Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 Carmel Bonnici Il-Qawmien taċ-ċinema Awstraljana (2) (ikompli mill-Ħadd li għadda) Il-grupp ta' diretturi, tekniċi, eċċ li kienu kaġun ta' dan il-qawmien kienu dawn: Bruce Beresford kien akkanit għaċ-ċinema sa minn meta kien għadu l-iskola. Hu kien jedittja films tad-dilettanti f 'Sydney sa minn meta kien għadu l-iskola u fl-1966 sar il-kap tal-produzzjonijiet tal-British Film Institute. Kellu suċċess kbir f 'pajjiżu bil-film e Adventures Of Barry MacKenzie (1972) u Barry Mackenzie Holds His Own (1974). Wara li dderieġa Don's Party (1976) ipprova jdejħ f 'ġeneri differenti, fosthom e Getting Of Wisdom ġo skola tal-bniet li jorqdu hemm ukoll fl-1900 u wara t-thriller Money Movers (1978). Malajr waslu żewġ suċċessi kbar b'e Club u l-aqwa xogħol tiegħu kien Breaker Morant (1980) dwar inċident fil-gwerra tal- Boeri fl-Afrika t'Isfel fejn akkuża ta' suppost tliet eroj Brittaniċi kkundannaw atti ta' qtil vendikattiv kontra l-Boeri. Imfaħħrin ħafna kienu s-sekwenzi ta' tensjoni fil-qorti u r-reċtar. It-tema tas-snin ta' wara l-gwerra ġiet murija b'aktar realta' minn Phillip Noyce fid-debut tiegħu Newsfront (1978) li kien jesplora l-karriera ta' bniedem ħabrieki ribell bejn l-1948 u 1956, bil-kamera tiegħu jiġbed l-aħbarijiet fis-snin meta l-Awstralja bdiet issir Amerikanizzata. Diversi snin wara, Noyce reġa' bbrilla b'żewġ xogħlijiet oħra, Dead Calm (1989) u Rabbit Proof Fence (2002). Jidher li ħafna minn dawn id-diretturi riedu jaħarbu minn suġġetti kontemporanji għax diversi produzzjonijiet kienu ambjentati fil-passat biex b'hekk, għall-ewwel darba l-Awstraljani kienu xhieda tal-istorja tagħhom fil-films. Is-suċċess klamoruż wasal fl-1975 bil-film superb ta' Peter Weir Picnic At Hanging Rock (il-favorit assolut ukoll tiegħi). Nhar il-ġurnata ta' San Valentinu fis-sena 1900 grupp ta' tfajliet minn skola flimkien mal- ghalliema tagħhom imorru xalata fuq għolja jisimha Hanging Rock. Tnejn minnhom misterjożament jisparixxu minn fuq wiċċ l-art. Dan il-fatt aktarx fittizju qatt ma ġie solvut. B'mużika evokattiva u atmosfera surreali Picnic At Hanging Rock jaqbdek bħal f 'morsa u jħallik mistagħġeb iċċassat. Dan il- film, l-ewwel wieħed ta' kwalita' prima, ġie mfaħħar internazzjonalment u Russell Boyd rebaħ l-unur tal-Britrish Academy għall- fotografija tassew eżkwiżita. Films oħra Awstraljani tajbin ta' Weir kienu e Last Wave u Gallipoli li fih ħadem Mel Gibson. Gillian Armstrong kellha wkoll suċċess kbir ma' kullimkien b'My Brilliant Career (1979) proġett li tefa' għajnejn kulħadd fuq din id-direttriċi. Mara spirituża fil-bidu tas- seklu 20 kulħadd tkaża biha għax minnflokk iżżewġet għażlet li jkollha karriera. Iż-żewġ protagonisti, Judy Davis u Sam Neill, kabbru l-karriera tagħhom barra l-pajjiż. Ken Hannam ukoll mar lura fl-istorja bi Break Of Day (1976) dwar il-ħajja f 'belt żgħira fejn il-popolazzjoni tal-irġiel naqset sewwa minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il- film ta' qablu, Sunday Too Far Away (1975) kien kapulavur dwar dawk il-ħaddiema li jqaxxru s-suf tan-ngħaġ. Is-slogan ta' dan il- film kien Friday Night Too Tired, Saturday Night Too Drunk, Sunday Too Far Away. Dan kien l-ilment komuni tan-nisa tagħhom. Fl-ewwel film tiegħu Caddie (1976), Donald Crombie għamel suċċess bl-istorja ta' familja fi żmien id-Dipressjoni u it inqas f 'e Irishman (1978) dwar l-impatt ta' bidliet industrijali f 'belt żgħira. Is-sitwazzjoni prekarja fil-familja kompliet f 'Cathy's Child (1979) dwar l-attentati vera ta' mara Maltija biex iġġib lura lit-tarbija maħtufa mir-raġel tagħha stess. Dan il-film, naturalment, intlaqa' tajjeb ħafna ġo pajjiżna. Direttur ieħor li kkonċentra dwar problemi soċjali kien Fred Scepisi kif jesibixxu xogħlijiet brillanti bħal e Devil's Playground (1976), film awtobijografiku dwar tfal f 'seminarju Kattoliku, kif ukoll wieħed mill-aqwa produzzjonijiet ta' dan il-moviment ħabrieki, e Chant Of Jimmie Blacksmith, ikkwotat mill-kritiċi daqs Picnic At Hanging Rock, appell rabbjuż ta' kif jiġu ttrattati l-Aboriġini. Minkejja t-tifħir u l-premjijiet li kiseb, l-udjenzi ħassewh minaċċjuż u baqgħu lura. Niġi fl-aħħar għal George Miller, tabib mediku li tħajjar isir direttur. Hu ħadem il- wisq popolari u vjolenti Mad Max (1979), suċċess internazzjonali u warajh waslu żewġ sequels oħra li poġġew fuq il-pedestal ta' superstilla lil Mel Gibson. Is- saga tal-eroj/avventurier Max kompliet b'mod konvinċenti ħafna snin wara – fl-2015 b'attur differenti. Din il-bużżieqa ta' kreattivita' spontanja u ġenwina bdiet tinfaqa' fl- 1982. Hollywood, dejjem attent għal-talent ġdid u varjabbli seraq ħafna minn dawn id-diretturi u dawk tal-fotografija, kif wkoll l-unions Awstraljani saru rgħiba u bdew jitolbu salarji kbar li Hollywood biss kien jista' jaffordja. Wara dan il- qawmien rimarkabbli, l-produzzjoni tal-films f 'dan il-kontinent baqgħet għaddejja b'mod normali, kif ukoll inħadmu diversi xogħlijiet li jappellaw l-aktar għal ġenerazzjoni żagħżugħa (films tal-biża', fantasija, vjolenza, eċċ.), kif ukoll it oħrajn ta' stoffa li sabu posthom anki nnominati għall-Oscar. Id-direttur Baz Luhrman ħadem is-semi-epiku Australia (2008) u għalkemm is-serje kolossali e Hobbit u e Lord Of e Rings hija minn New Zealand, il-maġġoranza tal-atturi, tekniċi u ħaddiema oħrajn kienu kollha Awstraljani. Ruxxmata ta' atturi Awstraljani bħal Nicole Kidman, Noami Watts, Geoffrey Rush, Russell Crowe, Hugh Jackman, Eric Bana, il-mibki Heath Ledger, Cate Blanchett, Rachel Griffiths, Joel Edgerton, Sam Worthington, Mia Wasikowska, Margot Robbie u oħrajn sabu l-post sigur fil-belt taċ- ċinema ta' Los Angeles. Ta' min ifaħħar l-attentati li saru l-aktar f 'dawn l-aħħar 15-il sena bejn wieħed u ieħor biex l-inġustizzji vili kontra l-indiġeni lokali (l-Aboriġini) jkunu murija u ndirizzati ġo ħafna films, l-aktar: Rabbit Proof Fence, Tanna, 10 Canoes, Samson And Delilah, Storm Boy, Sweet Country, e Nightingale, e Tracker fost l-aħjar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021