Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) esprimiet sorpriża għall-fatt li - minkejja li qed ikollha riżultati tajbin fil- qasam tal-Covid-19 u minkejja li l-midja Ingliża kienet ilha ssemmi lil pajjiżna għal ġranet sħaħ, Malta ma tpoġġietx fuq il-Lista l-Ħadra ta' pajjiżi fejn l-Ingliżi jistgħu jmorru mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħmlu kwarantina. Fil-fatt ma kinitx Malta biss li tħalliet barra, hekk kif tħallew barra fost l-aktar destinazzjonijiet popolari mal-Ingliżi, jiġifieri l-Greċja, l-Italja u anke Franza. Bosta fil-qasam turistiku fir-Renju Unit huma rrabjati ħafna għal din id-deċiżjoni mhux biss minħabba l-lista fiha nnifisha imma anke l-fatt li numru ta' pajjiżi li l-Gvern Ingliż poġġa fil-lista lanqas biss qed iħallu turisti jidħlu jekk mhux wara li jagħmlu kwarantina. Fost dawn hemm l-Awstralja u New Zealand. "Il-Gvern jidher illi injora l-evidenza xjentifika ċara," qal Charlie Cornish, Kap Eżekuttiv ta' Manchester Airports Group. Is-Sindku ta' Benidorm - post popolari ħafna ma' turisti Ingliżi - ikkritika d-deċiżjoni u qal li r-rata ta' infezzjoni hija inqas mill- Portugal, li ddaħħlet fil-lista. Il-kumpaniji Tui u Virgin Atlantic, qalu illi din il-lista hija "kawta żżejjed" filwaqt li Johan Lundgren minn Easyjet qal illi d-deċiżjoni li jitpoġġew daqstant it pajjiżi fil-lista, "sempliċiment mhix ġustifikata." Lura Malta, l-MHRA qalet illi s-sitwazzjoni trid tkun indirizzata b'mod urġenti inkella Malta se titlef dak li kien qed jidher bħala bidu tajjeb għall-istaġun. Għalhekk appellat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Korpi Diplomatiċi biex jieħdu l-azzjoni neċessarja ħalli Malta tkun tkun fuq il-Lista l-Ħadra ladarba l-lista tkun riveduta fi it ġimgħat. Malta kienet mistennija li tkun fuq il-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit, tant li sa it sigħat biss qabel tħabbret diversi portals u gazzetti Ingliżi kienu qed jagħtu prominenza lil pajjiżna bħala wieħed minn dawk li l-Gvern Ingliż se jiaħ għat-turiżmu estern - fosthom l-Independent, Mirror u anke Sky News. Din il-gazzetta stess irrapportat kif Malta mistennija tkun fuq din il-lista wara kuntatt ma' sorsi mill-Gvern li indikaw illi dan se jkun il-każ. B'numri ta' Covid-19 baxxi u proċess mgħaġġel ta' vaċċinazzjoni, din id-deċiżjoni għalhekk ġiet bħala sorpriża kbira u kerha! Intant l-MHRA laqgħet l-aħbar li l-Ġermanja iddikjarat li Malta m'għadhiex żona ta' riskju għall- Covid-19. Ir-Renju Unit jibqa' l-akbar suq turistiku, skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tal-2019. Skont l-NSO, fl-2017 ġew Malta 560,893 turist mir-Renju Unit, li żdiedu għal 640,570 fl-2018 u reġgħu żdiedu marġinalment għal 649,624 fl-2019 - l-aħħar sena turistika sħiħa. L-Ingliżi huma segwiti mit-Taljani hekk kif fl- 2019 ġew għal vaganza 392,955 turist Taljan. L-MHRA tappella għal sforz qawwi mill-Prim Ministru biex Malta tkun f'din il-lista meta din tiġi riveduta Rabja għal-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit hekk kif l-aktar destinazzjonijiet popolari jitħallew barra Kważi 7,000 doża f'24 siegħa u sitt każi ġodda ta' Covid-19 In-numru ta' każi ġodda tal- Covid-19 reġgħu niżlu għall- aktar livelli baxxi f 'xhur sħaħ ilbieraħ. Fil-fatt minn total ta' 2,000 swab test irriżultaw biss sitt każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 11-il persuna. Dan ifisser li sal-bieraħ it-total ta' każi attivi kien reġa' niżel għal 247. Intant il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej b'ħeffa kbira hekk kif f '24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 6,718- il doża oħra biex it-total ta' dożi li ngħataw sa issa tela' għal 372,620. Intant sa issa wkoll 118,209 persuni ħadu t-tieni doża tal- vaċċin ukoll. Intant bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma kienu rreġistrati ebda mwiet ta' nies bil-Covid-19. B'25% tal-poplu li ħa t-tieni doża tal-vaċċin ukoll, Malta tinsab fuq quddiem fl-UE segwita mir-Renju Unit fejn huwa 24.9% tal-popolazzjoni li ħadet it-tieni doża wkoll. aħbarijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021