Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126
06 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Min jieħu birra u min jipprotesta għax imsakkar ... Ir-restrizzjonijiet Kif qed tagħmel minn żmien għal żmien, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni f'pajjiżi ġirien u pajjiżi oħra li huma popolari mal-Maltin u li minnhom jiġu f'Malta ammont ta' turisti. Mexjin fit- tilqim? Għad fadal restrizzjonijiet? X'qed jiġri mill-ivjaġġar? YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar il-każi f 'Malta jidher li jinsabu taħt kontroll u it it ir- restrizzjonijiet bdew jonqsu, bit- tir li f 'Ġunju nkunu f 'pożizzjoni li nerġgħu nibdew nattiraw lit-turisti u nagħtu spinta lil dan is-settur kruċjali. Iżda mhux f 'Malta biss. Il-miżuri u l-vaċċin jidher li bdew iħallu l-effetti mixtieqa f 'ċertu pajjiżi importanti għalina bħar-Renju Unit anke jekk pajjiżi oħra għadhom qed jaqdfu kontra t-tielet mewġa jekk mhux ir- raba' wkoll. Kif qed tagħmel minn żmien għal żmien, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni f 'dawn il-pajjiżi li huma importanti ħafna għat- turiżmu f 'Malta, għax kif dejjem ngħidu: mhux mis-sitwazzjoni tagħna biss jiddependi. Renju Unit: Minn mgħaffeġ bil-varjant għal pinta birra Sa it tal-ġimgħat ilu r-Renju Unit kien mgħaffeġ taħt mewġa kbira ta' infezzjonijiet, kawża ta' varjant tal- Covid-19 li oriġina minnu u li llum huwa mifrux madwar l-Ewropa kollha. Sa Jannar li għadda, ir-Renju Unit kien qed jirreġistra 8,700 mewta f 'ġimgħa, iżda l-każi ġodda u l-imwiet naqsu drastikament wara lockdown strett. Fl-istess żmien tħaffef ukoll il-programm tat- tilqim. Tant hu hekk li madwar 400,000 persuna qed jingħataw it-tieni doża tal-vaċċin kuljum. Fil-fatt, aktar minn 60% tal-popolazzjoni issa ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin u għalhekk komplew jitnaqqsu aktar miżuri. Fil-fatt, mit-Tnejn li għadda tnaqqsu ħafna miżuri, b'mijiet ta' persuni jerħulha lejn il-pubs biex wara ġimgħat jieħdu pinta birra. Fil-fatt mit-Tnejn: Fetħu l-ħwienet kollha inkluż dawk tas-sbuħija: - fetħu r-ristoranti u l-pubs iżda jistgħu jservu biss lin-nies fuq barra; - fetħu l-gyms, l-ispas, iż-zoos, il-parks ta' divertiment u l-libreriji; -membri mill- istess familja (li jgħixu flimkien) jistgħu jmorru btala fl-Ingilterra stess f 'akkomodazzjoni self- catering; - gruppi ta' 15-il persuna setgħu jibdew jattendu tiġijiet u gruppi ta' 30 għal funerali; - it-tfal bdew jattendu attivitajiet anke fuq ġewwa; - anzjani fi djar residenzjali bdew jirċievu żjarat minn żewġ persuni; u - komplew ukoll il- lezzjonijiet tas-sewqan. Sa issa l-Ingliżi ma jistgħux iħallu l-pajjiż għal btala. Il-mira kienet li s-safar jerġa' jinfetaħ fis-17 ta' Mejju (meta se jitnaqqsu aktar restrizzjonijiet) iżda fl- aħħar ġimgħat il-Gvern għadu mhux jikkommetti lilu nnifsu. Madanakollu l-mira hija li sal-21 ta' Ġunju jkunu tneħħew il-maġġoranza tar- restrizzjonijiet. Franza: Lockdown parzjali minħabba l-pressjoni fuq l-isptarijiet Fil-bidu ta' dan ix-xahar, Franza daħlet f 'lockdown parzjali ta' erba' ġimgħat hekk kif kompliet tiżdied il-pressjoni fuq l-isptarijiet. Franza qed titħabat kontra t-tielet mewġa ta' infezzjonijiet li waslet fuqha bil-qawwi, kawża tal-varjant tar-Renju Unit. Fil-fatt, it-taqsimiet tal-kura intensiva huma mimlija, l-istess kif kienu bħal dan iż-żmien sena. Fost oħrajn għalqu l-iskejjel u l-Franċiżi ma jistgħux jivjaġġaw aktar minn 10 kilometri 'l bogħod mid-dar tagħhom. Ħadd ma jista' joħroġ mir-reġjun li fih jgħix. Għalqu wkoll il-ħwienet kollha mhux essenzjali u fil-pubbliku ma jistgħux jiltaqgħu aktar minn sitt persuni. Sas-7pm ta' filgħaxija kulħadd irid ikun id-dar. Dan il-curfew issa ilu impost diversi ġimgħat. Sadanittant il-Gvern Franċiż qed jaħdem biex iħaffef il-proċess tat-tilqim li beda kajman ħafna, kemm minħabba dewmien fil-konsenji u anke minħabba problemi loġistiċi. Fost oħrajn, il-vaċċin qed jingħata fi stadiums tal-football. Anke l-militar qed jagħti s-sehem tiegħu tant li fetaħ seba' ċentri għat- tilqim biex jgħin fil-proċess. Fi Franza għadhom qed jitlaqqmu dawk li għandhom bejn 60 u 70 sena, bit- tir huwa li mill-15 ta' Mejju jitlaqqmu dawk li għandhom 'il fuq minn 50 sena. F'nofs Ġunju tibda titlaqqam il-bqija tal-popolazzjoni.