Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 membri tiegħu jinsabu taħt investigazzjoni minħabba l-qtil ta' xhud ewlieni fil-każ famuż kontra Silvio Berlusconi, il-bunga bunga. Jew nies mill-ECR tal-Polonja - fejn il-Gvern tagħhom jaħdem full time biex jara kif se jkisser id-drittijiet tal-minoranzi," sostna mal- ILLUM. Huwa sostna illi dan kollu seħħ biex jippruvaw jaffetwaw l-ġudizzju finali tar- rapport tal-moneyval. Fi storja esklussiva ippubblikata minn din il-gazzetta kien indikat li Malta mistennija tgħaddi mit-test tal-Moneyval, anke jekk għad fadal ħafna lobbying li qed isir mill- Gvern biex dan ir-rapport ikun approvat mill-FATF. Jekk Malta ma tgħaddix minn dan it- test kruċjali li jitratta l-ħasil ta' flus u reati finanzjarji, tispiċċa fil-lista il-Griża, daqqa kbira ħafna għall-ekonomija, b'mod speċjali il-qasam finanzjarju. Jiġifieri Agius Saliba jemmen li dan id- dibattitu sar minħabba l-moneyval? "Sar biex jittappan isem pajjizna, fosthom iva biex ikunu affetwtati l-konklużjonijiet tar- rapport tal-Moneyval." Dritt ta' Skonnessjoni: 'L-irlanda diġà introduċew din il-liġi kif proponejtha' Naqbżu fuq is-suġġett tal-Liġi dwar id- Dritt ta' Skonessjoni, li faċilment titqies bħala l-akbar kisba ta' Agius Saliba bħala MEP sa issa. Huwa jinterrompi l-mistoqsija u jgħid illi aktar milli l-liġi nnifisha l-akbar rebħa jgħid li huwa l-fatt li minkejja li l-liġi għadha ma għaddietx mill-istadji kollha, diġà ġiet introdotta fl-Irlanda, hekk kif proponieha hu. Il-gazzetta tistaqsih iżda kif jara li liġi tista' taħdem f 'diversi impjiegi - fosthom il-ġurnaliżmu - fejn il-kuntatt ġeneralment jibqa' għaddej anke wara l-ħin tal-uffiċċju. Huwa jgħid illi l-proposta mhiex riġida u allura ma tapplikax l-istess għal kulħadd, inkella ma tkunx effettiva u jgħid li ma tiġix adottata. "Din il-liġi qed tara li min jeżerċità d-dritt li jaqta' mix-xogħol ma ssirx diskriminazzjoni kontrih, id-dritt li fejn isiru derogi biex ħaddiema ma jkunux jistgħu jgawdu minn dan id-dritt jiġu kkumpensati." Agius Saliba jgħid li dan jgħodd mhux biss għal komunikazzjoni bejn ħaddiem u min iħaddmu, imma wkoll għal komunikazzjoni bejn kollegi. "M'għandniex nippretendu li l-ħaddiema jkunu produttivi fil-ħin li mhux tax-xogħol," saħaq Agius Saliba. Huwa temm jispjega li imbagħad ikunu l-isħab soċjali - fosthom il-unjins li jiddeċiedu li jadattaw din il-liġi meta jsiru ehim kollettiv, skont in-natura tal-impjieg. 'Mhux b'kumbinazzjoni li qegħdin fuq quddiem fil-proċess ta' vaċċinazzjoni' Naturalment ma nistgħux ma nsemmux il-Covid-19. L-Unjoni Ewropea jidher illi waqgħet lura fl-għoti tal-vaċċin, minkejja li l-proċess f 'Malta baqa' għaddej b'mod spedit. X'jaħseb li hija l-problema? Burokrazija żejda? Alex Agius Saliba jgħid li għall-ewwel l-affarijiet imxew sew. Jgħid li l-problema kienet li xi pajjiżi straħu biss fuq l-ammonti li bdiet tgħaddi l-Kummissjoni Ewropea. Qal ukoll li kien hemm problema ta' trasparenza fejn jirrigwarda l-kuntratti li l-UE għamlet ma' kumpaniji għall-fornitura tal-vaċċin. F'dak li jirrigwarda Malta huwa qal illi llum il-poplu qed jesperjenza fejn verament mar is- surplus li Malta għamlet fl-aħħar snin. "Aħna investejna u xtrajna dak il-vaċċin li pajjiżi oħrajn ma ridux. Mhux b'kumbinazzjoni li qegħdin fuq quddiem." Huwa jgħid li issa ċerti pajjiżi qed jiddispjaċihom li biegħu dawn il-vaċċin u qal ukoll li l-Gvern Awstrijakk kellu "jibla' kliemu" fuq akkużi li l-proċess tal-għoti tal- vaċċin kien b'xi mod ivvizzjat biex ivvantaġġja pajjiżi bħal tagħna. "Messhom kienu għaqlin mill-bidu bħal ma konna aħna." Moviment ħieles għall-mediċini wkoll Għal it ħin jagħmel ukoll referenza għal ittra li bagħat lill-Kummissjoni Ewropea illi fiha qed jesiġi li pajjiżi bħal Malta jkunu protetti wara Brexit, fir-rigward tal-mediċini. Huwa jispjega kif normalment prodott jimxi minn pajjiż għall-ieħor b'libertà, permezz tal-moviment ħieles. Iżda dan mhux il-każ f 'dak li jirrigwarda mediċini. "Aħna konna niddependu ħafna mir-Renju Unit għall-mediċini. Imma issa dan il-pajjiż ħareġ mill-UE." Huwa qal illi filwaqt li kollox huwa liberu fis-suq, għall-mediċini hemm 27 awtorità differenti, b'27 ostaklu. "Dan qed iwassal għal problemi fil- procurement u ta' prezzijiet eseġerati. Għalhekk nemmen li kif hemm moviment ħieles fuq kollox, għandu jkun hemm moviment ħieles għal prodotti mediċinali." 'Ma nistax nifhem il-pożizzjoni ta' Birdlife ...' Agius Saliba jitkellem ħafna dwar il-kaċċa. Imma fuq il-kaċċa, il-kaċċaturi jgergru għax minflok se jikkaċċjaw il-gamiema u s-summiena, se jkunu jistgħu jikkaċċjaw biss għas-summiena. Minn naħa l-oħra Birdlife fetħet protest ġudizzjarju kontra l-istaġun li jiaħ aktar tard f 'April, minħabba li qed tgħid li ħafna kaċċaturi ma pparteċipawx fil- carnet de chasse u allura l-Gvern ma għandux biżżejjed informazzjoni biex jiaħ l-istaġun. Huwa qal li hu jitkellem dwar id-delizzji kollha, "u naħdem biex niddefendihom." F'dan il-punt huwa saħaq li ma jiimx il- punt ta' Birdlife Malta, li skont hu, "minn naħa qed tgħid li m'għandhiex ssir riċerka fuq l-insib - wara deroga li ġab il-Gvern mill-UE - għax inkella r-riċerka tintuża bħala skuża biex xorta jsir l-insib. Imma fil-każ tal- istaġun tar-Rebbiegħa qed jgħidu li hemm bżonn ir-riċerka." Huwa sostna li hu qatt ma wiegħed li se jissolvew il-problemi kollha tal-kaċċa u qal li hija idea ħażina dik li permezz tagħha ħafna qed jaħsbu li r-referndum tal-2015 fisser illi l-kaċċaturi jistgħu jikkaċċjaw fuq is- summien, imma anke fuq il-gamiem Itemm ifakkar li Malta qed tiffaċċja diversi proċeduri dwar infurzar u anke l-insib u hu qed jagħmel l-almu tiegħu biex iwassal il-messaġġ tal-Gvern dwar dan is-suġġett quddiem l-UE. 'Fuq l-immigrazzjoni Parlament Ewropew qed jitwaqqaf minn blokk ta' pajjiżi' U finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Agius Saliba dwar l-immigrazzjoni. Ħafna Maltin tilfu t-tama li l-UE u l-Parlament Ewropew jista' jagħmel xi ħaġa dwar din il- kwistjoni, għajr ħafna kliem sabiħ - wara ammont kbir ta' żbarki jew xi inċident. U l-MEP jaqbel. "L-UE, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewoprew irnexxielhom jiksbu ħafna affarijiet fuq ħafna suġġetti. Imma fuq l-immigrazzjoni baqgħu talking shop." Sostna illi fil-verità it jista' jsir ladarba hemm blokk ta' pajjiżi li qed jimblukkaw deċiżjonijiet dwar fruntieri u solidarjetà. Jgħid ukoll iżda li Malta qed tibgħat messaġġi ċari, filwaqt li l-Prim Ministru qed jitkellem mal-Gvern Libjan - kif fil-fatt għamel din il- ġimgħa. "Importanti li nkomplu b'dan il- koordinament, fl-istess ħin li jsiru aktar ripatrijazzjonijiet u nibgħatu messaġġ b'saħħtu, li pajjiżna ma jistax jieħu aktar milli jiflaħ. Nemmen li l-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija waħda soda." differenti u dawn l-inċidenti tappnu Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021