Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 Ir-restrizzjonijiet fl-aktar pajjiżi popolari mal-Maltin Spanja: Ir-raba' mewġa qed tersaq ... enfasi fuq it-tilqim Spanja bħalissa qed taħdem biex tħaffef il-proċess tat- tilqim, bil-Prim Ministru Pedro Sánchez jisħaq li l-vaċċin jibqa' prijorità u dan hekk kif jidher li bdiet ir-raba' mewġa ta' infezzjonijiet, b'esperti jsejħu għal aktar restrizzjonijiet. It-tir ta' Spanja huwa li sal-aħħar ta' Awwissu, 70% tal-popolazzjoni adulta tkun tlaqqmet. Madwar 38 miljun doża se jkunu qed jaslu fi Spanja bejn April u Ġunju, tliet darbiet aktar minn kemm waslu fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Fil-fatt, Spanja qed tistenna li tkun irċeviet 87 miljun doża sa Settembru. Fil-25 ta' Ottubru li għadda, Spanja sejħet stat ta' emerġenza li jagħti lill-gvernijiet reġjonali l-poter li jintroduċu restrizzjonijiet li jillimitaw drittijiet fundamentali, fosthom id-dritt tal-moviment. Fil-fatt, daħlu fis-seħħ curfews u kienu imposti wkoll restrizzjonijiet stretti fuq l-ivjaġġar li għadhom fis-seħħ. Dan l-istat ta' emerġenza jiskadi fid-9 ta' Mejju iżda mhux qed ikun eskluż li dan jiġi estiż. Jekk ma jkunx estiż ma jfissirx li r-restrizzonijiet imposti minn reġjuni differenti se jkunu qed jitneħħew kollha, anke għax bħalissa l-każi qed jiżdiedu u mhux jonqsu. Kollox jiddependi fuq it-tilqim. Esperti qed jisħqu wkoll li l-effett tat-tilqim mhux se jinħass qabel Mejju waqt li wissew li f 'dan l-istadju l-vaċċin waħdu mhux se jkun biżżejjed. Saħanistra qed jisħqu li l-curfew u anke l-projbizzjoni fuq l-ivjaġġar bejn ir-reġjuni jibqa' fis-seħħ sal-aħħar tas- sajf. Dan flimkien mal-miżuri bażiċi bħall-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali. Madanakollu Spanja għadha qed tlaqqam bl-ewwel doża lill-anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena. Nofshom biss ħadu ż-żewġ dożi. It-tilqim ta' gruppi oħra f 'riskju għadu lura. 3% biss tal-anzjani li għandhom bejn 70 u 79 sena u 5% ta' dawk li għandhom bejn 60 u 69 sena ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. Intant, il-pressjoni fuq l-isptarijiet qed tiżdied għal darb'oħra. Skont rapporti fuq midja Spanjola, sodda minn kull ħamsa fit-taqsimiet tal-kura intensiva hija meħuda minn pazjenti bil-Covid-19. Ir-restrizzjonijiet fi Spanja jiddependu mir-reġjuni u kien hemm reġjuni, inkluż f 'Madrid fejn ir-restrizzjonijiet qatt ma kienu daqshekk ħorox. Fil-fatt, ir-rata ta' inċidenza f 'Madrid, fuq perjodu ta' 14-il ġurnata, hija ta' 336 każ għal kull 100,000 ċittadin. Minkejja dan, ir-ristoranti u anke l-bars, fost oħrajn għadhom miuħa, kontra l-pariri tal-esperti. Fejn jidħol l-ivjaġġar, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, tal-Awstralja, taċ-Ċina, tal- Korea ta' Isfel, tal-Ġappun, tan-New Zealand, tal-Irwanda, tas-Singapore, tat-Tajlandja u tal-Urugwaj jistgħu jidħlu fi Spanja mingħajr il-bżonn ta' kwarantina. Vjaġġaturi mill- Brażil u l-Afrika ta' Isfel iridu jibqgħu fi kwarantina għal għaxart ijiem. Apparti minn hekk, kull min jasal minn dawk il-pajjiżi fejn ir-riskju huwa għoli ħafna, irid jippreżenta test negattiv li jkun sar mhux aktar minn 72 siegħa qabel. Ġermanja: Restrizzjonijiet ġodda wara l-bieb hekk kif il-każi qed jiżdiedu Minn meta faqqgħet il- pandemija, fil-Ġermanja kien hemm aktar minn tliet miljun każ ta' Covid-19. Fl-aħħar jiem il-każi żdiedu b'mod konsiderevoli hekk kif il-varjant tar-Renju Unit kompla jinxtered u jsir dominanti. Fil-fatt, qed tikber il-pressjoni wkoll fuq l-isptarijiet, b'mod partikolari fuq it-taqsimiet ta' kura intensiva. Fl-aħħar jiem, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li hija favur lockdown nazzjonali għal perjodu qasir ta' żmien, iżda sa issa għadu ma ntlaħaqx qbil mal-gvernaturi tal-istati. Il-Gvern ta' Merkel jidher ukoll li qed jippjana biex isaħħaħ il- poter tiegħu bil-għan li jkun jista' jimponi restrizzjonijiet nazzjonali, inkluż curfews, mingħajr l-approvazzjoni tal- awtoritajiet reġjonali, li huma responsabbli mis-settur tas- saħħa fiż-żona tagħhom. It- tir huwa li jkunu introdotti curfews bejn id-9pm u l-5am fuq il-ħwienet, ir-ristoranti u anke l-għeluq tal-iskejjel, kif ukoll restrizzjonijiet fuq il- ġemgħat fejn il-każi jiżdiedu drastikament. Il-pjan huwa li dawn ir-restrizzjonijet jidħlu fis- seħħ f 'dawk iż-żoni fejn ir-rata ta' inċidenza fuq perjodu ta' sebat ijiem taqbeż il-100 każ għal kull 100,000 ċittadin. Madanakollu l-aħbarijiet mhumiex koroh biss hekk kif fl-aħħar jiem il- programm tat-tilqim qabad ukoll ir-ritmu. Fil-fatt aktar minn 15% tal-popolazzjoni issa ħadet minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin Italja: Restrizzjonijiet għar-reġjuni kollha u protesti mis-sidien tar-ristoranti Fil-pajjiż ġar tagħna, is- sitwazzjoni hija wkoll 'il bogħod minn dik mixtieqa. Fl-aħħar jiem, diversi sidien ta' ristoranti u anke stabbilimenti oħra, niżlu fit-toroq jipprotestaw, partikolarment f 'Ruma, jilmentaw għax ilhom ġimgħat magħluqa. Ir-ristoranti, il-barijiet u anke l-kafetteriji jinsabu magħluqa u mistennija jibqgħu hekk sal-aħħar ta' April (jiġifieri sakemm jintemm l-istat ta' emerġenza). Jistgħu joffru biss servizzi ta' take away. Minkejja li l-Gvern preċedenti u anke l-Gvern preżenti allokaw miljuni ta' ewro biex jgħinu lil dawk in-negozji l-agħar milquta mill-pandemija, l-operaturi ta' dawn in-negozji qed jisħqu li issa hemm bżonn jiħu b'mod permanenti. L-Italja kienet introduċiet sistema ta' erba' livelli (aħmar, oranġjo, isfar u abjad) u skont ir- rata ta' infezzjonijiet reġjun jiġi kklassifikat f 'wieħed minn dawn il-livelli. Skont kull livell hemm lista ta' restrizzjonijiet. Il-livell aħmar huwa r-reġjun bl-akbar ammont ta' każi u għalhekk bl- aktar restrizzjonijiet u fil-każ tal-livell abjad ir-restrizzjonijiet jitneħħew għax is-sitwazzjoni tkun ġiet ikkontrollata. Fil-każ tal-livell isfar kien hemm abbinati restrizzjonijiet mhux daqstant ħorox anke għax l-għadd ta' każi ġodda ma jkunx allarmanti u ma jkunx hemm pressjoni fuq it-taqsimijiet ta' kura intensiva. Fil-fatt, ir-ristoranti u anke l-barijiet kienu jitħallew jiħu. Iżda minħabba żieda fl- infezzjonijiet u anke għax kien riesaq l-Għid, il-Gvern Taljan elimina dan il-livell sal-aħħar ta' April, bir-reġjuni kollha li kienu fih ġew ikklassifikati fir-reġjun oranġjo, fejn ir-restrizzjonijiet huma aktar ħorox. Fil-fatt, fil- livell aħmar hemm erba' reġjuni u l-bqija tar-reġjuni jinsabu fil-livell oranġjo. Ir-restrizzjonijiet dwar l-ivjaġġar huma wkoll ħorox, hekk kif issa kwalunke persuna li tidħol fil-pajjiż minn pajjiż Ewropew trid tagħmel kwarantina ta' ħamest ijiem u tipproduċi test negattiv biex tkun tista' toħroġ wara l-ħames jum. Bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' importazzjoni ta' xi varjant ieħor, bħalissa residenti Taljani biss jistgħu jivjaġġaw minn u lejn il-Brażil. Dawn xorta waħda jridu jippreżentaw test negattiv li jkun sar fis-72 siegħa ta' qabel il-wasla fl-Italja, jieħdu test ieħor fi żmien 48 sena u jagħmlu kwarantina ta' 14-il ġurnata. It-tielet test irid jittieħed qabel persuna toħroġ mill-kwarantina. Persuni li jaslu minn pajjiżi oħra, inkluż l-Awstralja u New Zealand, ukoll iridu jagħmlu kwarantina ta' 14-il ġurnata malli jidħlu l-Italja. Anke dawn ir-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar se jkunu riveduti fit-30 ta' April. Fl-Italja 15% tal- popolazzjoni rċeviet imqar doża waħda tal-vaċċin, filwaqt li 6.6% biss irċevew iż-żewġ dożi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021