Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936
09 illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet N O V E M B E R 2 0 2 0 CONSULTATION DOCUMENT Regional Impact Assessment: A Non-Technical Guide The Gozo Regional Development Authority has been entrusted with ensuring that Regional Impact Assessment studies are carried out whenever a policy, strategy, action plan or regulation of major development is drawn up and will infl uence Gozo. Have your say! The closing date for submissions of feedback on the consultation document is 28th May 2021. All feedback should be submitted via email: consultations.grda@grda.mt Proposta biex 2% tal-fondi għall-irkupru tal-UE jmorru għall-artisti u l-qasam tal-kultura 7.6 miljun Ewropew jaħdem fil-qasam tal-arti u l-kultura madwar l-UE - settur li ra telf totali ta' €200 miljun fl-2020. Il- Parlament Ewropew iressaq abbozz b'diversi appelli u proposti... Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni fi ħdan il- Parlament Ewropew qed jipproponi li mill-inqas 2% tal- baġit tal-Faċilità ta' Rkupru u Reżiljenza tal-UE imorru għall- qasam tal-kultura, settur ieħor li ntlaqat b'mod ħażin ħafna mill-pandemija tal-Covid-19. F'abbozz imressaq fi tmiem April, ir-rapporteur Monica Semedo tfakkar illi dan is-settur jirrapreżenta 4.4% tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE u jħaddem b'kollox 7.6 miljun persuna fuq il-kontinent. Il- pandemija fissret l-għeluq tat- teatri u mużewijiet u wasslet biex eluf ta' attivitajiet illi fihom jipparteċipaw l-artisti jiġu kkanċellati jew inkella posposti għal xi data fil-futur, realtà li affetwat lill-artisti kemm finanzjarjament kif ukoll psikoloġikament. Fil-fatt is-settur tal-kreattività u l-kultura ra tnaqqis kbir fil- qligħ ta' 30%, matul l-2020 - is- sena illi matulha d-dinja marret f 'lockdown għal diversi xhur, filwaqt li t-turiżmu waqaf b'mod kważi assolut. Dan jirriżulta f 'telf totali ta' €199 miljun, bis- settur tal-mużika jesperjenza tnaqqis ta' 75% u dak tal-arti jara tnaqqis ta' 90%. Il-maġġoranza l-kbira ta' negozji f 'dan il-qasam huma żgħar jew medji u ħafna artisti jaħdmu part time, bi dħul li huwa rregolari u ġeneralment iktar baxx. Ir-rapport jgħid illi minn Ġunju 2007 ma sar ebda progress, fosthom f 'dak li jitratta kundizzjonijiet tax-xogħol tal- artisti, drittijiet u ugwaljanza. "Il-kriżi tal-Covid-19 għamlet lill-artisti u l-professjonisti fil- qasam tal-kultura ħafna iktar vulnerabbli, hekk kif it-tnaqqis fid-dħul, kien iggravat minħabba nuqqas ta' skemi ta' sigurtà soċjali u miżuri ta' appoġġ. L-impatt kontinwu tal- pandemija għamilha aktar impossibbli għal ħaddiema fil- qasam kulturali u kreattiv biex jagħmlu xogħlhom u ġġenera inċertezza dwar prospetti għall- futur, li jista' jwassal biex diversi jabbandunaw dan is-settur." Il-Parlament Ewropew qed ifakkar ukoll li l-fatt illi ħafna artisti mhumiex membri ta' unjin u allura ma humiex koperti bi ehim kollettiv, ifisser li l-artisti ibatu aktar minn nuqqas ta' adegwatezza soċjali. Apparti dan kollu, il-Parlament Ewropew ifakkar li madwar l-UE jeżistu restrizzjonijiet fuq l-espressjoni artistika kif ukoll attakki fuq artisti mill-komunità LGBTIQ+. Aktar protezzjoni ... Għalhekk il-Kumitat qed jitlob sabiex l-Istati Membri kollha jaqdu l-obbligazzjonijiet tagħhom li jiddefendu u jirrispettaw il-libertà artisitika u l-libertà tal-espressjoni, sabiex iċ-ċittadini kollha ewropej igawdu l-arti b'mod liberu. Għalhekk qed jappellaw biex l-istati membri jikkunsidraw aċċess għal protezzjoni soċjali bażika għall-artisti, ikun xi jkun l-istatus tal-impjieg tagħhom. Qed jirrakkomandaw ukoll li jinħoloq qafas ewropew li jiddetermina l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu f 'dan is-settur, filwaqt li qed jipproponu li kwalifiċi u diplomi fl-arti jkunu rikonoxxuti madwar l-UE b'mod ugwali. Dwar il-copyright - kwistjoni li fl-aħħar snin qajmet ħafna kontroversja, fost oħrajn minħabba l-użu ta' diski fi ħwienet (bħal tax-xagħar, sbuħija ...) mingħajr ma s-sid ikun ħallas liċenzja - dan ir-rapport jappella biex l-Istati Membri jintroduċu d-direttiva ewropea tal-2019 fil- liġi. Din id-direttiva sabet l-oppożizzjoni ta' diversi kumpaniji kbar tat-teknoloġija, imma sabet l-appoġġ ta' gruppi tal-midja, pubblikaturi u gazzetti. Dawn tal-aħħar jaraw illi permezz ta' din il-liġi għandhom iktar kontroll fuq l-użu mill- ġdid ta' xogħol li deher fil- pubblikazzjoni/gazzetta/ktieb tagħhom. L-MEPs tal-Kumitat, finalment, qed jappellaw lill- Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi l-importanza u pl-irwol fundamentali ta' dan is-settur u l-ġid li joħloq għall- ekonomiji u l-benesseri tal-popli ewropej u għalhekk qed jinsistu li dan għandu jkun trażmess f 'aktar appoġġ finanzjarju u strutturali. Il-bżonn ta' qafas komuni Ewropew għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- artisti ... L-ewwel u qabel kollox l-Unjoni Ewropea m'għandhiex id-dritt li tintervjeni b'mod dirett fil-qasam tal-kultura, hekk kif dan is-settur jibqa' kompetenza nazzjonali. L-UE tista' biss tgħin, tiffaċilità jew inkella tappoġġja ċerti inizzjattivi. Għalhekk l-UE qed tħares lejn koordinazzjoni u tibdil f 'diversi politiki - fosthom tad-drittijiet fundamentali, politika soċjali u suq intern, biex tkun tista' tibni dan il-qafas. Ir-rapport tal-Parlament Ewropew 'The Situation of Artists and Cultural Workers and the post COVID-19 Cultural Recovery in the European Union' jelenka r-raġunijiet ewlenin għaliex hemm bżonn li l-UE tintroduċi tali qafas. Fosthom, il-bżonn ta' standards minimi bħal kundizzjonijiet tax-xogħol, tassazzjoni u aċċess għal sigurtà soċjali. Kif ukoll il-bżonn li jkun iffaċilitat l-aċċess tal- artisti u persuni li jaħdmu fil-qasam kulturali għall-benefiċċji bħal dawk tal-qgħad u pensjoni u suq ħieles mingħajr tariffi għal dan is-settur. Il-pajjiżi ta' madwar l-UE lanqas biss jaqblu fuq id-definizzjoni tal-kelma 'artist' u allura dan ir-rapport jisħaq fuq il-bżonn ta' definizzjoni inklussiva u komuni fuq livell ewropew.