Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum L-IDEOLOĠIJA U T-TFITTXIJA GĦALL-KUMPASS INTELLETTWALI U MORALI Il-politika għadha ssib il-kumpass tagħha fl-ideoloġija? Jew illum l-unika ideoloġija saret biss dik tal-profitt, idettata mill- flus? Għalfejn m'aħniex naraw ir-riperkussjonijiet ħafna aktar fondi tal-iżviluppi politiċi li kellna fl-aħħar ġimgħat? Il- Professur Carmel Borg janalizza l-ideoloġija (jew in-nuqqas tagħha!) fil-politika llum ... CARMEL BORG Fid-diskors politiku lokali qajla nitkellmu dwar l-ideoloġija, bir- riżultat li sikwit niddiskutu l-bidla fil-Gvern mingħajr ma nanalizzaw x'ikun qiegħed jinbidel fl-'apparat ideoloġiku' tal-Istat. Lil hinn mid- diskors maniġerjali, fejn il-partiti jistgħu jiddistingwu ruħhom fl- istil tat-tmexxija u l-governanza, l-impressjoni ta' ħafna osservaturi politiċi hija li ideoloġikament iż-żewġ partiti ewlenin resqu viċin wisq ta' xulxin. F'kuntest politiku kkaratterizzat minn xebħ ideoloġiku, diffiċli li wieħed jaspira għal xi bidla drastika fir- relazzjonijiet soċjali u fil-kwalità tal-ħajja, meta ideoloġikament hemm garanzija ta' kontinwità ta' dak li issa nistgħu nqisu bħala l-ħajja normalizzata - mod ta' għixien iddettat mil-loġika tas- suq, l-ossessjoni bit-tkabbir ekonomiku u l-adorazzjoni tal- alla falz tal-profitt. F'deżert formattiv, il-pinnur politiku f 'Malta jdur bejn it- tattiċiżmi għażlija u post-moderni tad-drittijiet ċivili, l-għajta tal- akkumulazzjoni li titpendel bejn il- 'money no problem' u l-'make hay while the sun shines', u t-tribaliżmu medjevali, komplut bl-armati, suspetti, tradimenti, assassinji, immoralità organizzata, spjunaġġ fuq in-nies, patrunaġġ, neputiżmu u territorjaliżmu fewdali. Fil-kalma medjevali, fejn id- dritt jintiret, il-massa tfittex il- protezzjoni u l-ħelsien huwa privileġġ, importanti li nimu l-għerq tal-istat Malti, mhux bħala gvern tal-ġurnata, iżda bħala spazju ideoloġiku, li b'mod miuħ jew sovverżiv jippermetti jew jimbotta relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali fil-ħajja ta' kuljum; relazzjonijiet li jsawru l-aspirazzjonijiet, il-ħolm, ix- xewqat u l-aspettattivi tal-kotra, li b'mod passiv jew attiv, anke jekk mhux fl-interess tagħha, tappoġġja u tilleġittimizza d-diskors dominanti li jaqsam il-fruntieri tal- 'pika-partiti'. L-Ideoloġija tal-Istat u kif tiddomina anke meta jinbidel Gvern Tkun prużunzjoni kbira jekk wieħed jagħti l-impressjoni li hawn xi qbil dwar it-tifsira tal-kelma ideoloġija. Fl-analiżi tiegħi tal- Istat, id-diskors dwar l-ideoloġija jservini biex nistħarreġ kif kuxjenza kollettiva tifforma u tibqa' dominanti, tant li ssir l-ewl id-dinja ta' poplu. Il-permanenza ideoloġika, li tiżboq iz-zuntier tal-partit, il-ħajt tal-partiġġjaniżmu u l-kulur li jżewwaq l-għarfien individwali tad- dinja, tinżamm permezz ta' xibka ta' spazji ideoloġiċi (l-iskola, il-partit, il-familja, il-każini u l-medja, biex insemmi ħamsa), li lkoll għandhom funzjoni edukattiva fis-sens li jirriproduċu l-ideoloġija dominanti jew l-ideoloġija tal-Istat. L-ideoloġija tal-Istat, li l-poplu jilleġġittimizza, b'appoġġ attiv jew b'mod passiv (bil-kwiet jew l-indifferenza), hija reżiljenti, tiġġedded u tibqa' tiddomina minkejja l-bidliet tal-partiti fil- gvern, id-diffikultajiet akuti fit-tmexxija tal-pajjiż, l-għotor ekonomiku, il-kriżijiet reġjonali u internazzjonali, u t-tbatijiet personali. Il-formazzjoni ta' kuxjenza fuq livell popolari, permezz tal-apparat ideoloġiku tal-Istat (l-ispazji ideoloġiċi u l-intellettwali organiċi għall-ideoloġija dominanti), tinkolla lin-nazzjon 'l hinn mill- bandiera u l-ilsien, li sikwit jiddefsu f 'diskors dwar l-għaqda nazzjonali. Sadattant, dawk li jirriutaw li jiġu soċjalizzati fl-ideoloġija tal-Istat, permezz tal-proċess 'edukattiv', jiltaqgħu mal-qilla tal-istrumenti vjolenti - il-vjolenza verbali, id- diskors ta' mibegħda, it-twarrib soċjali u professjonali, it-theddid, it-telfien ta' xogħol, iċ-ċensura, il-vandaliżmu u l-vjolenza fiżika. Dawn l-istrumenti vjolenti għandhom l-għan, u sikwit jirnexxielhom, li jimmansaw u jdaħħlu lir-'ribelli' f 'kultura ta' silenzju li jtawwal il-ħajja tad- diskors dominanti. Iżda, filwaqt li d-diskors dominanti huwa mħares sew mill- magna tal-kunsens, ebda diskors eġemoniku ma huwa kompletament protett. L-ixquq huma parti minn kull diskors, u d-dawl tal-ixquq huwa d-dawl tal-kontro-diskors, it- tama li b'azzjoni kontro-eġemonika, fi spazji ta' tama, li tinkludi proċess ta' għarfien dwar id-dinja u azzjoni mibnija fuq l-għarfien, għada jista' jkun differenti minn dak li hu llum. In-nuqqas tal-ħsieb kritiku u l-lagħqiżmu F'dan l-isfond, nibdew nimu l-importanza strateġika tal-ħsieb kritiku, tal-għarfien profond bħala għodda indispensabbli għall-fejqan soċjali u ekonomiku. Nibdew nimu aħjar għaliex il-ħsieb kritiku huwa nieqes mill-ispazji ideolo-edukattivi, bħall-kurrikulu tal-istituzzjonijiet formali tal- edukazzjoni. Nimu wkoll għaliex l-ilħna favur din l-għodda tant importanti għad-demokrazija huma it, u għaliex ħafna minnhom huma mwarrbin jew magħdudin ta' idealisti, ħalliema, kritiċi tal- magħqad, perikolużi, jew residenti tat-torri tal-avorju. Saħansitra nimu għaliex il-pedagoġija tal- preskrizzjoni – il-priedka mill- pulptu, l-awtoritarjaniżmu fil- familja, ir-relazzjoni tradizzjonali tal-espert mal-klijent jew il-pazjent, u d-diskors politiku patronizzanti – hija l-pedagoġija preferuta fil- kuntest Malti. Imbagħad nimu għaliex il-ġerarkija hija tant imħarsa fl- istituzzjonijiet tagħna, fejn kulħadd jistenna l-għamar minn ta' fuqu, u ħadd ma jissogra jieħu inizjattiva jew jdardar l-għajn li jrid jixrob minnha. Nibdew nimu għaliex il- lagħqi huwa l-karattru ppreferut tal-politikant, u kif Ċensu ż-Żatat, iċ-ċarlatan li ma jagħrafx il-limiti kbar tiegħu, huwa figura daqstant importanti u prominenti fis-soċjetà tagħna. F'kuntest fejn il-preskrizzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021