Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum TAMA U KAWTELA Fl-aħħar il-pajjiż reġa' għandu xi ftit jew wisq tat-tama li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar. Minkejja dan, għax tgħallimna mill-iżbalji, il-kawtela saret ukoll fattur importanti. Il-gazzetta ILLUM tqabbel is-sentimenti li ħassejna bħal dan iż-żmien sena u għaliex, minkejja li ninsabu f'ċirkostanzi simili, din id-darba s-sitwazzjoni hija differenti... IŻ-ŻEWĠ INGREDJENTI LI L-PAJJIŻ GĦANDU BŻONN BĦALISSA YENDRICK CIOFFI Mat-tokki ta' nofsilejl, hekk kif qalbet is-sena 2021, il- perċezzjoni kienet li l-Covid-19 ħallejnih warajna fis-sena 2020. Iċċelebrajna mhux biss it-tmiem ta' sena, iżda mingħalina, it- tmiem tal-pandemija! Anke aħna tal-gazzetta ILLUM. L-ewwel paġna, tal-ewwel gazzetta tas- sena kienet tgħid: '2020 is-sena tal-pandemija.' Iżda llum il- ġurnata niġi f 'dubju u ċert li ma nkunx waħdi, jekk din id- definizzjoni toqgħodx aħjar għal din is-sena. Mur għidilna x'kien ġej għalina! Konna nwissu fuq il- mewġ u ġie tsunami. Il-Malti jaf x'jgħid: 'Tinfaxxax rasek qabel taqsamha!' Mhux ta' b'xejn li l-moral tal-pajjiż instabat waħda u sew! Din il-ġimgħa donnu li bdejna naraw mill-ġdid xaqq ta' dawl fi tmiem ta' mina twila u mudlama. Ħlief għal xi erba' persuni li jintefgħu wara l-monitor tal- kompjuter u jxerrdu biss dwejjaq u negattività, żgur li nhar il-Ħamis kulħadd ħa nifs il-ġewwa u ħa xi it jew wisq tar-ruħ. Kulħadd iddejjaq sejjer mid-dar għax-xogħol u lura. Issa kulħadd għandu bżonn it tat-tama u l-Gvern għamel tajjeb li ħabbar pjan għar-rilaxx tal-miżuri fit-tul. Anke jekk kollox jiddependi mis-sitwazzjoni tal-pandemija, għax irridu nibqgħu attenti, il-fatt li hemm data għar-rilaxx ta' kull miżura, jagħti tama bżonjuża lil ħafna. Għaliex importanti t-tama? Mhux biss għax kien hemm sidien li fallew u raw is-sagrifiċċji li għamlu tul is-snin itiru mar-riħ fi it ġimgħat, imma għax dan il-qtigħ ta' qalb kellu impatt fuq is-saħħa mentali ta' bosta. Dan mhux kliem fl-arja. Jekk ma temminx, idħol fis-sit tal-Fondazzjoni Richmond u aqra b'għajnejk ir-riżultati tas- sondaġġi li għamlu tul dawn ix- xhur biex 'ikejlu' s-saħħa mentali tal-poplu. Aqraw ukoll paġni 12 u 13 ta' din il-gazzetta, biex timu kemm żdiedet l-ansjetà u kemm issa, li s-sitwazzjoni twalet (mhux għax għandna tort) qed jiżdiedu wkoll is-sintomi ta' dipressjoni. Il-Covid-19 serju u serju ħafna! Staqsu lil min tilef lil xi ħadd għażiż għalih u lil min, minkejja li fieq, għadu qed ikaxkar bil-mard u l-kundizzjonijiet. Imma s-saħħa mentali hija importanti wkoll u rridu nieqfu niddejqu nitkellmu fuqha. Għandna t-tama! Se mmutu bil- piena? Ejja nżommu saqajna mal-art! Is-sajf li għadda gawdejnih ukoll! Il-każi naqsu qabel ma reġgħu bdew telgħin it it. Imma ngħiduha kif inhi! Is-sitwazzjoni issa hija differenti wkoll. Fis-sajf tas-sena li għaddiet kulħadd kien jaħseb li l-Covid-19 sar xi ħaġa tal-passat. L-ewwel u qabel kollox għax, minkejja li għal bidu ħadniha ħafna bis-serjetà (jiġuni f 'moħħi dawk il-filmati tal-waħx tat-toroq vojta), it li xejn kellna għarfien dwarha. Allura malli l-każi naqsu u kien hemm ġranet sħaħ fejn ma nstab l-ebda każ ġdid, kulħadd ħaseb li spiċċa kollox. It-tieni nett, dawk kienu l-messaġġi li waslu! Kulħadd jiakar lil Chris Fearne jgħid li rbaħna l-gwerra u l-famuża 'il-mewġ fil-baħar qiegħed' ta' Robert Abela! Ċert li t-tnejn li huma lanqas joħolmu li llum il- ġurnata jgħidu xi ħaġa simili. Imma għaliex is-sitwazzjoni hija differenti? Is-sena li għaddiet obdejna l-miżuri għax bżajna. Bżajna mhux biss għalina nfusna imma bżajna wkoll li jiġri xi ħaġa lill-qraba tagħna. Interessanti kif anke s-sondaġġi tal-Fondazzjoni Richmond urew b'mod konsistenti li l-Maltin aktar inkwetaw għall- qraba tagħhom milli għalihom infushom. Din id-darba kienet differenti! Kulħadd irid li din tgħaddi darba għal dejjem għax issa twalet iżżejjed. Kulħadd qed jittama li s-sagrifiċċji li għamilna u li qed nagħmlu huma verament l-aħħar sforz u għalhekk minkejja l-każi rekord li kellna, aktar milli għax imbeżża', obdejna b'konvinzjoni, għax issa imna li l-it sagrifiċċju ta' kulħadd, jagħmel differenza kbira. Mhux ċajta. Fi it ġimgħat, minn kważi 300 każ kuljum (ġieli anke aktar), niżżilna n-numri għal dawk li konnha drajna bihom f 'Awwissu tas-sena li għaddiet. Anke jekk issa r-restrizzjonijiet qed jonqsu u jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, se jibqgħu jonqsu, it- tagħlima ħadniha (nittama) u nafu li żball wieħed jista' jitfana lura x-xhur! X'differenza! Minn Gvern li kien qed jgħidilna biex nobdu ħa ngawdu s-sajf, għal Gvern li hu stess qed iqis kull pass li jagħmel. Il-koperazzjoni hija strumentali... Għalhekk, kieku kellna nagħsru s-sentiment tal-pajjiż, bħalissa huwa: tama b'kawtela. It-tnejn li huma bżonnjużi. Tama għax il-bniedem ma jistax jgħix biss f 'inċertezza. Kawtela għax is- sitwazzjoni għadha fluwida ħafna. Żball wieħed u nitilfu kollox. Hawn irrid insemmi żewġ kategoriji ta' nies. Mhux għax ma hemmx aktar, imma ma' dawn jien familjari jew għax involut magħhom jew għax nitkellem ħafna magħhom. Niddejjaq nidħol personali fl-artikli, imma din is-sitwazzjoni laqtet lil kulħadd u dawn huwa realtajiet li qed immissu b'idejna magħhom kuljum. L-ewwel grupp huma d-dilettanti tal-festi. Xi ħadd minnhom ilmenta għax mhux se jsiru l-festi kif nafuhom? Tgħidli l-festi se ssemmi? Mill-festi ma jiklux nies! Attent xi tgħid. Taf kemm hemm nies involuti fil-festi? Staqsi lill- kuntrattur tad-dawl kemm mar ħażin. Staqsi lil min jarma s-sound għal man-nar. Il-bandisti mhux artisti wkoll? U dawk li jħitu u jisfumaw il-pavaljuni jew dawk li jaħdmu l-istatwi? U tal-qubbajt, tal-ikel u tal-bar tal-każin? U dawk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021