Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista Kif il-PN jista' jirbaħ l-elezzjoni 'Jekk tridu tmorru tajjeb fl-elezzjoni agħmlu bħal mara ta' Bernard Grech!' K ull darba li joħroġ survey u tal-PN ma jkunux kuntenti bih, nibdew nisimgħu ħafna nies – l-biċċa l-kbira tagħhom dawk li jkunu jixtiequ li l-PN jisparixxi u li Simon Busuttil qatt ma twieled – li jibdew jagħtu dawn il-pariri lill-PN: • Neħħu l-uċuh il-qodma u ġibu uċuh ġodda, u • Tkunux negattivi. U niskanta nara esponenti tal-PN qishom se jibdew jaqblu magħhom u jagħtuhom raġun. Lill-PN nixtieq ngħidilhom: Tisimgħux minn dawn il-pariri. Agħmlu, mhux kif jgħidilkom tagħmlu l-Labour, imma kif għamel il-Labour stess meta kien fl-Oppożizzjoni taħt Joseph Muscat. Intom tiakruha l-kampanja ta' Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013? Tiakru kemm kienet kampanja negattiva? Tiakruhom ir-reklami negattivi li kienu jġibu lil Lawrence Gonzi bħala kriminal? Tiakru kif xterdet l-aħbar negattiva li Tonio Fenech kien irċieva arloġġ tal-Lira u li l-aħbar negattiva li l-ministri kienu qed jitħallsu €500 aktar fil-ġimgħa? Dawn l-aħbarijiet negattivi kienu jkunu kuljum fuq l-Aħbarijiet tal-ONE, fuq TVM, f 'kull konferenza stampa, f 'kull diskors taħt it-tinda. X'ma kinux negattivi! U rebħu b'35,000 vot. U tiakru x'kien għamel Joseph Muscat hekk kif sar mexxej? Kien indirizza konferenza ġenerali. Kollox kien issettjat. In-nies antiki tpoġġew f 'postijiet strateġiċi fis-sala. Id-direttur televiżiv kellu l-iscript tad-diskors ta' Muscat, u kellu x-shots pjanati lesti. Kollox sinkronizzat. Waqt id-diskors Muscat jgħajjat lin-nies lura fil-Partit – "Lil din jien ivvutajtilha, nilqa' magħna lil Maria Camilleri, welcome Maria, fil- Moviment." U shot tagħha f 'nos il-folla. Ċapċip kbir. "Nilqa' magħna lil Alex Sciberras Trigona, inti issa parti mill-familja tagħna." Shot tiegħu f 'nofs il-folla. Kulħadd iċapċap. Meta kien fl-Oppożizzjoni, Muscat ma ħebiex lill-qodma, anzi tefagħhom fuq il-front mal-ġodda, u fil-kritika tieghu kien iktar negattiv milli huma il-PN tal-lum. Jien naħseb li l-PN mhux talli m'għandux jaħbi l-qodma, imma talli għandu jipprova jġib lura politiċi ta' stoffa bħal George Pullicino, Tonio Fenech u Giovanna Debono. X'se tagħmlu biex tisimgħu mil- Labour? Se taħbu lil Mario de Marco, wieħed mill- ien imħuħ li għandu l-PN? Se taħbu lil David Agius, wieħed mill-iżjed politiċi li jiem il-grassroots tal-Partit? U meta jgħidulkom tkunu pożittivi x'suppost tagħmlu? Tfaħħru l-affarijiet tal-biża' li ġraw f 'pajjiżna? Se tgħidu kemm intom kburin li wara l-qtil ta' Daphne Malta qed tissemma' fil-films tal-Mafia? Hekk se tagħmlu? Biex tkunu pożittivi? Allura l-PN kif jista' jerġa' jibda jirbaħ? • Billi jagħmel proposti kontroversjali ta' ġid, anke għall-minoranzi. Jekk verament temmnu li n-nies għandu jkollhom id-dritt li jżommu erba' qsari kannabis id-dar, għalfejn ma ħriġtux biha, intom tal-PN? Biex lahaq ħareġ biha l-Gvern u issa l-PN se jkollu jaqbel magħha. Nittama li mhux għall-voti. • Niakar meta kien fil-Parlament kien hemm il-vot dwar l-unjoni ċivili u li koppji gay ikunu jistgħu jaddottaw. Kont maħruq li l-PN kienu se jasjtenu. Kont bgħatt SMS lil tal-PN u għedtilhom, "Morru fil-Parlament u itolbu li tagħmlu emenda fuq din il-liġi. Għidulhom li flok unjoni ċivili, għandu jissejjaħ u jkun żwieġ. Ara kif kien jibqa' Joseph Muscat, li l-iskop tiegħu kien li l-PN ma jivvutax favur għax ried il-voti tal-LGBTIQ, u bl-astensjoni tal-PN kien rebaħhom kollha hu. • Meta sar mexxej, Joseph Muscat kien għamel time-table ta' kif se jqassam il-ħin tiegħu. 80% tal-ħin kollu tiegħu kien li jiltaqa' man-nies. Jiltaqa' man-nies, mhux billi jmur il-festi u joqgħod jieħu s-selfies. Mhux ġol-każini jew fuq il-monti. Jiltaqa' man-nies jiġifieri jmur għandhom, id-dar, jew jistedinhom għandu. U kien minn hemmhekk li dawwar ħafna votanti Nazzjonalisti. Mhux bil-media, u mhux bis-slogan "tagħna lkoll." Jiġifieri l-kampanja ma kinitx importanti? Li kieku Muscat ma kienx qed jiltaqa' b'mod individwali ma' eluf ta' nies, il-kampanja ma kinitx tkun effettiva, le. L-istess kien għamel Alfred Sant biex rebaħ l-Elezzjoni tal-1996. Dar 10,000 familja. Kellu kampanja brodu, għax flok ħela l-ħin jidher 'l hemm u 'l hawn, kien imur fid-djar. Fil-PN illum, il-kandidati l-ġodda, u aktar u aktar il-qodma jridu jikkommettu ruħhom biex iżuru familji indikati mill-Partit. Mhux kulħadd imur għand dawk li anyway se jivvutaw PN. Ikollok min marru sitta għandu u min ħa għalih għax ma resaq ħadd. Għandha ssir ħidma intensiva biex hekk kif noħorġu mill-COVID, il-Kap tal-Partit u d-Deputati jinsew kollox u jmorru għand in-nies. B'mod strateġiku. B'dixxiplina. B'deadline. B'feedback immedjat, u b'follow ups. U mhux imorru biex ikunu marru, għax inkella jkunu qed jitnejku bin-nies. L-aktar ħaġa tajba li qed jagħmel il-PN bħalissa qed tagħmilha AnneMarie, il-mara ta' Bernard Grech. Kuljum iċċempel lit-tesserati li jkollhom il-birthday u titkellem magħhom. Kuljum. Kull tesserat u tesserata. Tkellimt ma' nies li ċemplitilhom u rrakkuntawli, fetħu qalbhom magħha, akru fejn jafuha, kif kienet tgħallem lil xi hadd qrib. AnneMarie ġenwina, meta tistaqsik kif inti, tkun sinċerament interessata fir- risposta tiegħek, u tisma' lilek titkellem qabel titkellem hi. Lil tal-PN ngħidilhom: imitaw lil din il-mara u jibda ċ-ċans li tmorru tajjeb ħafna fl-Elezzjoni. Tirbħu? Nagħżel li ma nweġibx. Il-każ kurjuż tar-riklam ta' Carmelo Abela Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM E jja nitkellmu ċar: Id-deċiżjoni tal-Kum- missarju tal-Istandards George Hyzler dwar il-Ministru Carmelo Abela u r-riklam tiegħu, huwa interes- santi immens. Interessanti fis-sens, li din l-istorja tqajjem l-interess morbidu ta' dawk li jridu jaraw li l-Gvern ma jkomplix jitfa' flus fil-midja tradizzjonali. Huwa veru li forsi l-Ministru Carmelo Abela seta' għamel riklam it differenti - li deher fit-Times u li ċertament ma kellu l-ebda effett fuq l-kostitwenza tiegħu. Imma George Hyzler, li ma rridux ninsew illi kien Deputat Parlamentati Nazzjonalista fi żmien ieħor u kien jirrapreżenta l-kostitwenza ta' Ħal-Qormi, jaf li fl-istorja riċenti tar-riklamar politiku minn politiċi fil-Gvern din ta' Carmelo Abela kienet fost l-inqas każi atroċi u sfaċċati. Għax idaħħkuni ta' Repubblika u sħabhom, insew forsi dawk il-mumenti riċenti meta l-Gvernijiet imlew il-gazzetti tagħhom (u imuni) b'riklami li kienu inaċċettabli. Forsi insew - per eżempju - l-orġja ta' riklami mfassla minn Manuel Delia għall- Ministru Austin Gatt, fi żmien it-tnedija ta' Smart City – l-ikbar daħka fil-wiċċ ta' dawn l-aħħar snin! Ajma, dakinhar niakru! Għax dakinhar il-gazzetti li kont immexxi kienu bbojkottjati, għax konna xewka għall-Gvern. U forsi aħjar, għoddni niakar riklami ta' persuni jidhru f 'riklami b'wiċċhom - jiddikjaraw li Smart City ser joffri eluf ta' impjiegi. Ovjament ħrafa kbira! Kieku insemmi minn deher f 'dawn ir-riklami, tiskantaw. Inkluż numru ta' ġurnalisti, li alla jbierek jitkażaw b'dak li qed jiġri illum. Hyzler tal-Istandards irid ikun konxju li bid-deċizjonijiet li jieħu jista' jkollu effett fit-tul mhux biss fuq il-politiċi iżda wkoll fuq il-media in ġenerali. Għandu jkun hemm linji gwida. Imma li issa nitolbu li jingħataw il-flus lura. Din daqxejn esaġerata! Jekk hemm gazzetta li ssawwat lill-Gvern, ċertament hija t-Times. Iva t-Times, li alla jbierek, meta ħaddieħor kien minsi u bbokkotjat mill-Gvern ma qalu xejn. Ir-riklam ta' Carmelo Abela ma għamilx differenza kif topera t-Times. It-Times biex inkunu fair, baqgħet xewka f 'dahar il- Gvern. Jekk il-Gvern jieqaf jappoġġja l-istampa f 'Malta ikollna kriżi eżistenzjali. Jeħtieġ li jkompli jgħin, jgħidu x'jgħidu dawk li jridu li l-Gvern jagħlaq il-vit. L-azzjonijiet tar-Repubblika huwa dritt sagrosant tagħhom, imma ma nistax ma ngħidx li l-azzjonijiet tagħhom ifakkruni f 'meta l-Amerikani kienu jitfgħu n-Napalm ġewwa l-Vjetnam u jaħarqu kollox – foresti, annimali u lil dawk imsejħin Viet Cong; irġiel, nisa u tfal. F'dan il-każ hekk ġara! Carmelo Abela Jien naħseb li l-PN mhux talli m'għandux jaħbi l-qodma, imma talli għandu jipprova jġib lura politiċi ta' stoffa bħal George Pullicino, Tonio Fenech u Giovanna Debono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021