Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
27 films illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 Carmel Bonnici The Mummy - Biża' u twerwir (1) Mix-xnigħat li seħħew sa mis- snin 20 dwar saħta u vendetta malizzjuża meta bnew jinfetħu l-oqbra tal-Farawni, Hollywood ħoloq viżjoni ta' ġeneru ieħor profittabbli ta' film tal-biża' u t-twerwir li niżel tajjeb mal- pubbliku. Kull min jiaħ xi qabar ta' xi mummja Eġizzjana se jsib fuqu dik imsejħa "s-saħta tal-Farawni" (the Pharaoh's curse). Din id-diċerija mitika ilha titlissen għal aktar minn 100 sena skont il-folklor u l-kultura popolari meta ħafna vandali marru, anki daħlu ġol- piramidi, jkasbru dawn l-oqbra biex jisirqu r-rikkezzi li jkun hemm ġo fihom. Din is-"saħta tal-mummja" ma kinitx ivvintata fil-films ta' Hollywood, pero' xterdet ma' kullimkien meta fl-1922 l-arkeoloġist iffissat fuq il-kultura u arkeoloġija Eġizzjana ta' żmien dawn ir-rejiet, l-Ingliż Howard Carter sar famuż mad-dinja kollha meta sab il-qabar mhux minsus ta' Tutankhamun, renjant tat- 18-il Dinastija. Dan kien l-aktar sepulkru ppriservat u ntatt li qatt inkixef fil-Wied tar-Rejiet. Meta Carter fetaħ it-toqba biex iħares ġol-qabar tat-teżori tal- Eġittu tal-qedem midfuna għal aktar minn 3,000 sena, qajjem manija għal dawn ir-rikkezzi. Fis-sotterran vast, it-teżori jleqqu ta' deheb u ġojjelli oħra li impressjonaw, l-aktar meta fetaħ il-bieb tas-sala fejn kien hemm mixħut trankwillament Tutankhamun nhar is-16 ta' Frar 1923. Din is-sitwazzjoni kompliet tiġi preċiptata bir-rakkonti vividi tal- mewt, it wara, ta' Lord Carnavon: L-isponsor ta' din l-ispedizzjoni, li miet b'avvelenament fid-demm. Sitta oħra minn dawk preżenti (kienu 26 b'kollox) meta nfetaħ il- qabar, mietu sa mhux aktar minn 10 snin wara. Din is-"saħta" twila baqgħet tirrenja sal-1939, meta ħalla din id-dinja il-perċimes ta' din il-missjoni makabra. Teorija aktar kredibbli hi li din l-imsejħa "saħta" hi aktar bijoloġika fin-natura tagħha. Oqbra msakkrin għal ħafna u ħafna snin (hawn uħud minnhom anki eluf) huma perikolużi u fatali għal min jiagħhom. Dan għaliex dawn il-postijiet magħluqin huma mimlijin bakterja, vajrus, moffa li tikber mal-ħitan mimlijin umdità u aktar fatturi ta' natura detrimentali għas-saħħa tal- bniedem, speċjament għal Lord Carnavon li kellu immunita' vulnerabbli u anki ingidem minn nemusa mniġġsa. Xenarju bħal dan hu ideali ħafna għal Hollywood biex jaħdmu films dwar din is-saħta Faraonika fejn Mummja mejjet għal mijiet jew eluf ta' snin, iddisturbat minn individwi li lesti li jisirqu r-rikkezzi li l-Eġizzjani antiki kienu jidfnu miegħu, għax kienu jaħsbu li wara l-mewt hemm vjaġġ ieħor jistennieh, iqum imdawwar kollu faxex u jagħmel vendetta minn dawk li kasbruh. Qabel insemmi xi whud mid- diversi films li ħarġu dwar il- mummji matul is-snin, tkun ħaġa xierqa li nagħmel referenza għall- produzzjoni oħra relatata ma' dan l-artiklu li iżda mhi konformi xejn mas-"saħta" ta' dawn ir- rejiet. e Night Of Counting e Years (1969), film Eġizzjan dirett minn Shadi Abdel Salam, li l-isem oriġinali tiegħu hu Al- Mummia u prodott minn Roberto Rossellini, hu universalment stmat bħala wieħed mill-aħjar xogħlijiet ċinematografiċi li ħarġu mill-Eġittu. Grupp ta' Eġizzjani jisirqu rikkezzi u oġġetti oħra mill-oqbra tal-mummji u jbiegħuhom bil-"black market" lil dawk li jinnegozzjaw fl-antikitajiet sakemm wieħed jirraporta kollox lill-pulizija, Dan il-film ġie rrestawrat mill-fundazzjoni tad- direttur rinomat, Martin Scorsese. Il-kumpaija Universal Pictures li kienet tispikka bil-films tal- biża', wara dawk ta' Dracula, Frankenstein, e Werewolf, iz- Zombis eċċ., imbarkat fuq serje ta' films dwar is-saħta fuq dawk li jkassbru l-oqbra tar-rejiet antiki tal-Eġittu mill-1932 sal-1955. Dawn kienu jinkludu e Mummy (1932), e Mummy's Hand (1940), e Mummy's Tomb (1942) e Mummy's Ghost (1944) u e Mummy's Curse (1944). Fl-1955 ħarġu l-film kummiedja Abbott & Costello Meet e Mummy, bil- par kummidjanti popolari Bud Abbott u Lou Costello. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla...