05
aħbarijiet
illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021
save more.
generate. store. use.
Skemi għal kontijiet orħos
Biex issaħħan l-ilma
Żur rews.org.mt | Freephone 8000 2400
Applikazzjonijiet jiftħu fis-26 t'April 2021
tal-PL ħafna iktar kontra minn votanti tal-PN
ċara wkoll - bil-votanti Laburisti
ħafna iktar kontra aktar
restrizzjonijiet minn votanti
Nazzjonalisti, kemm dawk tal-
2017 u anke dawk ta' issa.
Fil-fatt 63.7% ta' dawk li
vvutaw lill-Partit Laburista
fl-2017 huma kontra aktar
restrizzjonijiet (33% favur),
filwaqt li nofs (49.9%) ta' dawk
li vvutaw PN fl-2017 huma favur
aktar restrizzjonijiet (47.4%
huma kontra).
Dan probabbilment jirrifletti
n-narrattivi opposti tal-partiti
fuq il-midja differenti tagħhom,
bil-PN jieħu approċċ ħafna aktar
favorevoli għal għeluq u ħafna
inqas pożittiv dwar il-futur,
filwaqt li l-PL jieħu aktar in-
narrattiva ottimista.
Huwa riflessjoni wkoll
ta' x'jaqbillhom il-partiti:
Iktar restrizzjonijiet ifisser
li l-ekonomija ddum ma tiġi
fuq tagħha, li jfisser aħbarijiet
ħżiena għall-Gvern.
Mistoqsijin lil min jivvutaw
kieku ssir elezzjoni llum u
x'jaħsbu dwar restrizzjonijiet,
60.4% ta' dawk li wieġbu illi
jivvutaw PL qalu li huma kontra
aktar restrizzjonijiet (36.6%
favur), filwaqt li 48% ta' dawk li
qalu illi jivvutaw PN qalu illi ma
jaqblux ma' aktar restrizzjonijiet
(48.7% jaqblu). Dan ifisser li
l-votanti tal-PN huma ħafna
iktar maqsumin fl-opinjoni
mill-votanti Laburisti fuq din il-
kwistjoni.
B'58.8% l-irġiel huma aktar
kontra r-restrizzjonijiet minn
nisa (52%). In-nisa, b'45.3%,
huma iktar favur restrizzjonijiet
mill-irġiel (38%).
ARA WKOLL PAGNI 6 U 7
Iva 33.80%
Le 62.80%
Ma Nafx 3.40%
Inti taqbel li
jsiru aktar
restrizzjonijiet?
(18 - 35)