Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
12 intervista IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hija l-MEP Maltija bl-ogħla kariga li qatt kellha persuna minn pajjiżna f 'din l-istituzzjoni Ewropea. Kontroversjali, issemmiet diversi drabi biex issir Kap tal-Partit Nazzjonalista u ħafna votanti Laburisti jakkużawha illi 'tagħmel ħsara lill-pajjiż' u li hija 'traditura'. II-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP Roberta Metsola u tibda billi tistaqsiha jekk din l-kariga - bil-ħtiġijiet kollha li ġġib magħha - minkejja l-prestiġju, naqqsitx ħafna mill-ħin li qabel kienet tqatta' man-nies, titkellem u taħdem fuq kwistjonijiet li għall- votanti huma ħafna iktar rilevanti. Metsola ma taqbilx u tisħaq illi lilhinn mit- titli u l-prestiġju, kif ukoll lilhinn mill-fatt li persuna Maltija ngħatat kariga tant għolja fil-Parlament Ewropew (PE), hi temmen li l-effett tal-kariga li ngħatat proprju qed iwassalha biex tiltaqa' ma' aktar nies, mhux inqas. "Tiskanta kemm jiġu għaqdiet u individwi li jiena nista' ngħin f 'din il-pożizzjoni ... kull vot, f 'kull diskussjoni li fiha nipparteċipa dejjem bqajt nitkellem dwar il-kwistjonijiet tan-nies," qalet Metsola mal-ILLUM, filwaqt li fakkret li lokalment għandha uffiċċju l-Ħamrun fejn imorru diversi persuni u għaqdiet jistaqsu għall-għajnuna soċjali, jew għajnuna għal xi inizzjattiva. 'Il-konsegwenzi fuq il-Frontex jistgħu jkunu kbar' Immorru mill-ewwel fuq il-ħidma tal- Viċi President tal-Parlament Ewropew li bħalissa qed tmexxi l-investigazzjoni fuq allegat pushback ta' immigranti li sar mill- Frontex - l-aġenzija li hija proprju inkarigata biex tassigura li d-drittijiet tal-immigranti qed jitħarsu, filwaqt li tikkoordina l-immigrazzjoni fl-ibħra Ewropej. Fhiex waslet din l-investigazzjoni? U hemm xi ħjiel ta' ħtija minn naħa tal-aġenzija? Metsola tibda billi tgħid li l-immigrazzjoni hija sors ta' ħafna frustrazzjoni fost votanti - inkluż dawk Maltin, li tgħid illi jsemmu din il- kwistjoni flimkien mal-ambjent l-aktar meta jiġu għall-vot qabel elezzjoni tal-Parlament Ewropew. "Iva hemm akkużi serji u rridu nkunu ċerti li l-Frontex qed tipproteġi l-fruntieri imma fl- istess ħin qed tipproteġi l-ħajjiet," qalet lil din il-gazzetta, filwaqt li sostniet li x-xogħol fuq din l-investigazzjoni miexi ġmielu. Il-laqgħat li qed isiru huma pubbliċi, u fihom l-MEPs iltaqgħu ma' bosta nies fosthom professuri tal-liġi - biex ikunu iċċarati lakuni u dilemmi legali bħal x'jikkostitwixxi pushback, kif jistgħu jintbagħtu lura l-immigranti u fejn se jintbagħtu. "Aħna rridu nistaqsu l-mistoqsijiet kollha - u żgur se jkun hemm rakkomandazzjonijiet dwar l-operat ta' Frontex, imma sa issa għadu it kmieni biex tiġi deteriminata xi forma ta' ħtija. Din hija aġenzija importanti u huwa dritt tagħna li nagħtu kjarezza lin-nies u nkunu kredibbli," qalet mal-ILLUM. Imma x'inhuma l-implikazzjonijiet jekk tinstab xi forma ta' ħtija? Metsola tfakkar illi l-Parlament Ewropew għandu mandat b'saħħtu ħafna biex jssorvelja lil din l-aġenzija u qalet illi jekk tinstab xi forma ta' ħtija l-konsegwenzi jkunu kbar. "Min imexxi l-Frontex huwa kontabbli lejna bħala Parlament." Ftehim politiku dwar l-immigrazzjoni f'Ġunju L-ILLUM tfakkarha li riesaq sajf ieħor u mill-ġdid se nibdew naraw id-dgħajjes bl-immigranti deħlin u l-istess skużi. Il- Parlament Ewropew ma jistax jagħmel mod ieħor, għax hemm min qed jimblokka qbil jew qed jidħak bin-nies fuq din il-kwistjoni? Filwaqt li qalet li tiem l-frustrazzjoni, sostniet li hemm bilanċ bejn ir-rispett tal- ħajja u l-ħarsien ta' min għandu bżonn il- protezzjoni, u l-bżonn ta' ħruxija ma' min jittraffika, filwaqt li min ma għandux dritt ikun pajjiżna jew fl-UE - jintbagħat lura. "Sal-lum dan il-bilanċ għadu ma ntlaqħax," tammetti Metsola li tgħid iżda li sa qabel is-sajf temmen li se jintlaħaq ehim fir- rigward tal-immigrazzjoni. Hija qalet illi dan il-qbil ikun wieħed ibbażat fuq l-Att dwar l-Immigrazzjoni u jmur lilhinn mill-kunċett ta' burden sharing. Mistenni jipproponi, fost oħrajn, sistemi biex per eżempju, immigrant malli jasal f 'pajjiż tal-UE, bħal Malta, jintbagħat mill-ewwel fil-pajjiż li jkun se jibqa' jospitah u l-applikazzjoni tiegħu tiġi trattata hemmhekk. Qalet ukoll li dan il- ehim mhux se jippermetti lil stati membri biex jimblukkaw dawn il-bidliet. "Il-Presidenza Portugiża trid li jintlaħaq qbil politiku f 'Ġunju biex b'hekk ikollna messaġġ ċar - anke dwar l-irwol ta' Frontex u biex naraw kif se nsolvu din il-kwistjoni," qalet Metsola. "L-appell tiegħi għalhekk huwa biex il- Gvern jinnegozja fil-Kunsill Ewropew fejn ħafna drabi deċiżjonijiet u inizzjattivi bħal dawn jitwaqqfu. Jiena żgur li se nkompli nsemma' leħni," sostniet Roberta Metsola. Il-Kunsill tal-UE jirrappreżenta l-Gvernijiet tal-istati membri. Huwa fejn jiltaqgħu l-ministri nazzjonali minn kull pajjiż tal- UE biex jadottaw liġijiet u jikkoordinaw il-politiki. Il-Kunsill tal-UE għandu ħames rwoli ewlenin, fosthom li jinnegozja u jadotta liġijiet tal-UE, jikkoordina l-politiki tal-istat membru, jiżviluppa l-politika barranija u ta' 'sigurtà komuni tal-UE, jikkonkludi ehim internazzjonali u jadotta l-baġit tal-UE. 'Il-ġudizzju ta' Gvern Laburista dwar fondi ewropej għad irid isir' Ftit ilu l-Gvern fetaħ il-proġett tal-Marsa - proġett kbir, li kulħadd donnu qed jaqbel li kien hemm bżonnu, u li kien ikofinanzjat mill-UE. Taqbel Metsola li, anke jekk kważi 20 sena, ilu l-PL kien kontra s-sħubija ta' Malta fl-UE, illum qed ikun kapaċi jassorbi l-fondi tal-UE b'mod effiċjenti? "Nibdew mill-fatt li l-UE kienet xi ħaġa tajba għal Malta, kienet deċiżjoni tajba," bdiet Metsola. Hija ammettiet illi l-mod kif il-Gvern qed jassorbi l-fondi huwa tajjeb imma sostniet li s-sitwazzjoni mhijiex waħda kif qed ipinġiha l-Gvern. "Per eżempju kellek fondi għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li intilfu, minħabba deċiżjoni diżastruża tal-Gvern li jagħti dan l-isptar pubbliku lill-barranin. Hemm fondi li nixtiequ li jiġu assorbiti aħjar, pero' hemm ukoll fondi li dwarhom ma sar xejn jew li ma ntefqux." Mistoqsija minn din l-gazzetta biex tagħti eżempju hija semmiet l-iskema ta' Invest EU u qalet illi wieħed irid jara kemm se jonfoq il-Gvern fuq il-Green Economy u fuq l-idiġitilizzar tal-ekonomija mill-fondi li se jingħataw bħala parti mill-programm ta' rkupru ewropew wara l-pandemija. "Dawn mhux flus ta' Ian Borg jew ta' Robert Abela, imma flus tal-poplu Malti! Jiġifieri l-ġudizzju fuq Gvern Laburista dwar din il-materja għad irid isir - aħna se nibqgħu nistaqsu," temmet tgħid l-MEP dwar dan is- suġġett. SLAPP - reżistenza għal liġi uniformi, li timponi sanzjonijiet Roberta Metsola qed tmexxi wkoll inizzjattiva tal-Parlament Ewropew biex tinħoloq leġiżlazzjoni komuni kontra l-ISLAPP - proċedura li permezz tagħha persuna tiaħ kawża kontra ġurnalist jew mezz ta' xandir f 'ġurisdizzjoni differenti minn fejn jinsabu bbażati, bil-għan li din tagħmel pressjoni enormi fuq il-finanzi. Per eżempju persuna li tiaħ kawża kontra gazzetta Maltija, fil-Kanada. Kemm taħseb li se jsibu reżistenza għal leġiżlazzjoni komuni anti-SLAPP madwar l-UE? "Din kienet battalja kbira, anke biex saħansitra jkollna tali rapport," tibda tispjega Metsola mal-ILLUM. Hi qalet illi l-MEPs raw iċ-ċirkustanzi ta' Daphne Caruana Galizia, il-fatt li l-ġurnalista kienet inqatlet u anke l-fatt illi meta inqatlet kellha l-assi ffriżati wara mandat ta' sekwestru li kien għamlilha l-eks Ministru Chris Cardona fuq l-istorja dwar il-burdell f 'Acapulco. Metsola qalet illi hemm ħafna "skużi" li wieħed jista' jġib biex ma jagħmilx leġiżlazzjoni imma hi mhux skużi trid. "Ara kemm ngħidu għax Malta żgħira pero' jekk jirnexxielna nuru l-akbar rispett lejn il-ġurnalisti bi protezzjoni xierqa u jkollna l-akbar rispett lejn il-libertà tal-espressjoni, permezz ta' din il-leġiżlazzjoni, ngħid mela għamiltu xogħoli." Hija fakkret illi fuq din l-inizzjattiva hemm jaħdmu l-Partit Popolari Ewropew - li tiegħu hi u l-PN huma parti, imma wkoll l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi - li tiegħu l-PL huwa parti. "Hemm reżistenza kbira mill-Gvernijiet 'Wara snin jgħajruna giddibin, dak kollu li Tokkupa l-kariga ta' Viċi President tal- Parlament Ewropew, qed tmexxi inizjattiva favur leġiżlazzjoni madwar l-UE kontra l-ISLAPP u qed tmexxi wkoll investigazzjoni importanti fil- konfront tal-Frontex. Eroj u kompetenti f'għajnejn eluf, traditura f'għajnejn eluf oħrajn. Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Roberta Metsola ... Alan Borg