Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Is-sajf jinsab wara l-bieb u x'hemm isbaħ minn flixkun Cisk jew tazza Kinnie kiesħa silġ ħdejn il-baħar jew waqt xi BBQ? Se ssibhom f 'kull attività minn xi festival ta' eluf, għal party bejn il-familja. Żewġ xarbiet li saru parti mill-identità tagħna. Ħallina niaħru li birra bħal tagħna ma ssibx u ngħiduha kif inhi, it-turisti ma tantx imeruna. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM ltaqgħet ma' Norman Aquilina, il- Kap Eżekuttiv ta' Simonds Farsons Cisk, il-kumpanija wara dawn iż-żewġ xarbiet Maltin. Ejja nimxu pass pass. L-ILLUM tibda tistaqsi lil Aquilina dwar din il-kumpanija u l-istorja warajha. Aquilina beda jispjega kif il-kumpanija Farsons twaqqfet fl-1928 u sena wara ngħaqdet ma' Simonds, birrerija li kienet isservi lis-servizzi Ingliżi u fl-1948 ngħaqdu maċ-Cisk. Għalhekk illum il-kumpanija tissejjaħ Simonds Farsons Cisk, anke jekk mal-Maltin hija magħrufa bħala Farsons. "Għandna storja ta' 93 sena. Għaddejna minn ħafna sfidi, opportunitajiet u bidliet. Illum għandna preżenza tajba ħafna fis-suq lokali imma mhux biss għax qed nagħmlu passi biex ikollna preżenza anke barra minn xtutna," insista Aquilina. Ma nafx intom imma jiena l-ewwel ħaġa li tiġini f 'moħħi meta nisma' l-kelma Farsons huma ċ-Cisk u l-Kinnie, iż-żewġ marki li taw isem lil din il-kumpanija. Il-Kap Eżekuttiv spjega kif iċ-Cisk bdiet fl-1929, jiġifieri sena wara li twaqqfet Farsons. Il-Kinnie bdiet fl- 1952, jiġifieri s-sena d-dieħla tagħlaq 70 sena. "Iċ-Cisk u l-Kinnie mhumiex biss prodotti imma kważi kważi huma parti mill-kultura," qal b'wiċċu minn quddiem Aquilina. "Anke Maltin li ilhom jgħixu barra minn xtutna għadhom jiaħru u jfittxu dawn ix-xarbiet." Komplejna nitkellmu dwar il-kumpanija, b'Aquilina jispjega kif illum din timpjega it inqas minn elf ruħ li terz minnhom huma nisa, waqt li fakkar li aktar minn kumpanija, Simonds Farsons Cisk huwa grupp. Fil-fatt dan il-grupp jinkludi lil: Farsons Brewers and Bottlers, FBIC Beverage Importers, Farsons Direct (stabbiliment imdaqqas għall-bejgħ ta' prodotti u wine tasting fost oħrajn), EcoPure Beverage Services, Quintano Food Imports u Food Chain Restaurants (li jinkludu l-Pizza Hut, il-Burger King u l-KFC). Imma Farsons mhijiex Cisk u Kinnie biss Semmejna ħafna ċ-Cisk u l-Kinnie u se nibqgħu nagħmlu referenza għalihom imma kif wieħed jista' jinduna mill-kumpaniji li jifformaw dan il-grupp, Simonds Farsons Cisk ma tiqafx ma' dawn ix-xarbiet biss. Fil- fatt, il-Kap Eżekuttiv spjega kif huma ilhom 'il fuq minn 40 sena bottiljaturi tal-Pepsi u anke birriera tal-Carlsberg. "Jiġifieri aħna mhux nipproduċu l-prodotti tagħna biss imma anke ta' marki internazzjonali. Aħna kburin ħafna b'dan għax ifisser ukoll li l-istandards tagħna jridu jkunu ta' livell internazzjonali. Fil-fatt l-impjant tagħna kollu kemm hu jiġi awditjat kull sena biex ikun assigurat li l-istandards huma ta' livell neċessarju," kompla Aquilina. "L-istorja wrietna li parti mis-suċċess ta' Farsons fuq kwalunkwe prodott hija riflessjoni fil-ħiliet tal-ħaddiema li tissarraf f 'konsistenza fil- kwalità. Dejjem tajna importanza enormi li nkunu konsistenti fil-kwalità." Kien hawn li l-Kap Eżekuttiv aħar dwar il-fatt li ċ-Cisk, kull meta tikkompeti fuq livell internazzjonali, tkun mar-rebbieħa. "Isiru diversi kompetizzjonijiet u rbaħna diversi midalji," kompla jisħaq. Cisk, Excel, Chill u issa birra bla alkoħol... Minn żmien għal żmien rajna ħafna varjazzjonijiet taċ-Cisk, mill-Excel, għaċ- Chill Lemon jew Berry u issa anke ċ-Cisk bla alkoħol. L-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv kif jinbtu dawn l-ideat u kif jirnexxielhom jibqgħu joħorġu b'varjazzjonijiet differenti. Aquilina saħaq li l-akbar sfida għal kwalunkwe marka hija li tibqa' relevanti u tissodisfa d-domanda min-naħa tal-konsumatur. "L-importanti li qed tiżviluppa l-prodott li jixtieq il-konsumatur u żżomm dik il- kwalità li dejjem jixtieq," insista. Fakkar ukoll li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u s-suq ġie lliberalizzat it wara. "Ifisser li llum iċ-Cisk qed tikkompeti ma' ħafna marki internazzjonali u ta' livell globali mingħajr l-ebda forma ta' protezzjoni." Insista li minkejja dan kollu, meta l-konsumatur jiġi biex jagħżel, jidher biċ-ċar li ċ-Cisk baqgħet il-birra favorita tal-Maltin imma popolari wkoll mat-turisti. "Il-fatt li aħna gżira żgħira fil-Mediterran, ħafna turisti mhux neċessarjament jippretendu li se jsibu xi marki lokali ta' birra. Jidher ċar li fost it-turisti li jkunu jridu togħma tal-prodotti lokali, iċ-Cisk huwa wieħed milll- prodotti ewlenin," saħaq Aquilina. "Għalina importanti li l-marka taċ-Cisk, tal-Kinnie u kwalunkwe marka oħra trid tibqa' sensittiva għal dak li jrid il-konsumatur, tibqa' relevanti u tinvesti biex il-prodott ikun aġġornat għaż- żminijiet tal-lum." 'Nibqgħu sensittivi għall-eżiġenzi tal- konsumatur...' L-ILLUM tistaqsih jekk dan ifissirx li jsiru studji jew sondaġġi fost il-klijenti jew inkella jiddependux biss minn dak li jkun qed jiġri barra minn Malta. Il-Kap Eżekuttiv saħaq li l-kumpanija kontinwament tistudja dak li jiżviluppa fis-swieq oħra, iżda saħaq li ma jfissirx li dak li jsir f 'pajjiż se jsir f 'ieħor. "Importanti li nżommu mal-polz. Ir- riċerka hija kontinwa mhux biss fejn jidħlu prodotti imma anke riċerka dwar ix-xejriet tal-konsum biex dejjem nibqgħu sensittivi u nindirizzaw l-eżiġenzi tal-konsumatur," kompla jispjega. Il-pandemija u Farsons: X'kien l-akbar impatt? Ma stajnix ma nistaqsux lill-Kap Eżekuttiv dwar l-effett li l-pandemija ħalliet, anke għax ħafna mill-prodotti tagħhom jiddependu wkoll minn dawk is-setturi l-agħar milquta mill-pandemija fosthom dak turistiku, tal- ospitalità u tad-divertiment. "L-effett kien enormi fuq livell nazzjonali imma anke fuq il-livell ta' Farsons kien sinifikanti ħafna," insista Aquilina. "Aħna mhux nissuplixxu biss il-prodott għall- konsum fost il-Maltin imma anke għat-turisti, għar-ristoranti u l-festi. Parti sostanzjali mis- suq mhux qed jopera. Għalhekk, filwaqt li tenna li l-impatt kien enormi u ġab miegħu ħafna sfidi, insista li ġab miegħu wkoll opportunitajiet, fosthom fejn jidħol l-użu tat-teknoloġija u anke biex wieħed jiżviluppa mudell ta' negozju li jkun aktar effiċjenti u sostenibbli. Żammew lill-ħaddiema kollha? L-ILLUM staqsietu wkoll dwar il-ħaddiema, bil-Kap Eżekuttiv jisħaq li d-deċiżjoni kienet mill-bidu nett li ma jitnaqqsux ħaddiema. "Żammejna l-istess ħaddiema iżda addattajna x-xogħol għaż-żminijiet. Kien hemm ġranet fejn ħdimna inqas mis-soltu. Irrid nenfasizza wkoll li ħadna l-miżuri neċessarji biex inrażżnu ċertu nfieq, anke fosthom ċertu proġetti li ġew posposti, imma fl-aħħar mill-aħħar irrid ngħid li 'L-impatt tal-pandemija kien enormi l-ħaddiema kollha' - L-ILLUM iżżur Farsons Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Norman Aquilina, Kap Eżekuttiv ta' Simonds Farsons Cisk, il-kumpanija wara ċ-Cisk u l-Kinnie li saru parti mill-identità tal-pajjiż. Nitkellmu dwar l-effett tal-pandemija iżda mhux biss. X'jagħmel dawn iż-żewġ xarbiet daqshekk popolari? Jesportaw barra mill-pajjiż? Flixkun birra kemm jieħu żmien biex isir? X'jagħmlu aktar barra Cisk u Kinnie? Se naraw prodotti ġodda? Alan Borg Norman Aquilina - CEO ta' Simonds Farsons Cisk PLC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021