALLEJA B'492 vot favur, xahar ilu, il- Parlament Ewropew iddikjara l-UE bħala 'LGBTIQ Freedom Zone'. Din id-dikjarazzjoni kellha tkun tweġiba għad-diskriminazzjoni istituzzjonalizzata li qed jiffaċċjaw persuni LGBTIQ fil-Polonja u l-Ungerija. Id-dikjarazzjoni kellha tkun ukoll risposta għar-reati omofobiċi ta' mibegħda madwar l-Ewropa fosthom il-qtil ta' David Polfliet, Belġjan li ġie maqtul minħabba s-sesswalità tiegħu. Diskussjoni dwar id-drittijiet LGBTIQ L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta, nhar it-Tlieta 6 ta' April li għadda, kien parti minn diskussjoni dwar id-drittijiet LGBTIQ u s-sejħa tal-Parlament biex jiddikjara lill-UE 'LGBTIQ Freedom Zone.' Fid-diskussjoni ħadu sehem żewġ MEPs li tkellmu u rrispondew l-mistoqsijiet tal- udjenza f 'dan ir-rigward. Maria Walsh, l-MEP Irlandiża mill-Partit Popolari Ewropew tat bidu lid-diskussjoni billi esprimiet ir-rabja tagħha mhux biss politikament iżda ukoll minn aspett personali. Hi saħqet li d-deċiżjoni ta' Polonja turi li għad hawn pajjiżi li qed jonqsu milli jgħinu nies bħalha. Hu għalhekk li tħossha kburija bid-dikjarazzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew. Fil-fatt Walsh qalet li din għandha titqies bħala wegħda mill-UE li d-drittijiet fundamentali ta' persuni LGBTIQ qed jiġu mħarsa. Evin Incir, l-MEP Svediża mill- Partit tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew qablet ma' Walsh filwaqt li żiedet tgħid li "rridu nieqfu nparlaw u nibdew nieħdu azzjoni." Huma qablu wkoll li l-ugwaljanza tal-komunità LGBTIQ hu suġġett li għal ċertu stati membri għadu tabù bħal ma huma suġġett oħra relatati mas-sesswalità. Maria Walsh kompliet tinsisti matul id-diskussjoni li hemm il-bżonn ta' edukazzjoni mhux biss sesswali iżda wkoll bażika. Eżempju għal dan Walsh saqsiet żewġ mistoqsijiet, xi jfissru l-kuluri tal-bnadar u xi tfisser kull ittra fl- akronimu LGTBIQ. Il-MEPs ġew mistoqsija għaliex l-UE mhux tieħu azzjoni fil- konfront tal-liġijiet imposti mill- Polonja billi tirrikorri għal-Artikolu 7. Madankollu Evin Incir stqarret li l-UE ma tistax kif ġib u laħaq tibda tibda l-proċess tal-Artikolu 7 kontra l-Polonja. Hi spjegat li kieku l-UE qabet u ħadet dik id-deċiżjoni, "konna ndagħjfu l-fiduċja tagħna fl-Istati membri." Temmet tgħid li l-għan universali tal-UE mhux biss li tassigura d-drittijiet umani iżda ukoll li tassigura l-paċi fuq livell globali. Il-Polonja qed tinsa drittijiet LGBTIQ huma drittijiet umani Mid-diskussjoni ħareġ punt importanti: l-Istati Membri ma jistgħux jagħżlu liema parti tal- popolazzjoni jistgħu jgawdu mid- drittijiet umani u min le. Fil-Polonja qed jiġri propju dan. Evin Incir saħqet kemm il-darba li drittijiet LGBTIQ huma drittijiet umani iżda pajjiżi bħal Polonja donnhom insew. Għexieren ta' bliet fil-Polonja ddikjaraw lilhom infushom ħielsa minn "ideoloġija LGBTIQ". L-ostilità tal-politiċi għad-drittijiet LGBTIQ iggravat, anżi saret kważi gwerra bejn d-dritt reliġjuż kontra l-liberaliżmu. Il-Parlament Ewropew spjega li persuni omosesswali li jgħixu f 'dawn il- pajjiżi qed ikollhom jiffaċċjaw għażla: jemigraw, ibaxxu rashom jew jiġġieldu lura. Is-sehem tal-Maltin f'dan kollu Malta għal diversi snin għamlet ħilitha biex tikseb ugwaljanza sħiħa għal persuni LGBTIQ fis- soċjetà Maltija. Għalhekk ma tkunx sorpriża li Malta tgħin l-Istati Membri jagħmlu l-istess. Waqt id-diskussjoni Maria Walsh faħħret ix-xoghol li qed isir mill-Kummisarju Ewropew għall- Ugwaljanza Helena Dalli fid-dawl ta' din il-kriżi f 'ċerti pajjiżi. Intant ix-Shadow Rapporteur wara din id-dikjarazzjoni hu l-MEP Malti Cyrus Engerer li ddeskriva dan kollu bħala "riżoluzzjoni storika." Engerer qal ukoll li, "b'din ir- riżoluzzjoni, aħna qegħdin nitolbu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni kontra kwalunkwe gvern li jmur kontra l-valuri tal- UE, u niddenunzjaw kull tentattiv biex niddiskriminaw kontra persuni bbażati fuq orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru u espressjoni jew karatteristiċi tas-sess, kemm jekk fil-Polonja, l-Ungerija jew x'imkien ieħor fl- UE." 05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 Xahar wara d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala LGBTIQ Freedom Zone … inbidel xi ħaġa? Għaliex l-Unjoni Ewropea (UE) ħasset il-ħtieġa li jsir dan? x'inhu l-għan wara din id-dikjarazzjoni? U x'inhu jiġri fil-Polonja? Il-gazzetta ILLUM segwiet diskussjoni organizzata mill-Parlament Ewropew X'inhu l-Artiklu 7? L-artikolu 7 hu tip ta' mekkaniżmu li jseħħ meta jinstab riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri tal-UE. Dan jibda b'proposta mill-Kummissjoni, mill-Parlament jew mill-Istati Membri oħra. La darba jiġi identifikat il- ksur, il-pajjiż akkużat jiġi msejjaħ biex iwieġeb quddiem il- Kunsill Ewropej (artikolu 7.1). Hawn il-Kunsill jista' joħroġ b'rakkomandazzjonijiet, forma ta' gwida, ta' kif il-pajjiż għandu jirranġa l-ksur. Jekk il-pajjiż ma jagħtix kas tal-gwida tal-Kunsill, dan jiġi identifikat bħala "ksur serju u persistenti." F'dan il-każ il-pajjiż jerġa' jiġi msejjaħ biex iwieġeb lill-Kunsill Ewropew u jittieħed vot unanimu biex jiġi deċiż jekk il-Kunsill jipproċediex għall- Artikolu 7.3. Permezz tal-artikolu 7.3 il-Kunsill jivvota biex jissospendi d-drittijiet tal-pajjiż akkużat, inklużi d-drittijiet tal-vot fi ħdan il-Kunsill, sakemm jitwettqu d-dmirijiet kollha. Il-Polonja diġà għaddiet minn storja simili lura fl-2015 meta seħħet dik li magħrufa bħala l-kriżi Pollakka tas-saltna tad-dritt. Kunflitt politiku fejn il-gvern Pollakk kien akkużżat bi ksur tal- liġi kostituzzjonali Ewropea u Pollakka. Il-kunflitt kien preċipitat mill-kriżi tal-Qorti Kostituzzjonali Pollakka fejn l-elezzjonijiet tal-2015 ippermettew lill-Partit Liġi u Ġustizzja (Prawo i Sprawiedliwość) jieħu l-kontroll kemm tal- Presidenza kif ukoll tal-Parlament. Dan kollu kien ġie kkundannat mill-UE li bdiet proċess tal- Artikolu 7 kontra l-Polonja ftit wara. Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021