Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126
13 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 indirizzajna dawn l-isfidi bi sforz kollettiv u bil-kollaborazzjoni tal-ħaddiema. Il- ħaddiema fehmu li din mhijiex problema ta' Farsons imma tal-pajjiż. Bil-kollaborazzjoni ta' kulħadd sibna bilanċ ta' kontinwità f 'ċirkostanzi li kienu diffiċli," insista. L-ILLUM tistaqsih jekk hemmx qasam jew inkella attività partikolari li t-twaqqif tagħhom ħalla effett akbar fuq il-kumpanija. It-turiżmu, il-parties, il-festi? Aquilina insista li l-akbar impatt bla dubju kien in-nuqqas ta' turiżmu. Fakkar kif it- turiżmu kien qabad ritmu tajjeb ħafna u l-kontribut tiegħu fuq l-ekonomija huwa qawwi ħafna. "Il-festi, l-għeluq tal-każini, il-bars u r-ristoranti kollha kellhom effett. Imma n-nuqqas ta' turisti kellu l-impatt prinċipali," kompla jispjega. Normalment liema hu l-aktar perjodu impenjattiv? Mistoqsi meta jkun l-aktar perjodu impenjattiv, fejn jidħol il-bejgħ, f 'sena mingħajr pandemija, Aquilina spjega kif Lulju u Awwissu huma l-aktar xhur importanti. "Għandek sa Santa Marija u wara it it jerġa' jibda jonqos. Is-sajf jibqa' l-aktar importanti," insista Aquilina. Mistoqsi dwar l-impatt finanzjarju, il-Kap Eżekuttiv saħaq li s-sena finanzjarja tagħlaq f 'Jannar u għalhekk bħalissa jkun għadu qed isir l-awditjar. Madanakollu, fl-aħħar kontijiet tal-verifika li ġew ippubblikati, għas-sena 2019/2020, il-kumpanija rreġistrat dħul ta' €103 miljun. Fakkar li bħala Public Listed Company huma obbligati li jippubblikaw din l-informazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. Iċ-Cisk u l-Kinnie barra minn Malta: Popolari? Erġajna lura fuq il-prodotti, bl-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv x'jagħmel il-birra ta' Farsons daqshekk popolari mal-Maltin. Filwaqt li saħaq li l-isem huwa importanti, il- kwalità u l-konsistenza jibqgħu l-ingredjenti l-aktar importanti għas-suċċess taċ-Cisk. "Is-sigriet huwa li jkollok prodott li jissodisfa lill-konsumatur b'mod konsistenti," saħaq Aquilina waqt li insista wkoll li saru investimenti kbar biex illum l-impjant huwa mgħammar bl-aqwa teknoloġija. Dan għen lill-kumpanija biex ma tibqax tħares biss lejn is-suq lokali, imma anke lejn swieq internazzjonali. Fil-fatt spjega kif illum jesportaw iċ-Cisk u anke l-Kinnie f 'diversi pajjiżi Ewropew u lilhinn. "Is-swieq prinċipali tagħna huma l-Italja, l-Ingilterra u l-Polonja. Jekk immorru lilhinn mill-Ewropa, illum għandna preżenza fil- Lvant Nofsani, fil-Kanada, fil-Korea ta' Isfel u anke fl-Awstralja," spjega. Fil-każ tal-Awstralja, spjega l-Kap Eżekuttiv, il-Kinnie mhux sempliċiment ikun esportat, iżda saħansitra l-produzzjoni tiegħu ssir hemm stess. "Il-viżjoni tagħna hija li nkomplu nwessgħu l-preżenza tagħna mhux f 'Malta biss imma anke barra minn xtutna. Irridu nkabbru l-preżenza tagħna fi swieq internazzjonali fejn il-prodotti tagħna qed jibdew, tista' tgħid, mill-ġdid," kompla jispjega waqt li fakkar li jekk fil-kuntest lokali Farsons huwa stabbiliment pjuttost kbir, ħdejn birreriji oħra barra minn Malta pjuttost huwa żgħir. Anke hawn il-pandemija ħalliet l-effett tagħha mhux biss fuq l-esportazzjoni imma anke fuq l-importazzjoni ta' materja prima. Kemm jipproduċu Cisk kull sena? Flixkun birra kemm idum biex isir? L-ILLUM staqsiet lill-Kap Eżekuttiv it kurżitajiet, fosthom kemm jipproduċu bottijiet taċ-Cisk kull sena. Minħabba li n-numri huma kummerċjalment sensittivi, Aquilina ma setax jgħidilna bl-eżatt, iżda insista li l-kumpanija kontinwament tkejjel il-produzzjoni tagħha, kemm qed tipproduċi, kemm qed tbigħ, fejn qed tbigħ u kemm qed tesporta. "Aħna nibqgħu nagħmlu dak li nistgħu biex inżidu l-bejgħ tal-prodotti tagħna, dejjem b'mod responsabbli għax aħna sensittivi wkoll biex mhux inkejlu biss ir-riżultati fuq livell finanzjarju, imma anke f 'kuntest ambjentali u soċjali," saħaq. "Din hija r-realtà tas-swieq tal-lum fejn qed tingħata ħafna importanza li jkollna ekonomija sostenibbli." Għandhom proġetti oħra għall-futur? Se naraw xi varjazzjoni oħra taċ-Cisk jew inkella tal-Kinnie? Insista li waħda mill-fatturi li l-pandemija tat hija li l-kumpanija kellha aktar żmien fuq idha biex tiżviluppa l-ideat u prodotti ġodda. "Diġà nedejna ċ-Cisk bla alkoħol u iva hemm prodotti oħra," saħaq. "Għandna tim apposta li kontinwament jesperimenta u nistudjaw it-tendenzi li qed jiżviluppaw fi swieq internazzjonali u r-riċerka fuq il- preferenzi tal-konsumaturi. Aħna rridu dejjem inkunu kapaċi nirrispondu biex il- marka nżommuha ħajja u inovattiva." Flixkun wieħed birra kemm jieħu żmien biex ikun prodott? Norman Aquilina spjega kif hawn min jieħu l-impressjoni li biex tipproduċi l-birra, il-proċess huwa sempliċi iżda saħaq li dan mhux il-każ għax jinkludi diversi stadji. Qal li minn meta jibda l-proċess tal- brewing sakemm iċ-Cisk ikun ippakkjat u jitlaq minn Farsons, jgħaddi bejn wieħed u ieħor xahar. "Il-birra hija prodott ħaj li jirrikjedi l-ħin tiegħu biex l-ingredjenti jiffermentaw u joħroġ il-kwalità u l-prodott li mixtieq," kompla jispjega. Iċ-Cisk għandha 93 sena. Minn dak iż- żmien 'l hawn inbidel xi ħaġa fiha? Aquilina saħaq li essenzjalment l-ingredjenti jibqgħu l-istess. Madanakollu fakkar li fil-birrerija l-antika li nbniet fl-1948, il-proċess kien manwali, filwaqt li llum il-birrerija hija kompletament awtomatika. "Daħal l-element ta' teknoloġija imma l-proċess u ż-żmien li l-birra tirrikjedi biex issir, baqa' l-istess," kompla jisħaq. 'Kompetizzjoni kbira imma investejna' L-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv kif il-kumpanija jirnexxielha żżomm saqajha mal-art anke meta tqis li kważi kważi għandna monopolju għax il-preżenza taċ- Cisk u l-Kinnie fis-suq lokali hija b'saħħitha immens. Filwaqt li rrikonoxxa li huwa minnu li l-marki huma popolari mmens, fl-istess ħin qed jikkompetu ma' marki internazzjonali li għandhom ir-riżorsi, l-isem u preżenza. "Il-kompetizzjoni hija ħarxa. Ma jfissirx li għax għandna preżenza qawwija fis-suq ma hemmx sfidi kompetittivi, anzi dawn huma enormi u kontinwament naraw kif se nżommu l-pożizzjoni tagħna. Qed nikkompetu ma' birreriji li huma ħafna akbar minnha u għandhom ħafna aktar riżorsi," tenna. Kompla jispjega li l-kumpanija kienet lesta għal dawn l-isfidi għax ippreparat lilhna nnifisha, għamlet l-investimenti neċessarji, ħarrġet lill-ħaddiema u llum qed jirnexxielha tikkompeti. Tkellimna wkoll dwar il-proġetti li l-kumpanija qed taħdem fuqhom, b'mod partikolari x-xogħol li għaddej bħalissa fuq il-birrerija l-antika. Kull min jgħaddi mill- Imrieħel jista' jinnota dan ix-xogħol. Xi proġetti qed jaħdmu fuqhom? Il-Kap Eżekuttiv beda jispjega li tul dawn l-aħħar 10 snin il-kumpanija għamlet investimenti kbar. Saħaq li minħabba l-pandemija kien hemm xi proġetti li kellhom jiġu posposti, iżda l-proġett fuq il-birrerija l-antika baqa' għaddej. Il-ħsieb huwa li din il-birrerija tinbidel f 'ċentru għall-viżitaturi, li se jirrifletti wkoll l-istorja tal-kumpanija iżda mhux biss. Fl- istess binja se jkun hemm ukoll birrerija żgħira li tista' tipproduċi birer fuq volumi żgħar, biex ikunu jistgħu jsiru esperimenti fuq prodotti ġodda u għalhekk jipprovdi flessibilità għal proġetti u l-innovazzjoni. Pożittivi dwar is-sajf li ġej? Fl-aħħarnett, hekk kif it-tama hi li r-restrizzjonijiet jibqgħu jonqsu u ma jerġgħux jiżdiedu, l-ILLUM staqsiet lill-Kap Eżekuttiv kif qed iħarsu lejn dan is-sajf u jekk bdewx jaħsbu għalih. Aquilina saħaq li l-kumpanija hija ħerqana li tara s-suq juinfetaħ imma daqstant ferħana biex tara l-pandemija warajna u għalhekk qal li wieħed irid ikun sensittiv għas-saħħa tal- ħaddiema u l-poplu. Madanakollu, hekk kif wieħed jittama li anke t-turiżmu jibda jirkupra, il-Kap Eżekuttiv saħaq li l-kumpanija hija ppreparata biex taqbad ir-rankatura biex tkompli minn fejn ħalliet. "Il-pandemija għallmitna ħafna affarijiet u żgur li mhux nippretendu li l-affarijiet se jkunu normali għal kollox. Se tkun xi ħaġa gradwali. Is-suq xi it jew wisq inbidel u rridu naddattaw," temm jisħaq. enormi iżda rnexxielna nżommu magħna Farsons Ritratt meħud minn James Bianchi