Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126
27 films illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 Carmel Bonnici The Mummy - Biża' u twerwir (2) (Ikompli mill-Ħadd li għadda) Il-kumpanija Ingliża Hammer Films, bi ehim ma' Universal-International Pictures kienu wkoll taw bidu qawwi bil- films tal-vampir Dracula u tax-xjentist miġnun Frankenstein, issa għall-ewwel darba bil-kulur u komplew fuq l-istess proċedura b'erba' produzzjonijiet oħra fuq dan is-suġġett ukoll bil-kulur mill- 1959 sal-1971. Il-films tal-Hammer imqassmin minn Universal Pictures fl- Amerika u mir-Rank Organisation fir- Renju Unit u anki hawn Malta, huma e Mummy (1959), e Curse Of e Mummy's Tomb (1964), e Mummy's Shroud (1966) li rreklamawh hekk: Beware the beat of the cloth-wrapped feet u Blood From e Mummy's Tomb (1971). Kważi 30 sena wara naslu għas-serje ta' films ta' Stephen Sommers (1999- 2008) dwar e Mummy u oħrajn relatati dwar e Scorpion King (2002- 2008), produzzjonijiet aktar abbinati ma' spettaklu, avventuri u ntriċċi fejn l-ingredjenti u x-xenarju tal-biża' ma jeżistux u fejn l-azzjoni sseħħ mhux biss fl-Eġittu imma anki fiċ-Ċina (issa saret pajjiż ta' profitt finanzjarju għall-films ta' Hollywood) tal-qedem, żmien l-Armata Terracotta. Dawn l-iskulturi tat-terracotta huma kollezzjoni li jesibixxu l-armati ta' Qin Shu Huang, l-ewwel Imperatur taċ- Ċina. Is-serje ta' films ta' Stephen Sommers ukoll imqassmin minn Universal Pictures huma dawn: e Mummy (1999), e Mummy Returns (2001), e Mummy: Tomb Of e Dragon Emperor (2008) u dawk dwar e Scorpion King li jinkludu e Scorpion King (2002), e Scorpion King 2: Rise Of A Warrior (2008), e Scorpion King 3: Battle For Redemption (2012) u e Scorpion King 4: Book Of Souls (2018). Dawn l-aħħar tlieta ma ħarġux għaċ-ċinema iżda mill-ewwel fuq DVD għax kienu ta' livell baxx. Is-serje ta' e Scorpion King ħarġet mill-avvenimenti li seħħew fis-sensiela e Mummy. Il-ġrajjiet ta' e Scorpion King seħħew 5,000 sena qabel dawk ta' e Mummy u e Mummy Returns fejn jiżvelaw l-oriġini ta' Mathayus u l-qawmien tiegħu fil-poter bħala l-leġġendarju Re Skorpjun. L-isem jirreferi għall-istoriku Re tal-Perjodu Prodinastiku tal-Eġittu, r-Re Skorpjun. Films oħra storiċi, jew dwar is-saħta, vendetta u qilla ta' xi mummja ilhom jinħadmu sa mill-1909 bil-film Franċiż e Mummy Of King Rameses. Oħrajn ta' xi it interess huma: e Egyptian Mummy (1913), il-Messikan e Aztec Mummy (1957), l-Amerikan e Pharaoh's Curse (1957), Curse Of e Faceless Man (1957), Frankenstein Meets e Mummy (1961), e Mummy's Revenge (1973), Lust In e Mummy's Tomb (2001) u diversi oħrajn. Minn irid jieħu idea ta' kif l-Eġizzjani kienu jippreparaw u jidfnu lil dawk rjali għandu jara l-film semi-epiku Land Of e Pharaohs (1955). Nispiċċa bl-istorja tal-aktar film popolari u mfittex ta' dan is-suġġett – THE MUMMY (1959) tal-kumpanija Hammer Films, l-ewwel wieħed bil-kulur. Grupp ta' arkeoloġisti Brittaniċi lejn l-aħħar tas-seklu 19 jiħu l-qabar tal- Prinċipessa Ananka (Yvonne Furneaux), minkejja t-twissija ta' Mehmet (George Pastell), Eġizzjan li minkejja li jgħix f 'pajjiż Musulman, għadu jagħti qima lill-allat tan-Nil. 4,000 sena ilu Ananka kienet il-maħbuba ta' Kharis (Christopher Lee), qassis li reġa' daħal fil-qabar issiġillat tagħha u permezz ta' parċmina mistika ipprova jerġa' jqajjimha. Misjub mill- qassisin l-oħra, geżżwruh fil-faxex ta' xi mummja u ħallewh hemm ġew għassa mas-sarkofagu. Il-ġisem ta' Ananka ħaduh fil-Mużew Brittaniku. Mehmet imur wara mal-mummja Kharis, imma jitlilfu meta jegħreq fil-ħama. Wara ġurnata taħt it- tajn, għadda bis-saħħa tal-eżorċismu ta' Mehmet, Kharis jerġa' jitla' mill-ħama u joqtol lil Stephen Banning (Felix Aymler) u lil Joseph Whemple (Raymond Huntley), tnejn mill-esploraturi. Il-ħajja tat-tifel ta' Stephen Banning, John (Peter Cushing) tkun salvata biss minħabba li l-mara tiegħu Isobel (Yvonne Furneaux mill- ġdid) hi fula maqsuma ma' Ananka. Issa, l-mummja b'mod stramb isir vulnerabbli kemm għall-balal u anki għal ħama u jintemm ġo għadira tajn. (tmiem)