Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
21 editorjal illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa l-Prim Ministru flimkien mad-Deputat Prim Ministru u s-Supretendent tas- Saħħa Pubblika ħabbru r-rilaxx ta' numru ta' miżuri. Jidher ċar mill-mod kif se jiġu rilaxxati l-miżuri illi l-Gvern ħa tagħlimiet importanti mill-aħħar darba li l-pajjiż fetaħ, is-sajf li għadda - u kontra x-xewqat ta' eluf se jkun qed jiaħ kollox bil-mod. Anke mil-lingwaġġ użat f 'din il-konferenza, huwa ċar ukoll illi ġew evitati ħafna stqarrijiet ażżardati bħal "mewġ fil-baħar", "ġenna tal- art" u "f 'Mejju (jew kwalunkwe xahar jew data) se nkunu business as usual." Minkejja l-iżbalji li ħa l-Gvern, bħall- iżbalji li ħa kull Gvern fid-dinja - għax ħadd ma kellu manwal ta' x'se jiġri, kif u meta - f 'Malta ittieħdu passi tajbin ħafna li wieħed jeħtieġ jirrikonoxxi jekk irid ikun ġust. Mill-apsett ta' saħħa - naturalment kellna sal-bieraħ 402 persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dawn huma 402 mewt żejda, imma li sfortunatament jirriflettu r-realtà kiefra u kattiva tal- Covid-19 madwar id-dinja kollha. Mietu n-nies kullimkien u f 'ċerti pajjiżi s-sistema tas-saħħa ikkrollat jew waslet biex - primarjament bħalissa l-Brażil, grazzi l-aktar għall-President populista u konservattiv ta' dan il-pajjiż. Dan ma jneħħi xejn mill-uġigħ li ħassew dawk li tilfu lill-għeżież, speċjalment f 'każi fejn lanqas għall-funeral ma setgħu jattendu ulied u l-ħbieb tal-vittma. Minn naħa l-oħra din ir-realtà kiefra ma tneħħi xejn mill-fatt illi Malta qed turi illi kienet preparata, organizzata u effiċjenti fil-programm ta' vaċċinazzjoni tagħha - biex illum ras għal ras Malta tinsab fuq quddiem nett fl-Ewropa u fost l-aħjar fid-dinja. Sal-bieraħ Malta kienet fit-tieni post mill- pajjiżi Ewropej kollha - inkluż l-Iżvizzera u s-Serbja. Skont is-sit li jiġbor u jaġġorna l-istatistika relatata mal-Covid-19, statista. com, Malta tinsab fit-tieni post b'51.5 doża għal kull 100 persuna, mhux wisq 'il bogħod mir-Renju Unit (55.8). B'14% li ħadu t-tieni doża wkoll, Malta hija fost l-aqwa fl-Ewropa - flimkien mas- Serbja, l-Ungerija, ir-Renju Unit u l-Iżlanda, skont statistika li jippubblika s-sit euronews. Bi kważi 240,000 doża sal-bieraħ u b'madwar 2,000 persuna tieħu t-tieni doża kuljum, Malta għandha għaliex tkun kburija bil-mod professjonali u effiċjenti li bih qed tmexxi dan il-programm. Il-wasla tal-vaċċin Johnson&Johnson fiż-żmien li ġej kif ukoll il-fatt li 100 tabib tal-familja se jkunu parteċipi f 'dan il-proċess iqawwi qalb dan l-Editorjal u ċerti li jqawwi qalb il-poplu, li mexjin fit-triq it-tajba. Minkejja li forsi xi it tard - ir- restrizzjonijiet u kważi lockdown ħallew il-frott, mhux biss għax naqsu n-nurmi għal livelli baxxi ħafna imma wkoll għax naqsu n-nies fl-isptarijiet tagħna, b'mod speċjali l-ITU. Mill-qasam ekonomiku, il-Gvern Malti nemmnu li ħa deċiżjonijiet ta' fejda kbira - fattwalment ta' fejda, li forsi bosta jieħdu for granted. Iva, kieku ma kinitx is-Suppliment tal- Paga kieku diżastru għandna fil-qasam tax-xogħol. Kieku ma ngħatatx l-għajnuna fil-ħlas ta' kirjiet, tnaqqis fil-kontijiet tad- dawl u l-ilma għan-negozji, fil-moratorji, fiż-żieda f 'għotjiet differenti, fl-għotjiet lil dawk il-ġenturi li ma setgħux imorru jaħdmu, għajnuniet lil negozji li kellhom jibqgħu magħluqin u l-vouchers - kieku l-ekonomija għerqet u magħha għerqu negozji, familji u ħaddiema. Kieku l-kriżi għadha se tibda, mhux se tintemm! F'dawn il-ġimagħtejn tħabbar investiment ta' €20 miljun lill-industrija tat-turiżmu u l-gazzetta ILLUM qed tiżvela l-linji tal-ajru li se jibdew joperaw mis-sajf. F'dan il-pajjiż għandna insibuha wisq diffiċli nkunu ġusti. Tant għandna mogħmijin bil-partiġġjanjżmu li donnu jekk tfaħħar bilfors Laburist u jekk tmaqdar bilfors Nazzjonalist. U jekk Nazzjonalist bilfors trid tmaqdar u jekk Laburist bilfors trid tikkritika. Dan l-editorjal dejjem - u kull fejn seta' qal l-affarijiet kif inhuma. L-abjad, abjad. L-iswed, iswed. Iva saru żbalji. Iva sar paroli vojt u rresponsabbli mill-Prim Ministru u anke mill-Ministru Fearne (Tiakru meta qalu li rbaħna l-gwerra?). U iva kien hemm mumenti fejn dawn il-kummenti nħassew li kienu insensittivi. Pero' sar ġid u tajjeb. U sar ġid u tajjeb kbir. U grazzi għal dan, il-vapur ta' Malta ħa daqqiet kbar, qed jidħollu l-ilma minn xi rkejjen imma ma għeriqx. Taf kif kien jegħreq il-vapur? Kieku dan il-pajjiż jitmexxa minn min iwerżaq l-aktar fuq Facebook. Il-professuri skjerati li għax huma forsi baqgħu sew u l-paga baqgħet kif kienet jaħsbu li jistgħu jiddettaw huma x'għandu jsir. Naturalment, l-uġigħ għadu hawn. Għad hawn l-inċertezza, hawn min hu - ġustifikament - irrabjat li għadu ma fetaħx jew inkella li l-avvenimenti sportivi għadhom ma bdewx. Jew inkella sidien ta' clubs u ristoranti li issa qed ibatu ta' veru wara xhur magħluqin. Kull min hu imweġġa' mhux tiegħu jħoss? Imma mexjin u mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Mela ejja naraw dik it-tazza nofsha mimlija. Ejja nitgħallmu mill-iżbalji li saru, pero' nkunu kburin fejn għamilna progress. Ejja nagħtu kuraġġ lin-nies! In-nies kuraġġ għandhom bżonn - kuraġġ u realiżmu fl-istess ħin. Kuraġġ u tama! Kuraġġ li mexjin 'l quddiem. Covid-19: Fejn sejrin sew!