Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

I l-Papa Frangisku ħabbar it-twaqqif ta' Jum Dinji tan-Nanniet u tal-Anzjani mis-sena 2021. Se tibda taħbat kull sena fir-raba' Ħadd ta' Lulju, qrib il-festa tal-qaddisin Anna u Ġwakkin, in-nanniet ta' Ġesù, li taħbat fis-26 ta' Lulju. Fit-tħabbira tiegħu l-Papa stqarr li "l-Ispirtu s-Santu għadu anke llum iqanqal fl-anzjani ħsibijiet u kliem ta' għerf, leħinhom hu prezzjuż għax jgħanni t-tifħir lil Alla u jħares l-għeruq tal-popli. Huma jfakkruna li x-xjuħija hija rigal u n-nanniet huma l-għoqda tal-għaqda bejn nisel u ieħor biex titwassal għand iż-żgħażagħ esperjenza ta' ħajja u ta' fidi." Nannu iva, nanna le! Personalment jiena qatt ma kelli esperjenza tan-nanna, la min-naħa ta' missieri u lanqas ta' ommi għax it-tnejn mietu qasir il-għomor. Tan-nannu kelli minn- naħa ta' missieri, in-nannu Pawlu, imma min-naħa ta' ommi kelli esperjenza, mhux tan-nanna imma tal-bużnanna Peppa. Mhux l-ewwel darba li l-Papa tkellem fuq-in-nanniet u l-anzjani. Fl-ewwel vjaġġ tiegħu fil-Brażil fl-2013, semma x-xjuħ bħallikieku "teżor ta min jibża' għalih u jieħu ħsiebu" u żied jgħid: "Nawgurawlhom li jkunu jistgħu jixjieħu kif jixjieħ l-inbid tajjeb." U meta staqsewh kif inhu sejjer mal-Papa Ratzinger, wieġeb "Qisni għandi nannu id-dar". Il-Pandemija għallmitna Il-Pandemija wriet kemm huma fraġli l-istituzzjonjiet tagħna u ġegħlitna niskopru mill-ġdid l-importanza tar- rabtiet familjari. U dan ngħiduh b'dispjaċir għax l-anzjani kienu u għadhom il-vittmi l-iżjed milquta mill-pandemija u huma ħafna l-familji li fehmu x'wirt għażiz ta' affezzjonijiet, ta' ħajja u ta' esperjenza ntilfu fix-xejn b'rizultat tal-'virus'. Għalhekk ikollna ngħidu bil-qawwa kollha li qatt iżjed ma għandna nsibu rwieħna quddiem sofferenzi bħal dawn għax jistgħu jisfaw evitati u b'hekk nagħtu wiċċ uman solidali lis-soċjeta'. Il-pandemija laqtet u qed tolqot lill-anzjani u liż-żgħażagħ - it-tnejn mifrudin minn xulxin, magħluqin id-dar, imċaħħdin mir-relazzjonijiet. Huma sewwasew dawn ir-relazzjonijiet li jogħġbuna, li jkabbruna u jirrenduna persuni u mhux statwi. Mhux b'kumbinazzjoni li l-Papa Franġisku, meta jitkellem fuq in- nanniet u l-anzjani, juża ċerti stejjer mill-ħajja ta' kuljum. Jew jagħmel attwali l-vanġelu b'mod prattiku bħal meta qal: "Kienu ix-xjuħ li laqgħu lil Ġesu fit-tempju, mhux il- qassis. Aqrawh, jinsab fl-Evanġelju ta' San Luqa , b'mod sabiħ." Ta min jinnota li din hi l-ewwel darba li se niċċelebrawh fis- sena iddedikata biex nirriflettu fuq il-familja, ħames snin wara l-enċiklika Amoris Laetitia Monsinjur Paglia Jinnota Monsinjur Paglia, President tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja, li fit-tagħlim tal-Papa Frangisku nsibu predikazzjoni bla heda kontra l-kultura tal-iskart, li tagħha huma vittmi mhux biss il-fqar imma anke persuni vulnerabbli u msieken: l-anzjani, in-nisa, dawk li fis-soċjetà mhumiex produttivi imma li tant jistgħu jagħtu ħafna esperjenza, solidarjetà u umanita'. L-akkademja għall-ħajja Għalhekk l-akkademja għall- Ħajja għadha kemm ippubblikat dokument fuq is-suġġett IX- XJUĦIJA ĠEJJIENI TAGHNA biex tisħaq fuq l-importanza ta' mudell ġdid ta' soċjeta' mibnija fuq it-tagħlim preżenti tar- reliġjon Nisranija: fil-fraġlita' nsibu forza spiritwali soda li ma għandhiex tintilef. Dan il-jum jgħinna nimu aħjar it-tifsira tar-Raba' Kmandament; 'Weġġagħ lil missierek u l-ommok." Irrispettahom anke meta jixjieħu, anzi fuq kollox meta jixieħu. Din hija festa regalata lill-Knisja u li tagħmel ġid anke lis-soċjetà. Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 22 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Twaqqaf il-Jum Dinji tan-Nanniet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021