Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Inċertezza, pagi baxxi, abbuż sfaċċat u moviment tal-ħaddiema Jum il-Ħaddiem ġie u għadda, imma l-isfidi, id-diffikultajiet u anke l-abbuż baqa' għaddej. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Wayne Flask, Matthew Borg, Carmel Borg u Josef Bugeja ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-Sibt 1 ta' Mejju, pajjiżna flimkien ma' eluf ta' pajjiżi oħrajn madwar id-dinja fakkru lill-ħaddiem - ix-xewka tad-dahar tal-ekonomija. Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) Josef Bugeja, saħaq illi bħalissa f 'Malta ninsabu f 'fażi li qed nibdew naraw l-ewwel xquq ta' dawl u allura kulħadd donnu qed iħares lejn l-1 ta' Ġunju bħala dak il-punt li fih tibda dieħla it normalità. Huwa wera' biċ-ċar li l-isfidi preżenti huma kollha b'xi mod jew ieħor, relatati mal-Covid-19: L-Inċertezza, is-saħħa mentali u anke d-dħul tal-ħaddiem. "Bħalissa kulħadd, bejn bit-tama u bejn inkwetat li ma jmurx jerġa' jinqala' xi ħaġa minn issa sal-bidu ta' Ġunju - allura l-inċertezza hija sfida kbira ħafna bħalissa," jisħaq Bugeja mal-ILLUM. Huwa qal illi bħalissa l-unjin għaddejja b'diskussjonijiet hekk kif bdew il- preparazzjonijiet għal Ġunju. "Hemm katina ta' lukandi li qed tfittex 200 ħaddiem minn issa, biex tibda tħarreġ u tipprepara għal meta jiħu." Dwar is-suppliment tal-paga huwa fakkar li dan mistenni jibqa' għaddej sal-aħħar tas-sena għal dawk is-setturi l-aktar illi intlaqtu. "Imma ma ninsewx li ħafna fl-ospitalità issa ilhom ħafna żmien jitħallsu €800 fix-xahar u ma jiħdux l-€400 li suppost joħroġ min iħaddem, għax ma setgħux joħorġuhom. Fil-fatt ħafna impjegaturi qalulna illi kieku mhux għas-suppliment kienu jispiċċaw ikeċċu." Bugeja qal li issa ħafna nies qed jistaqsu kemm se jdumu fil-bubbles u kemm se jdumu biex jerġgħu jibdew jaqilgħu l-paga normali tagħhom - minkejja li x-xogħol xorta qed isir. "Ħafna qed ibatu minn stress kbir - minħabba l-inċertezza, fosthom dawk li per eżempju għandhom self għal xi dar li għadhom kif xtraw u jaħdmu fl-osptitalità u ma jafux hux se jkollhom xogħol, hux ġejjin turisti ...." Bugeja kompla jispjega ma' din il-gazzetta li fir-realtà hemm setturi fejn ix-xogħol kien b'saħħtu ħafna fosthom tal-ġugarelli, l-elettronika u affarijiet tad-dar - bħal għamara/ aċċessorji u anke ħwienet tas-sbuħija u tal-moda li jgħid illi uħud minnhom raw ħafna xogħol din il-ġimgħa, wara li ġew rilaxxati l-miżuri. "Pero' imbagħad hemm min għadu bil-four day week u hemm żoni bħall-Belt Valletta fejn ix- xogħol għadu lura mmens," ikompli jirrimarka. Għalhekk l-inċertezza dwar il-futur, il- paga u l-benesseri mentali huma l-akbar sfidi tal-ħaddiem bħalissa - skont is- Segretarju Ġenerali tal-GWU. "L-isfidi tal-ħaddiema huma marbuta intimament mar-realtajiet konkreti tax-xogħol tagħhom u mal-pożizzjoni tagħhom fil-katina ekonomika. Għalhekk, lil hinn mill-kunċett ta' ħaddiema bħala kategorija waħda, irridu nitkellmu dwar sfidi differenti għal ħaddiema differenti." Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM il- Professur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl- Università ta' Malta Carmel Borg. Huwa qal illi waħda mill-akbar problemi li qed jiffaċċjaw il-ħaddiema llum, hija l-mentalità li tbiegħdhom mill-possibilità li jidħlu f 'unjins u għaqdiet li jirrapreżentaw lill-ħaddiema. "Is-solidarjetà hija sfida ewlenija f 'ekonomija lokali u globali mgħarrfa mill-prinċipji kapitalisti; sistema ekonomika li dejjem rat kif għamlet, u llum qed jirnexxielha aktar minn qatt qabel, biex tbiegħed lill-ħaddiema minn xulxin u mill- possibiltà li jissieħbu fi xrieki li jiddefendu l-interessi kollettivi tagħhom. F'kuntest ta' antipatija kronika għas-solidarjetà bejn il-ħaddiema, dejjem kont favur is-sħubija awtomatika fix-xrieki tal-ħaddiema," jgħid il-Professur Universitarju. Imbagħad idur fuq ix-xogħol prekarju li jsejjaħlu "il-bażi tal-kapitaliżmu selvaġġ." Huwa jgħid li din hija sfida oħra li qegħdin jiffaċċjaw kategoriji differenti ta' ħaddiema f 'Malta. "Dawn il-ħaddiema jiffurmaw parti kbira mill-armata dejjem tikber ta' 'ħaddiema fqar', ħaddiema li ma jonfqux flushom fix-xagħar, fid-dwiefer jew fit-tpinġija, kif jaħsbu xi wħud. Għalihom u għal familthom, kull ġurnata hija battalja kontra l-faqar." Carmel Borg saħaq illi l-pandemija kompliet għarrqet il-ħajja ta' dawn il- ħaddiema għax - skont hu - ħolqot sitwazzjoni ta' aktar ħaddiema milli xogħol. Xogħol irħas, speċjalment fl- ekonomija informali u nuqqas ta' xogħol li fi żmien il-boom ekonomiku kien qiegħed jissuplimenta d-dħul bażiku, "għalkemm dejjem miżeru" tal-ħaddiema prekarji. "F'din il-faxxa ta' ħaddiema hemm kemm Maltin kif ukoll barranin. Il-prekarju Malti qiegħed fl-istess dgħajsa tal-prekarju barrani li jaħdem hawn Malta. U hawn fejn is-solidarjetà bejn il-ħaddiema, lil hinn min-nazzjon jew etniċità, hija kruċjali." Kif għamel it ġimgħat ilu fuq din il-gazzetta stess Borg għamel aċċenn partikolari fuq il-ħaddiema tal-pjattaforma li jaħdmu "b'kuntratti dubjużi, xogħol bl- imqieta, ħlas prekarju, u drittijiet bażiċi mhux mħarsa." Huwa sostna li dan huwa sfruttament "li jsir f 'wiċċ kulħadd, bil-barka ta' min ipoġġi l-profitt qabel id-drittijiet umani, u bl-għarfien ta' kull min jirċievi s-servizzi tagħhom. Sfida li aħna lkoll responsabbli għaliha." Finalment huwa jgħid ukoll li l-faqar ta' ħiliet fost il-ħaddiema hija sfida oħra ta' ekonomija bi pretensjonijiet kbar. "Dan il-faqar isegwi l-falliment fl-edukazzjoni obbligatorja u l-proporzjon kbir ta' żgħażagħ li m'humiex fl-edukazzjoni jew t-taħriġ. L-intelliġenza artifiċjali u l-awtomizazzjoni tax-xogħol se jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni tal-ħiliet fil-pajjiż. Żviluppi li għandhom jinkwetawna, sakemm mhux diġà aċċettajna l-importazzjoni tal-ħaddiema bħala soluzzjoni faċli," itemm jgħid mal-ILLUM Carmel Borg. 'Sfruttament li qed isir f'wiċċ kulħadd' 'L-inċertezza, flus fil-but u s-saħħa mentali - minħabba l-Covid-19, huma l-akbar sfidi bħalissa'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021