Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 save more. generate. store. use. Skemi għal kontijiet orħos Biex issaħħan l-ilma Żur rews.org.mt | Freephone 8000 2400 Applikazzjonijiet jiftħu fis-26 t'April 2021 tal-PL ħafna iktar kontra minn votanti tal-PN ċara wkoll - bil-votanti Laburisti ħafna iktar kontra aktar restrizzjonijiet minn votanti Nazzjonalisti, kemm dawk tal- 2017 u anke dawk ta' issa. Fil-fatt 63.7% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017 huma kontra aktar restrizzjonijiet (33% favur), filwaqt li nofs (49.9%) ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 huma favur aktar restrizzjonijiet (47.4% huma kontra). Dan probabbilment jirrifletti n-narrattivi opposti tal-partiti fuq il-midja differenti tagħhom, bil-PN jieħu approċċ ħafna aktar favorevoli għal għeluq u ħafna inqas pożittiv dwar il-futur, filwaqt li l-PL jieħu aktar in- narrattiva ottimista. Huwa riflessjoni wkoll ta' x'jaqbillhom il-partiti: Iktar restrizzjonijiet ifisser li l-ekonomija ddum ma tiġi fuq tagħha, li jfisser aħbarijiet ħżiena għall-Gvern. Mistoqsijin lil min jivvutaw kieku ssir elezzjoni llum u x'jaħsbu dwar restrizzjonijiet, 60.4% ta' dawk li wieġbu illi jivvutaw PL qalu li huma kontra aktar restrizzjonijiet (36.6% favur), filwaqt li 48% ta' dawk li qalu illi jivvutaw PN qalu illi ma jaqblux ma' aktar restrizzjonijiet (48.7% jaqblu). Dan ifisser li l-votanti tal-PN huma ħafna iktar maqsumin fl-opinjoni mill-votanti Laburisti fuq din il- kwistjoni. B'58.8% l-irġiel huma aktar kontra r-restrizzjonijiet minn nisa (52%). In-nisa, b'45.3%, huma iktar favur restrizzjonijiet mill-irġiel (38%). ARA WKOLL PAGNI 6 U 7 Iva 33.80% Le 62.80% Ma Nafx 3.40% Inti taqbel li jsiru aktar restrizzjonijiet? (18 - 35)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021