Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Matul ix-xhur tal-pandemija tkellimna ħafna fuq kemm persuni batew finanzjarjament, tkellimna fuq festi u attivitajiet li ma sarux u ilmentajna għax ma kellna mkien fejn immorru. Madanakollu, it li xejn tkellimna fuq persuni li batew u għadhom qed ibatu mentalment. Din hija realtà li messet b'idha l-Fondazzjoni Richmond. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Svetlana Gatt, il-Koordinatur tal-Kommunikazzjoni tal-Fondazzjoni. Bdejna nitkellmu fuq ix- xogħol li l-Fondazzjoni ilha twettaq għal dawn l-aħħar 27 sena. Spjegat kif l-għan prinċipali tagħha huwa li toffri appoġġ u tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali f 'Malta. Tiffoka ħafna fuq persuni li jkollhom problemi ta' saħħa mentali kroniċi. Fil-fatt, il- Fondazzjoni għandha seba' residenzi, inkluż ħames hostels li joffru akkomodazzjoni lil persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali kroniċi, b'mod partikolari nies li qabel kienu jgħixu fl-Isptar Mount Carmel iżda ma jkollhomx alternattiva oħra fejn imorru. Il-Fondazzjoni għandha wkoll Villa Chelsea, f 'Birkirkara, liema dar toffri servizz ta' rijabilitazzjoni, għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn isaħħu l-ħiliet tagħhom fl- affarijiet ta' kuljum, fosthom kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, iqassam il-flus, jixtri jew ifittex xogħol. Għandha wkoll servizz għat-tfal ta' bejn seba' u għaxar snin u li jkollhom problemi severi ta' mġieba. Dawn apparti servizzi oħra. X'inhi s-saħħa mentali? L-ILLUM bdiet titkellem ma' Svetlana Gatt fuq il-problemi ta' saħħa mentali u kif wieħed jinduna bihom. "Saħħa mentali kulħadd għandu bħalma kulħadd għandu saħħa fiżika. Li nagħmlu aħna huwa li ngħinu lil dak li jkun jiem fejn qiegħda s-saħħa mentali tiegħu," bdiet tispjega Gatt. "Jiena nista' nqum filgħodu u nħossni tajba. Tiġi ġurnata u nħossni ħażin. Dik hija xi ħaġa fil-burdata tiegħi, fil-ħsibijiet tiegħi, anke kif qed inġib ruħi. Dik hija s-saħħa mentali." Kompliet tispjega kif anke jekk persuna ma tbatix minn problemi ta' saħħa mentali, ġieli jiġu ġranet fejn ma tkunx qed tħossha tajba, forsi ma jkollix aptit tmur ix-xogħol jew inkella tagħmel l-affarijiet ta' kuljum, b'mod partikolari jekk persuna tkun għaddejja minn żmien ta' tranżizzjoni, bħal pereżempju meta persuna tbiddel ix-xogħol. Dik hija normali. "Ikun hemm problema ta' saħħa mentali meta naraw tibdil fl-imġieba ta' persuna u li ddum naqra aktar. Jekk jiena se nbiddel ix- xogħol se ngħaddi minn żmien fejn se nħossni it aktar anzjuża imma meta dik l-ansjetà tibda żżommni milli nagħmel l-affarijiet li ssoltu kont nagħmel, pereżempju ma mmurx għax-xogħol jew ma nkunx niflaħ nagħmel affarijiet żgħar ta' kuljum, hemmhekk fejn naraw jekk persuna jkunx hemm bżonn li tingħata aktar appoġġ," spjegat Gatt. 'Għad hawn mentalità li s-saħħa mentali hija xi ħaġa tal-mistħija' L-ILLUM staqsiet lil Gatt xi jżomm persuni milli jfittxu l-għajnuna u jaċċettaw li jkollhom problema. Spjegat li hemm ħafna fatturi, iżda semmiet il-fatt li f 'Malta forsi għad hawn il-mentalità li s-saħħa mentali hija xi ħaġa li ma għandekx titkellem fuqha anke għax għadna nħarsu lejha bħala xi ħaġa tal-mistħija. Gatt qalet li jiltaqgħu wkoll ma' persuni li jiddejqu jitkellmu għax jiddejqu jħossuhom fraġli. "Fil-verità l-persuna tkun għaddejja minn żmien vulnerabbli. Meta persuna għandha d-deni, mhux se tistenna minnha l-istess affarijiet. Mhux tort tagħha. Għalhekk aħna naħdmu ħafna ma' dawn il-persuni biex nispjegawlhom li jkunu għaddejin minn żmien vulnerabbli, iżda ma jfissirx li mhumiex b'saħħithom. Sempliċiment ikollhom bżonn it aktar appoġġ biex ikomplu bil-ħajja ta' kuljum," saħqet Gatt. Kien hawn li saħqet li l-Fondazzjoni taħdem ħafna biex iżżid il-kuxjenza u tinnormalizza l-idea li l-appoġġ għas-saħħa mentali huwa normali. Gatt saħqet li jkun hemm persuni li jiddejqu għall-fatt li jħossu li ma kinux kapaċi jsolvu din il-problema waħedhom. "Nerġa' nqabbel mas-saħħa fiżika. Jekk inti għandek it sogħla u mort għand it-tabib se jgħidlek biex tieħu ħsieb u tieħu l-kura. Jekk ma tiħux ħsieb se tiżviluppa xi ħaġa aktar serja u jkollok bżonn aktar kura," kompliet tispjega Gatt. 'Ikunu draw jgħixu f'Mount Carmel u jkollhom bżonn l-appoġġ' Tkellimna aktar fuq il-ħames hostels, bl-ILLUM tistaqsi lil Svetlana Gatt xi tkun l-akbar sfida li jiffaċċjaw dawk il-persuni li joħorġu mill-Isptar Mount Carmel, anke minħabba d-dellijiet u l-istigma li forsi għad hemm marbuta ma' dan l-isptar. Gatt spjegat kif il-kundizzjoni tan-nies li joħorġu mill-isptar għal hostels tkun ilha żmien twil stabbli. Saħqet li dawn il-persuni jkollhom bżonn sempliċiment għajnuna biex jerġgħu jidraw jagħmlu l-affarijiet ta' kuljum u anke appoġġ emozzjonali jew psikoloġiku. Gatt, li għamlet xi żmien taħdem ukoll f 'dawn il-hostels, saħqet kif waħda mill-akbar sfidi li jiffaċċjaw, tkun ġejja mill-fatt li dawn il-persuni jkunu draw jgħixu f 'istituzzjoni bħalma huwa l-isptar u allura jsibuha diffiċli biex jibdew jagħmlu l-affarijiet ta' kuljum, bħal pereżempju jieklu waħedhom, jaħslu l-ħwejjeġ, iħallsu għat-trasport etċ. "Għall-bidu mhux kulħadd ikun jista' jiem. Anke jekk ikollhom aktar libertà, meta tkun ilek żmien tgħix f 'istituzzjoni tidra u tħossok sigur. Ikunu raw lill-professjonisti bħala studenti, rawhom jiggradwaw, jibdew jaħdmu, joħorġu bil-leave tal-maternità," saħqet Gatt. Kien hawn li l-ILLUM staqsietha għaliex ikun hemm persuni li jdumu daqshekk fl- Isptar, b'Gatt tisħaq li din kienet aktar ħaġa komuni fil-passat, anke għax dawn il-persuni ma kienx ikollhom fejn imorru u jispiċċaw bla dar. Mistoqsija jekk ikunx hemm każi ta' qraba li ma jkunux iridu jaċċettawhom lura, Gatt saħqet li mhijiex sitwazzjoni faċli, anke għax ikun hemm persuni li jkollhom bżonn l-appoġġ kontinwu u għall-qraba dan ma jkunx possibbli. 'Aktar appoġġ fil-komunità u bżonn ta' sptar viċin Mater Dei' La tkellimna dwar Mount Carmel, l-ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix lil Gatt dwar il-fatt li l-post fejn jingħataw kura persuni bi problemi ta' saħħa mentali jissejjaħ sptar u jekk dan ikomplix iżid mal-istigma li forsi jista' jkun hemm. "Naħseb il-fatt li huwa sptar, jgħin aktar u mhux itellef. Qabel konnha nirreferu għalih bħala 'hemm fuq' jew 'frankuni.' Dan huwa sptar, bħal kwalunkwe sptar ieħor. Irridu nimu li jkun hemm persuni li jkun hemm bżonn li jingħataw kura fi sptar," saħqet Gatt. "Idealment, bħala sptar, issa nimxu lejn binja oħra li tkun parti mill-isptar Mater Dei, bħalma huma dipartimenti oħra. " Madanakollu insistiet li l-Fondazzjoni Richmond taħdem biex ikun hemm aktar appoġġ fil-komunità, biex min ma jkollux bżonn jidħol Mount Carmel, ma jidħolx. 'F'għaxart ijiem kellna telefonati daqskemm żieda qawwija fl-ansjetà Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Fondazzjoni Richmond dwar l-effett tal-pandemija fuq is-saħħa mentali, ix-xogħol li qed twettaq u dak li hemm bżonn isir biex tonqos l-istigma u aktar nies ifittxu l-għajnuna Alan Borg Svetlana Gatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021