Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 Dwar l-istigma fuq l-isptar, Gatt saħqet li hija ħasra għax fi kliemha hemm professjonisti li jaħdmu ħafna u li huma ddedikati. Minn problemi ta' saħħa mentali tista' tfiq? Iżda minn problema ta' saħħa mentali, tista' tfiq? Jew inkella mal-ewwel intopp se jerġgħu jaqgħu koppi? "Kważi kulħadd jgħaddi minn problema ta' saħħa mentali. Id-diffikultà meta din tiżviluppa f 'marda u jkun hemm bżonn intervent akbar," spjegat Gatt. Saħqet kif ikun hemm persuni li jgħaddu minn episodju u jfiqu u ma jerġgħux jesperjenzawh, bħal pereżempju diffikultajiet li jgħaddu minnhom xi ommijiet wara li jweldu, iżda jista' jkun hemm persuni li jiżviluppaw kundizzjoni. Fost dawn pereżempju hemm il-psikożi, fejn persuna tkun trid tibqa' tieħu ħsiebha minn żmien għal żmien u tmur regolari għand psikjatra tagħha. "Hemm varjetà. Aħna dejjem inħarsu lejn is-saħħa mentali bħala spettru u naraw il- persuna fejn qiegħda fuqu," insista. 'L-ansjetà u d-dipressjoni l-aktar komuni' Gatt spjegat aktar fid-dettall ix-xogħol li twettaq il-Fondazzjoni ma' persuni li jitolbuha l-appoġġ. Spjegat kif x'aktarx, l-ewwel kuntatt mal-Fondazzjoni jagħmluh permezz tal- helpline 1770, li issa ilu jeżisti għal dawn l-aħħar għaxar snin u li fl-aħħar xhur sar parti mill-appoġġ li l-Gvern qed joffri fi żmien il- pandemija. Spjegat kif meta persuna ċċempel, il- professjonisti tal-Fondazzjoni jagħmlu assessjar tas-sitwazzjoni biex min hemm jaraw x'servizzi jkun hemm bżonn, skont il- kundizzjoni. L-ILLUM staqsiet liema hi l-aktar kundizzjoni ta' saħħa mentali li hi komuni f 'Malta, b'Gatt issemmi d-dipressjoni u l-ansjetà, anke jekk temmen li l-ansjetà qed tiżdied. 'Kien hemm żieda qawwija ta' ansjetà u dan jagħmel sens' Kien hawn li tkellimna fuq il-pandemija u l-impatt li din kellha fuq is-saħħa mentali tal-pajjiż. Gatt spjegat kif fl-ewwel għaxart ijiem minn meta l-1770 infetaħ 24 siegħa kuljum, irċevew telefonati daqskemm is-soltu jkollhom fi tliet xhur. "Kien hemm żieda qawwija ta' ansjetà," qalet Gatt, waqt li spjegat kif l-ansjetà tiżviluppa meta persuna tesperjenza theddida kemm jekk hi reali u anke jekk mhijiex. "Dan kapaċi jkun eżami, interview jew kwalunkwe ħaġa oħra. Dak iż-żmien ħadd ma kien qed jiem din il-marda x'inhi u x'se jiġri." Interessanti kif mis-sondaġġi li qed jagħmlu minn żmien għal żmien, innutaw li ħafna mill-Maltin, aktar milli għalihom infushom, kienu qed jibżgħu li jiġri xi ħaġa lil qraba tagħhom. Dan il-fattur baqa' konsistenti tul is-sondaġġi kollha li saru fl-aħħar xhur. 'It-telefonati naqsu imma twalu ... aktar sintomi ta' dipressjoni' "Malli jkun hemm żieda fil-każi, nerġgħu naraw żieda fit-telefonati u malli jonqsu l-każi naraw tnaqqis fl-ansjetà," kompliet tgħid Gatt. "Aktar ma għadda ż-żmien, aktar bdew jonqsu t-telefonati iżda kienu qed ikunu itwal u għalhekk l-intervent tagħna kien itwal." Dan ifisser, kompliet tispjega Gatt, li bdiet tonqos l-ansjetà iżda bdew jiżdiedu s-sintomi ta' dipressjoni. "Meta jkollok problema ta' saħħa mentali li titwal, il-persuna tibda titlef it-tama u jibdew ħerġin is-sintomi ta' dipressjoni." Mistoqsija x'inhuma dawk l-affarijiet li jindikaw li persuna tkun qed tbati minn dipressjoni, Gatt qalet li persuna tibda tħossha qalbha maqtugħa, tibda ssibha diffiċli tagħmel affarijiet li kienet tagħmel, tnaqqas jew iżżid fl-ikel u fl-irqad. "Fi it kliem, dak li qabel kien normali għall-persuna, illum issibha diffiċli biex tagħmlu" 'Iż-żgħażagħ l-aktar b'qalbhom maqtugħa ... l-anzjani l-aktar b'tama' Gatt spjegat kif mis-sondaġġi rriżulta li ż-żgħażagħ kienu l-aktar li qed iħossuhom qalbhom maqtugħa iżda mill-banda l-oħra ma kinux qed iċemplu għall-għajnuna. "Huwa ċar li din qed ikollha effett kbir fuq iż- żgħażagħ tagħna," kompliet Gatt. Fejn jidħlu dawk li għandhom bejn 30 u 50 sena, innutaw żieda fit-telefonati mingħand nies li kienu qed iħossu kollox jagħfas fuqhom anke għax issa kienu qed jaħdmu mid-dar u jridu jlaħħqu ma' kollox, inkluż mal-lezzjonijiet onlajn tat-tfal. Madanakollu, mis-sondaġġi jirriżulta li l-anzjani huma l-aktar li qed jirrapportaw tama għall-futur, forsi anke għax kienu minn tal-ewwel li ħadu l-vaċċin. "L-anzjani dejjem kellhom aktar tama mill-etajiet l-oħra. Kien punt interessanti ħafna," saħqet Gatt. 'Ikkontrolla kemm tesponi lilek innifsek għal aħbarijiet fuq il-Covid-19' Tkellimna dwar l-impatt li r-rapurtaġġ kontinwu dwar il-Covid-19 jista' jkollu fuq is-saħħa mentali ta' persuna. Svetlana Gatt saħqet li llum huwa kważi impossibbli li tinqata' mill-aħbarijiet. Għalhekk appellat biex persuna titgħallem tikkontrolla kemm tesponi lilha nnifisha għal dan ir-rapurtaġġ. "Tajjeb li persuna tagħmel ammont u żżomm miegħu, ta kemm se tara u taqra aħbarijiet fuq il-kwistjoni. Iva jista' jkollu impatt. Qed nagħmlu ħafna enfasi fuq dan," insistiet. Qalet li hemm affarijiet oħra li persuna tista' tagħmel biex tgħin lilha nnifisha, anke jekk qed taħdem mid-dar. "L-ansjetà tiġi minħabba inċertezza. Importanti li persuna tiżviluppa dawn 'il- pockets of certainty,' pereżempju ssib ħin u żżomm miegħu u tmur timxi. Toħloq struttura, fejn tkun taf x'qed tistenna. Nikkontrollaw dak li nistgħu nikkontrollaw," insistiet. Dwar l-ammont ta' nies li kellmuhom u li għenu, Gatt qalet li s-sena li għaddiet kellhom id-doppju tat-telefonati u għamlu erba' darbiet aktar interventi ma' dawk li jkollhom bżonn aktar appoġġ, anke immedjat, inkluż ma' persuni li jkollhom ħsibijiet ta' suwiċidju. 'Ma kienx hemm żieda fl-attentati ta' suwiċidju...' Tkellimna aktar dwar is-suwiċidju, bl- ILLUM tistaqsi kemm huma komuni dawn il-każi. Spjegat kif sempliċiment għax persuna jiġiha ħsieb ta' suwiċidju, ma jfissirx li għandha problema u se twettqu. "Ħsibijiet ta' mewt jew suwiċidju huma pjuttost komuni," insistiet. Minkejja l-pandemija, ma jirriżultax li kien hemm xi żieda fir-rati ta' attentati ta' suwiċidju. Ta' ħsibijiet iva." Madanakollu saħqet li jekk persuna tesprimi ħsibijiet jew tgħid lil xi ħadd li trid tweġġa' lilha nnifisha, jew ittemm ħajjitha, dik hija xi ħaġa li ma tistax tistenna u jkun hemm bżonn l-għajnuna. "Jekk ikun periklu importanti li persuna ċċempel 112 jew inkella lilna għall-gwida." 'L-impatt fuq is-saħħa mentali kapaċi joħroġ aktar tard wara l-pandemija' Svetlana Gatt x'taħseb li hemm bżonn isir biex nindirizzaw l-isfidi ta' saħħa mentali? Appellat biex l-ewwel u qabel kollox tkompli l-ħidma fuq dak li kien beda qabel il-pandemija, jiġifieri dwar il- White Paper li kienet qed tħejji l-istrateġija nazzjonali dwar is-saħħa mentali għall- għaxar snin li ġejjin. "Irridu nkomplu nsaħħu s-servizzi tas- saħħa mentali, anke għax normlament l-impatt fuq is-saħħa mentali kapaċi joħroġ aktar tard wara l-pandemija. Dan issa jrid ikun parti mill-istrateġija," insistiet. Appellat ukoll biex ma ħadd ma jiddejjaq jitkellem fuq is-saħħa mentali. "Nenfasizza ħafna fuq il-konverżazzjoni. Tibda anke fuq il-post tax-xogħol, fejn ninnormalizzaw is-saħħa mentali. Ma hemm xejn ħażin imbilli persuna tkun għaddejja minn mument vulnerabbli," kompliet tisħaq. Temmet tisħaq li huwa normali li f 'ċirkostanzi straordinarji ma nħossunix tajba daqskemm inħossuna s-soltu. "Jekk hemm sitwazzjonijiet fejn persuna tħossha affettwata aktar mis-soltu, ma għandhiex għaliex tiddejjaq tfittex l-għajnuna. Bi it appoġġ, tasal." daqskemm is-soltu jkollna fi tliet xhur ... Rajna Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021