Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
20 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Il-kontabilità tal-ERA N har it-Tlieta, it wara l-11 ta' filgħodu irċevejt telefonata mill-uffiċċju tal-ERA dwar l-istudji fuq l-impatti ambjentali. Ġejt infurmat li l-istudju tal-Wasteserv dwar il-proġett biex tkun ġġenerata l-en- erġija mill-iskart ser terġa' issir konsultazz- joni pubblika dwaru. F'Ottubru li għadda, jiena kont ippreżentajt numru ta' sottomissjonijiet lill-ERA bi tweġiba għal dan l-istudju ippreżentat mill-Wasteserv. Dak li għadda bejn l-ERA u l-Wasteserv mhux pubbliku. Imma, mid-diversi rapporti fil-medja toħroġ stampa ċara ta' x'ġara bejn it-23 ta' Diċembur 2020, meta l-EIA il-qadim kien diskuss f 'laqgħa pubblika, u nhar it-Tnejn li għadda meta permezz tal-pubblikazzjoni tal-EIA il-ġdid l-ERA tat-bidu għal fażi oħra ta' konsultazzjoni pubblika. L-ERA ma aċċettatx l-istudju ambjentali oriġinali li ppreżentat il-Wasteserv. Dan intbagħat lura biex jitħejja mill-ġdid. Uħud qed jieħdu pjaċir li għall-ewwel darba l-ERA hadet dan il-pass. Hu meħtieġ li nħarsu lil hinn minn hekk: Nistaqsu, għaliex l-ERA damet daqshekk biex teżerċità l-poteri tagħha bħala awtorità? Ilha rieqda it iż-żejjed. Kien hemm diversi waqtiet meta kellha taġixxi u ma għamlet xejn. Hemm ħtieġa li l-ERA tidħol iktar fil-fond ta' dan il-każ u teżamina l-proċeduri fis-seħħ dwar kif jintgħażlu dawk kollha li jitqabbdu jieħdu sehem fl- istudji ambjentali. Minkejja dan, iżda, nemmen li l-pass li ħadet l-ERA li tibgħat lura l-istudju ambjentali kien pass posittiv, avolja dan qed iseħħ għall-ewwel darba. Huwa sinjal pożittiv li l-attiviżmu ambjentali qed iħalli effett. Irridu nkomplu bil-ħidma biex inġibu l-awtoritajiet pubbliċi f 'sensihom. Jeħtieg li jimu li l-pubbliku xeba' b'awtoritajiet li m'għandhomx għarfien tal- governanza tajba. Mid-diversi rapporti fil-media jirriżulta li l-ERA tat-struzzjonijiet lill-Wasteserv biex tippreżenta studju ambjentali ġdid mingħajr ma tagħmel użu mis-servizzi tal-Inġinier Mario Schembri, l-koordinatur tal-istudju ambjentali oriġinali. Dan, bla dubju, l-ERA għamlitu biex tindirizza s-sottomissjonijiet tiegħi dwar il-fatt li l-involviment tal-Inġinier Schembri b'diversi modi fl-industrija tal-immaniġjar tal-iskart jikkostitwixxi kunflitt ta' interess. Bħala riżultat ta' dan il-kunflitt ta' interess l-Inġinier Schembri ma setax ikun koordinatur indipendenti u mparzjali kif inhu meħtieg skont ir-regolamenti dwar l-istudji ambjentali. L-ERA ma kellhiex ħtieġa tas- sottomissjonijiet tiegħi biex taġixxi. Għalfejn ma għamlet xejn meta dak li għidt jien kienet informazzjoni pubblika li kienet ilha pubblika għal ħafna żmien? Messha aġixxiet minn jedda. Din mhiex attitudni ta' awtorità li tgħid li qed tiffunzjona. Jiena ġbidt l-attenzjoni ukoll li d-dokumentazzjoni li kienet tifforma parti mill-istudju ambjentali li tħejja taħt id-direzzjoni tal-Inġinier Mario Schembri ma kinitx kompluta u dan minħabba li filwaqt li hu jikkwota minn żewġ rapporti, dawn ir-rapporti ma ppreżenthomx għall- iskrutinju pubbliku. Dawn ir-rapporti kienu dwar l-għażla tal-art magħżula biex fuqha jsir il-proġett biex l-iskart ikun trasformat f 'enerġija. L-għażla tas-sit hi punt fundamentali fil-kontroversja kollha. Qatt ma ngħatat spjega għal dan in-nuqqas. Imma llum nosserva li l-istudju l-ġdid jinkludi dawn iż-żewġ rapporti li sal-lum kienu nieqsa. L-ewwel wieħed kien tħejja f 'Diċembru 2015 u l-ieħor f 'Diċembru 2019. Il-pass li jmiss hu analiżi tar-rapport ambjentali li tħejja mill-koordinatur il-ġdid, Dr Joe Doublet, speċifikament biex ikun stabilit x'differenza hemm bejn l-analiżi tiegħu u dik li għamel ta' qablu. Ir-rapport ta' Dr Joe Doublet fih 507 paġna, jiġifieri mhux ser naqrawh mil-lum għal għada. Dan għandu jwassal biex nikkunsidraw kif l-istudji ippreżentati sal-lum flimkien mal-istudju l-ġdid jindirizzaw il- preokkupazzjonijiet tan-nies madwar l-impjant, dawk li jgħixu, jaħdmu u jiddevertu fl-inħawi. Huwa b'dan il-mod li jista' jkun assigurat li l-miri ambjentali tal-pajjiż jintlaħqu mingħajr ma jinħolqu impatti mhux meħtieġa. Bosta semmgħu leħinhom. Għamlu tajjeb u għandna nkunu grati lejn kull min għażel li jagħti l-kontribut f 'dan il-każ u f 'tant oħrajn. Hu biss l-attiviżmu ambjentali li jista' jassigura li dak kollu li qed tipproponi l-Wastserv illum jibqa' taħt il-lenti pubblika: kontinwament taħt skrutinju. Dan huwa ukoll l-iskop aħħari tal-istudji dwar l-impatt ambjentali li qed tissorvelja l-ERA. Id-dibattitu tal-lum huwa ukoll dwar il-kontabilità vera tal-ERA. B'hekk biss nistgħu nħarsu l-komunità kollha. Inkomplu ninsistu : b'hekk biss nistgħu nassiguraw li l-ERA tagħti kont ta' għemilha. L-artiklu ta' Saviour Balzan mhux qed jidher dan il-Ħadd imma se jkompli nhar il-Ħadd li ġej. Irridu nkomplu bil-ħidma biex inġibu l-awtoritajiet pubbliċi f'sensihom. Jeħtieg li jifhmu li l-pubbliku xeba' b'awtoritajiet li m'għandhomx għarfien tal-governanza tajba