Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Jiena mhux se niġi hawn u nikkritika l-istess attitudni li kont nieħu taħt amministrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista u ngħid li jiena kontra xi forma ta' apoloġija mill-Partit Laburista. Il-Partit Laburista ma għandux ikun supperv ... ma naqbilx li għandna nadottaw l-attitudni arroganti li kien u baqa' jimxi biha l-PN." Hekk sostna l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba għall-mistoqsija tal-gazzetta ILLUM dwar jekk jaqbilx li l-partit jagħmel apoloġija fid-dawl tal-aħħar żviluppi politiċi - xi ħaġa li pproponiet li jsir il-President Emeritus, eks President tal-PL u eks Ministru Marie Louise Coleiro Preca. Huwa żied jgħid iżda li qed idejqu ħafna r-raġunament ta' min - skont hu - qed jipprova jpinġi lill-Partit Laburista daqslikieku huwa organizzazzjoni kriminali u partit korrott. "Qisu kull persuna fil-PL hija korrotta. Dan mhux ġust. Min allegatament żbalja għandu jħallas il-prezz u bħala partit mhu se nagħtu refuġju lill-ebda persuna. Il-Partit Laburista mhu qed joffri refuġju lil ħadd," sostna l-MEP mal-ILLUM. Huwa fakkar li kien Gvern Laburista li daħħal il-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi. 'Lanqas noħlom li b'azzjonieti nitfa' dell ikrah fuq il-partit' Il-gazzetta tfakkru iżda illi fil-PL hemm ħafna nies bħalu, Aaron Farrugia, Clyde Caruana, Miriam Dalli u tant oħrajn li tista' ma taqbilx magħhom, pero' li qatt ma kellhom akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tagħhom. Iva allura dejjem Keith Schembri u Konrad Mizzi? Kull fejn messew huma hemm l-akkużi u l-allegazzjonijiet? Ma kellhomx jitneħħew ħafna qabel? Agius Saliba jibda jirrispondi għal dawn il- mistoqsijiet billi jfakkar li hu jħobb lill-Partit Laburista. "Tajt żgħożiti għal dan il-partit. Lanqas tgħaddili minn rasi li nagħmel azzjoni li titfa' dell ikrah, mhux fuqi ta, imma fuq il- partit. Jiena tlajt tarġa, tarġa fil-partit u naf sew li kull azzjoni tiegħi tista' titfa' dell ikrah fuq il-partit," jisħaq l-MEP. "Ejja nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu, iressqu lil min għandhom iressqu - dawn nies li kienu parti integrali mill-Gvern - u jekk jinstabu ħatja, jiena l-ewwel wieħed li nkun irrabjat ħafna," qal Agius Saliba li sostna li hu daħal fil-politika biex ikun ta' servizz mhux biex jistagħna. Żied jgħid ukoll iżda li l-partit matul is-snin wettaq riformi kbar favur il-ġustizzja soċjali "Qatt ma nista' ngħid li l-partit ma wettaqx ġid kbir. Imma naqbel iva, li jekk ikun hemm ħtija dawn ikunu tappnu l-ħafna xogħol li sar mill-partit u tappnu lill-partit innifsu. Jekk ikun ippruvat fil-Qorti dak li qed ikun allegat jew dak li qed ikun akkużati nies bih huwa minnu, iva jkolli rabja kbira għal dawn in- nies." Huwa ddeskriva bħala "estremiżmu politiku" u "argumenti frivoli" dawk ta' nies bħal Manuel Delia li qed jipproponu li jkun abolit il-Partit Laburista. Qal iżda li mhux argument li wieħed joqgħod jiġġustifika billi jfakkar x'sar taħt Gvern Nazzjonalista. "Aħna tlajna bl-għajta li se nkunu differenti u iva dawn l-inċidenti tappnu mill-wegħda li konna għamilna," ammetta Agius Saliba li iżda mill-ewwel fakkar li l-PL huwa magħmul minn eluf u eluf ta' nies onesti. "Il-Partit wettaq ħafna ġid u riformi u fadallu ħafna riformi xi jwettaq u dan ix- xogħol m'għandux jittappan." Huwa qal li jirrispetta x-xogħol kbir li għamlet Coleiro Preca u anke Maria Camilleri - li wkoll talbet li ssir apoloġija mingħand dawk li użaw lill-partit - għalkemm jgħid li ma jħossx li l-PM kurrenti għandu jagħmel apoloġija għal-iżbalji tal-it. 'Iva ħaqqna nirbħu għax ... ' Imma jemmen Agius Saliba li fid-dawl ta' dawn l-allegazzjonijiet u akkużi kollha, l-Partit Laburista ħaqqu jirbaħ u jirbaħ b'distakki kbar elezzjoni ġenerali? "Iva nemmen li ħaqqu jirbaħ mija fil-mija," jisħaq l-MEP. "Ir-raġuni għaliex il-poplu afda lill-PL kien għaliex dan tela' bi programm elettorali li kien kapaċi jwettaq u jimplimenta, kważi fit-totalità tiegħu. Jekk humiex għajnuniet, jekk hijiex ugwaljanza, jekk tlajna fuq l-għajta ta' titjib ta' infrastruttura - għamilna proġetti li qatt qabel, ħadd ma ħaseb li jistgħu jsiru. In-nies se jivvotaw fuq min kapaċi joħloq il-ġid u jqassmu l-aħjar." Hawnhekk huwa indirizza s-sitwazzjoni fost dawk il-votanti mhux tradizzjonalment Nazzjonalisti, dawk li fl-2013 jew minn qabel jew anke wara, taw il-fiduċja tagħhom lill- Partit Laburista u fl-eks PM Joseph Muscat. "Dawn jagħrfu l-progress li sar fil-pajjiż u anke f 'ħajjithom - imma jriduna nkunu verżjoni aħjar tagħna nfusna. Iridu li l-allegazzjonijiet u akkużi li qed nisimgħu fil-Qrati llum ma nerġgħux nisimgħu bihom - qatt aktar." U finalment, il-gazzetta tfakkru li saru anke appelli minn nies bħal Saviour Balzan, biex il-PL jiddiżassoċja lilu nnifsu minn Joseph Muscat. Alex Agius Saliba jgħid illi f 'għajnejh Joseph Muscat jibqa' l-persuna li ġabet fil- pajjiż rivoluzzjoni ekonomika u soċjali. "Hu stess ammetta li seta' ħa deċiżjonijiet aħjar, fosthom dwar dak li staqsejtni u hu refa' responsabilità politika għal dan." Huwa jfakkar li sa issa ma jirriżulta minn imkien li Muscat hemm allegazzjoni fil- konfront tiegħu, jew li huwa persuna ta' interess jew inkella li qed jiġi investigat u allura ma jarax għalfejn, sal-lum, għandu jsir xi forma ta' distakkament. Huwa jgħid li minkejja dan kollu l-poplu - skont hu - jibqa' kontra dak li jsejjaħ il-ħsara li "l-PN jibqa' jagħmel kontra Malta, kemm lokalment u anke fil-Parlament Ewropew." 'Il-Qorti f'Malta qed tagħmel xogħolha, mhux bħall-Bulgarija u l-Ungerija' U dan iwassalna allura għall-aħħar dibattitu fil-Parlament Ewropew li tratta l-assassinju u l-proċeduri fil-Qorti relatati ma' Daphne Caruana Galizia. Imma Agius Saliba ma jistax jippretendi li ma ssirx diskussjoni fuq affarijiet li qed isiru fil-pajjiż, mhux hekk? Huwa jiċċara li lilu qatt ma dejqitu diskussjoni dwar Malta - kif saru diversi dibattiti fil-Parlament Ewropew fuq diversi pajjiżi oħrajn waqt il-plenarji. Ifakkar iżda illi waħda mill-aktar riformi importanti tal-Kummissjoni Venezja hija li l-istituzzjonijiet jaħdmu u jitħallew jaħdmu. "Ikollok żewġ rikjesti - li hija rari, imbuttata mill-MEPs Maltin proprju biex dan id- dibattitu jsir," sostna Agius Saliba. Hu staqsa iżda: "Dan id-dibattitu x'solva? Solva xi ħaġa? Għamilna ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia b'daqshekk? Il- Qorti qed tagħmel xogħolha. Ara fil- Bulgarija l-awtoritajiet attivament jaħdmu biex iwaqqfu l-istituzzjonijiet milli jagħmlu xogħolhom. Ara fl-Ungerija l-Gvern jgħaddi liġijiet, appuntu biex ma jħallix lill-istituzzjonijiet jaħdmu ... jiena qatt ma għidt li ma rridx niddiskuti din il-materja. Imma mhux inħalli Maltin bħali jagħmlu ħsara lil pajjiżjhom," insista l-MEP Laburista. Huwa semma' numru ta' nies li tkellmu waqt id-dibattitu u semma' kif tkellem Antonio Tajani, "li nfakkar illi ġej mill-Forza Italia li 'Aħna tlajna bl-għajta li se nkunu differenti mill-wegħda li konna għamilna' Il-partit li jirrapreżenta jinsab f'nofs tempesta politika u qed imexxi lill-pajjiż fl-eqqel riċessjoni mit-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa voċiferu ħafna kontra l-MEPs tal-PN, huwa l-moħħ wara d-Dritt ta' Skonnessjoni, jaqbeż ħafna għall-kaċċaturi u ma tantx jomgħoda fuq l-immigrazzjoni. Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Alex Agius Saliba ... Alan Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021