Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126
11 analiżi illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 lejn min esprima l-inwkiet tiegħu dwar il-korruzzjoni tara illi l-aktar li huma inkwetati huma l-votanti Nazzjonalisti fl-2017, b'16.3% filwaqt li l-votanti Laburisti fl-2017 u dawk bejn it-18 u 35 sena huma l-inqas li jsemmu l-korruzzjoni (kważi lanqas isemmuha). Huwa ċar mhux biss mis- sondaġġi imma wkoll minn dak li nistgħu naraw fl-istorja politika lokali u anke internazzjonali li l-popli qajla jivvutaw skont il- korruzzjoni jew governanza ħażina - ħlief meta b'azzjoni tal- Gvern dak il-poplu jkun qed ibati finanzjarjment. Ma jfissirx li dawn l-aspetti mhumiex importanti jew dawn ma jdejqux lil ħafna mill-elettorat, lanqas hija deċiżjoni li ssib l-għeruq tagħha fl-injuranza - argument simplistiku ieħor. Riżultat tajjeb għall-PL lanqas ma tfisser li l-poplu japprova minn kwistjonijiet bħall- kuntratt tal-VGH jew l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u kif ġie implikat Keith Schembri jew ħatriet nepotistiċi, li taħt dan il-Gvern baqgħu għaddejjin bla waqfien. Sempliċiment ix- xogħol, il-flus fil-but, in-negozju tal-familja u l-benesseri tiegħu u l-ekonomija in ġenerali - jibqgħu kunsiderazzjonijiet aktar importanti għall-maġġoarnza tal- poplu! 'Its the economy, stupid!' kien qal l-istrateġista politiku Amerikan James Carville, li mexxa l-kampanja elettorali ta' Bill Clinton fl-1992 - u ma setax qalha aħjar! Il-Governanza u l-korruzzjoni: "Abela mhuwiex Muscat' Il-Partit Nazzjonalista issa ilu mill-2015, jiġġieled b'qawwa liema bħalha kontra l-Partit Laburista fuq kwistjonijiet ta' nepotiżmu, allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, il-Panama Papers u kwistjonijiet oħrajn li kkulminaw fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan kollu huwa sew - u l-votanti fit- triq tan-nofs it isibu x'ma jaqblux miegħu meta l-PN jitkellem dwar ċerti skandli u kuntratti li saru. Pero' l-akbar żball tal-Partit Nazzjonalista u ta' Bernard Grech ikun li jitlaq għall-battalja elettorali ma' Robert Abela daqslikieku Abela huwa Joseph Muscat u li Abela sempliċiment kompla fejn ħalla Muscat. Fil-verità iktar kemm jgħaddi żmien, iktar hemm realizzazzjoni illi minkejja l-affibilità tiegħu u minkejja li kien iħaddem l-arti tal- persważjoni kważi b'perfezzjoni permezz ta' oratrija eċċellenti, il-PN illum kien ikun jaqbillu kieku għadu jmexxi lill-PL Joseph Muscat. Minkejja li l-Gvern preżenti xorta huwa tal-Partit Laburista u minkejja li l-akkużi u allegazzjonijiet fil- konfront ta' Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi, jibqgħu allegazzjonijet fuq il-PL - huwa fatt ukoll li Abela neħħa lil Schembri sigħat wara li nħatar Prim Ministru u it biss wara li neħħa lil Neville Gafa', filwaqt illi mexxa' rivolta interna kontra Mizzi li ratu jitkeċċa mill-Partit Laburista, kważi b'mod unanimu, mill-Eżekuttiv. Dan ma jfissirx li fil-perċezzjoni ġenerali dak kollu li seta' ġara meta Muscat kien Prim Ministru jintesa' u qatt ma kien xejn, iżda taħt Abela f 'diversi aspetti - l-aktar il-Korp tal-Pulizija - kien hemm ċaqlieq notevoli. Wieħed biżżejjed iħares lejn il-bidla tal-Kummissarju tal-Pulizija u kif jidher li bosta investigazzjonijiet donnu (sa fl- aħħar) qed jiċċaqalqu. Kienu arrestati diversi nies b'rabta ma' ħasil ta' flus, inkluż Darren Debono, membri tal-familja tiegħu u riċentement ukoll Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini (Nexia BT) kif ukoll numru ta' Diretturi tal- Allied Newspapers. Hawnhekk bdiet id-diskussjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet hux jaħdmu jew le. Min jgħid iva u min jgħid li mhumiex u l-arresti riċenti saru biss "għax ma kienx hemm triq oħra." Imma n-nies barra fit-triq u fid-djar tagħhom x'jaħsbu? X'qed jgħidu? X'qed jgħidu dawk li mhumiex attivisti akkaniti tal-PN jew il-PL? 1) - Qed jgħidu 'x'għarukaża kemm tħammġu l-PL, imma għallinqas issa qed jirranġaw l-iżbalji'? 2) - Qed jgħidu 'x'għarukaża kemm tħammeġ il- Labour, se nivvotaw PN'? 3) - Qed jgħidu 'x'għarukaża, qtajtna qalbna, mhux se nivvutaw? 4) - Qed jgħidu x'għarukaża imma mhux se tagħmilli differenza kif nivvota? 5) - Jew qed jgħidu 'ma jinteressanix: Komdu jiena, komdu kulħadd'? Probabbilment hemm it minn kull waħda. Hemm min qed japprezza l-fatt li l-affarijiet ċċaqlaqu sew fl-aħħar sena, hemm min ma jridx jaf u dar mal-PN, hemm min jammetti li sar ħażin imma ma jarax li dan se jiddetermina kif jivvota u hemm min dan kollu it jinteressah. Il-PN ċarament u sal-lum mhuwiex qed jattira biżżejjed nies mill-ewwel, it-tielet, ir-raba' u l-aħħar tip imsemmija hawnhekk. Minflok jidher li l-akbar avvanzi sa issa kienu fost votanti segwaċi ta' Daphne Caruana Galizia u tal- għaqda Repubblika, li fil-biċċa l-kbira wieħed jassumi li vvutaw PN fl-2017 imma li kienu diżillużi ħafna b'Adrian Delia. Ma jidhirx li Grech qed jitlef ammont ta' voti minn persuni li jappoġġjaw lil Delia. Dan mhuwiex ħażin minnu nnifsu, fil-fatt qed iwassal biex Bernard Grech jagħmel avvanzi elettorali f 'dawn is-sondaġġi. Imma biex il-PN verament inaqqas id- distakk jeħtieġ jibda jattira voti ta' dawk in-nies - li minnhom hawn eluf kbar, jekk mhux maġġoranza ċara wkoll - li għalihom il- korruzzjoni, is-saltna tad-dritt u l-governanza mhumiex priorità meta jkunu fil-polling booth. Kap ġdid - tim antik! Iżda lilhinn minn dan kollu - u f 'din l-analiżi lanqas biss se nidħlu fil-kwistjoni importanti tal-klijenteliżmu u l-power of incumbency, li għandu favurih il- Partit Laburista - Bernard Grech għandu problema kbira. Minkejja li huwa ġdid u minkejja li qed jagħmel progress qawwi fl- oratrija, madwaru għad hemm it- tim li kien hemm ma' Delia. Fuq naħa hemm David Agius - persuna affabbli, pero' li kienet nieqsa b'mod assolut waqt it-tiġrija għal Kap ġdid u li baqa' nieqes, xi it jew wisq, mix-xena sal-lum - għallinqas mix-xena politika li ma tinvolvix - strettament - il-midja tal-PN. Dan ifisser li it li xejn huwa preżenti, it li xejn qed iħalli impatt u it li xejn jista' jikkompeti mal-avversarju tiegħu fuq in-naħa l-oħra, Daniel Josè Micallef - li mhux biss qed jidher imma qed jippożizzjona lilu nnifsu bħala l-wiċċ liberali u moderat tal-Partit Laburista. U fuq in-naħa l-oħra hemm Robert Arrigo li attivament ħadem kontra l-kandidatura ta' Bernard Grech, ikkampanja attivament favur Delia u li bosta nies fi ħdan il-PN jinsistu li għadu mhux komdu jaħdem ma' Grech. Arrigo, l-avversarju dirett tiegħu bħala Deputat Mexxej Laburista huwa Chris Fearne - li huwa l-aktar Ministru popolari (Sondaġġ Mediatoday - Frar 2021) u li bena immaġini b'saħħitha ħafna grazzi għall-Covid-19. Is-Segretarju Ġenerali tal-PN baqa' Francis Zammit Dimech - li suppost kellu jkun care taker u li ilu jimmilita fil-PN mis-snin 80. Minkejja l-attentati notevoli ta' Grech sabiex idaħħal demm ġdid jibqa' fatt li huwa Kap ġdid imdawwar b'tim antik li la jispira u wisq inqas mistenni jiġbed lil dawk il-votanti li issa ilhom 12-il sena jivvutaw lill-Partit Laburista. Il-mistoqsija hija: Bernard Grech kif jara lilu nnifsu? Kap care taker jew Kap għat-tul li jwassal lill-PN għall-Gvern? Jekk hu jara li jista' jwassal lill-PN għal rebħa, għaliex ma għamilx it-tibdiliet meħtieġa biex it-tmexxija tkun ġdida bħalu? Il-Partit Nazzjonalista jagħmel żball strateġiku kbir jekk jaħseb li d-dnubiet tal-Gvern se jkunu biżżejjed biex eluf ta' eks Nazzjonalisti jerġgħu jmorru lura lejn il-PN- speċjalment dawk li jiakru sew lin-nies ta' madwar Grech, fil-Gvern qabel l-2013. U dan is-sondaġġi ilhom juruh mill- 2013. Ikun bidu tajjeb għal Grech - jekk irid inaqqas id-distakk b'mod effettiv - jekk miegħu jkollu tim ġdid. Il-Prim Ministru Robert Abela Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech