Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar tagħti status ta' protezzjoni lid- Dar tal-Bebbux f'Ħal Għaxaq u Barumbara tas-Seklu 17 Dar unika mill-aħħar tas-seklu 19 f ' Ħal Għaxaq, li hija mżejna bil-bebbux, u Barumbara mibnija fil-bidu tas-seklu 17 fl-Imqabba, ġew ikklassifikati bħala binjiet protetti ta' Grad 2 u Grad 1 rispettivament mill- Awtorità tal-Ippjanar. Il-proċess għall-iskedar ta' dawn iż-żewġ binjiet twettaq b'kollaborazzjoni mill-qrib mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Id-dar vernakulari f 'Ħal Għaxaq, li tinsab viċin il-Knisja Parrokkjali, għandha l-ewwel sular imżejjen b'diversi disinni magħmulin mil-qxur tal- bebbux u polychrome render, primarjament bl-aħmar, aħdar u blu. Il-maġġoranza ta' din id-dekorazzjoni hija reliġjuża, iżda tinkludu wkoll dettalji arkitettoniċi, emblema tal-familja u ittri. Il-proprjetà tinkludi tliet niċeċ; dik li tinsab mal-ġenb tal- propjetà hija relatata max-xena tal-kruċifissjoni, filwaqt li t-tnejn l-oħra, li jinsabu fuq il-faċċata ewlenija, għandhom l-istatwa ta' San Ġużepp u Sant Andrija. Fil- livell tal-bejt insibu frontispizju elaborat ħafna miksi b'finjali u statwa tal-Verġni Marija, il- patruna tal-lokalità. It-tieni frontispizju huwa inqas elaborat u jinsab mal-ġenb tal-propjetà. Is-Sur Martin Saliba, Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA qal "Il-bini għandu livell għoli ta' sinifikat estetiku għaliex huwa rappreżentazzjoni unika tal-arti folkloristika u qatt ma ġew reġistrati eżempji oħra simili. L-eżekuzzjoni hija naïf u l-istil huwa tipiku tal-arti folkloristika. " Din il-proprjetà ta' Grad 2, li oriġinarjament kienet id-dar ta' ċertu Indri Dimech, inbidlet f 'kanvas enormi meta fl-1898 beda jżejjen il-faċċata tal-propjetà tiegħu b'mijiet ta' bebbux u qxur tal-baħar, minn fejn aktar tard ġabet isimha. Għalkemm ħadd ma jista' jgħid x'ispira lil Indri Dimech, magħruf bħala il-Mikk, biex jibda jżejjen il-faċċata tal-propjetà tiegħu b'mijiet ta' bebbux u qxur tal-baħar, xi wħud jissuġġerixxu li seta' ra dekorazzjonijiet bħal dawn meta kien qed jgħix barra. L-Awtorità tat ukoll l-ogħla status ta' protezzjoni lil Barumbara li tinsab f 'għalqa f 'kantuniera bejn Triq Santa Marija u Triq iċ-Ċavi fl-Imqabba. Din l-istruttura tal- bidu tas-seklu 17 kienet elenkata fl-arkivji tal-Ordni ta' San Ġwann bħala parti mill-bini skedat tal- 'Isptar il-Qadim', li kien jifforma parti mill-Fondazzjoni Nicola Cottoner. Xhieda ta' dan tinstab f 'mappa tal-inħawi tal-1732 magħrufin bħala 'Tal-Barumbara', li jinsabu fil-Cabreo Cottoner. Is-Sur Saliba żied "Is-sit għandu livell għoli ta' importanza storika minħabba r-rabta storika tiegħu bħala parti mill-ġonna tal- propjetà tal-Fondazzjoni Nicola Cottoner. Mil-lat arkitettoniku, l-istruttura hija unika wkoll peress li strutturi bħal dawn kienu normalment rettangolari b'soqfa ċatti. Din l-istruttura hija simili għal dawk medjevali li jinsabu fl- Ewropa kontinentali." Il-bini fil-livell t'isfel għandu daħla żgħira b'tieqa żgħira fuqha. Fuq il-quċċata tal-Barumbara hemm diversi korbelli li huma spazjati simetrikament. Xi wħud minn dawn il-korbelli jappoġġjaw ġebel kbir li jgħaqqadhom flimkien. Dawn iffurmaw xkaffa kontinwa madwar il-bini. Il-ġebel inqatgħa f 'biċċiet li jirriflettu l-kurvatura tal-forma ċilindrika tal-istruttura. Żur www.pa.org.mt biex tara l-binjiet u l-proprjetajiet kollha li ġew skedati f 'Malta u Għawdex. Ritratti: Fuq: Il-Barumbara li tinsab fl- imqabba. Isfel: Id-Dar tal-Bebbux f 'Ħal Għaxaq

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021