Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Sandra Gauci u titkellem magħha fuq bosta suġġetti kontroversjali fosthom fuq il- kwota tal-ġeneru u l-abort. Immorru mal-ewwel għall-mistoqsija li numru ta' nies jistaqsu. Forsi għax magħmulin passivi, forsi għax għandhom il-mentalità li 'għax komdu jien, komdu kulħadd' jew forsi għax ġenwinament kurjużi. Kemm il-darba smajna lil xi ħadd jistaqsi; "għaliex għandna bżonn it-tielet partit fil-parlament? Mhux komdi qegħdin bħalissa?" 'Jien inħobb naqbeż għaż-żgħir' Mistoqsija propju dan, Sandra Gauci mal-ewwel qalet li "iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin nindunaw li hemm bzonn it-tielet parit." Fi ftit kliem hi spjegat li hemm drabi li l-partiti l-kbar jaqblu fuq xi ħaġa sempliċiment għaliex ikun jaqbilhom hekk. Żiedet tgħid, "xi drabi jgħaddi ż-żmien u mal-ewwel il-poplu jifhem x'kienet ir-raġuni għaliex qablu." Gauci fil-pront ħarġet b'xi eżempji fejn naraw dan. Biex inkunu semmejna ftit, Gauci tkellmet l-ewwel fuq il-mina bejn Malta u Għawdex. "It-tnejn jaqblu li għandha ssir mina jew tip ta' bridge bejn Malta u Għawdex. Aħna tal-ADPD ma naqblux u hemm hafna Maltin u Għawdxin oħra li ma jaqblux." Eżempju ieħor hu nies li "ma jaqblux mal-bullying li qiegħed isir mill-kaċċaturi u mil-lobby tal-kaċċaturi." Skont Gauci kemm il-Partit Laburista kif ukoll il- Partit Nazzjonalista qegħdin litteralment fil-but tal-kaċċaturi. Dawn huma n-nies li Gauci trid li tirrapreżenta. In-nies li ma jaqblux ma' dak li qablu fuqu fil-parlament iż-żewġ partiti, iżda li m'hemm ħadd jitkellem għalihom. "Din hi r-raġuni primarja wara t-tielet partit fil-parlament, li jservi ta' leħen għal dawk li l-partiti l-kbar insew." 'Dejjem konna favur id-diskussjoni' Fost is-suġġetti jaħaqru li ġew diskussi fil-parlament riċentament u li ż-żewġ partiti qablu kontrih, hemm l-abort. Dan is-suġġett bħal donnu jitfaċċa kull it xhur fid-diskussjonijiet, fuq il-midja soċjali u anke l-ġurnali iżda issa kienet propju Marlene Farrugia li pproponiet abbozz ta' liġi biex Malta tiddekriminalizza l-abort. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Gauci għaliex ma tkellmux qabel bħala partit u għaliex kellha tkun Farrugia biex tieħu l-ewwel pass. Gauci spjegat li Farrugia diġà hi parti mill-parlament u fil-verità għandna aktar ċans titkellem hi milli huma. Rigward il-pożizzjoni ta' ADPD fuq l-abort, il-partit jemmen - f 'pożizzjoni li saret pubblika wkoll ġimgħa ilu - li l-abort m'għandu qatt ikun normalizzat imma jimu li hemm ċirkustanzi li huma jiddiskrivu bħala 'eċċezzjonali' fejn mara jkollha ddur għal din il-proċedura. Bħal ADPD, Sandra Gauci taqbel mad- dekriminalizzazzjoni tal-abort. "Dawn l-affarijiet qegħdin isiru, ikun hawn abort kuljum Malta. Ikun aħjar li dawn in-nies li jkollhom bżonn din il-proċedura jmorru f 'post sigur għall-għajnuna mhux jirikorru għal proċeduri mhux siguri," qalet Gauci. Gauci ċċarat li l-idea u l-ħsieb tal-ADPD fuq suġġetti bħall-abort minn dejjem kienu hemm. Hawn hi fakkret li fuq il- manifest hemm miktub dak kollu li ADPD jemmnu fih. 'Tant kemm aħna żgħar li f 'moħħhom jarawna insinifikanti' Tiġi naturali li wieħed jistaqsi, allura biex inkun naf iktar dwar ADPD irrid naqra biss il-manifest? Wieħed mal-ewwel jinduna li l-istazzjonijiet tat-televiżjoni f 'Malta ma tantx jaqbżu bil-ferħ għall-opportunita' li partit żgħir jieħu l-air time tal-partiti l-kbar. Dejjem l-istess żewġ partiti jidhru, dejjem l-istess żewġ partiti niddiskutu. Dan għaliex? Għax ma jridux il-pariti ż-żgħar jew għax ma jridux l-istazzjonijiet tat- televiżjoni? Gauci b'diżappunt esprimiet li forsi ma jingħatawx spazju fuq ix-xandir għax huma partit żgħir. B'gratitudni iżda qalet li jiktbu fuq il-gazzetti li joffrulhom spazju. "Għalihom jeżisti biss aħmar jew blu u daqshekk. Allura meta jaraw partit zgħir bħal jagħlquna ġo kaxxa u jgħidu "x'nambuhom lil dawn" Hija kompliet tgħid li hemm min jaħseb li n-nies ma jagħtux kas lill-ADPD imma dan mhux minnu. Dan kollu jikkonfermawh meta dik il-kaxxa jkissruha u joħolqu spazju għalihom stess permezz tal-midja soċjali. "Meta nmorru fuq il-midja soċjali, n-nies jarawna, in-nies ikollhom kummenti pożittivi. Mhux vera li m'għandniex ideat, kieku jagħtuna ċans kapaċi naslu aħna wkoll." L-ILLUM hawn tfakkarha li ż-żewġ partiti, kemm PD kif ukoll AD, it-tnejn ma kellhomx numru kbir ta' voti fl-elezzjonijiet tal-passat. Il-gazzetta staqsiet ukoll x'taħseb li għandu jkun il-pass li jmiss biex l-istorja ma tirrepetix ruħha. "Nemmen li hemm bżonn strateġija. Hemm bżonn inkunu preżenti kullimkien jekk mhux kuljum, mela kwazi," bdiet Gauci. Spjegat ukoll li hemm bżonn li juru l-ideat tagħhom u ma jiddejqux jieħdu sogru għax la huma partit żgħir m'għandhomx x'jitilfu. Hi temmen ukoll li dan hu l-iktar mument ideali għal partiti ż-żgħar biex jimirhu. "Mela għandhek il-PL li qiegħed fil- gvern imma għandu ħafna dellijiet koroh u saħansitra allegazzjonijiet serji ta' koruzzjoni. Imbagħad għandhek il-PN li qiegħed jagħtik x'tiem li mhux partit magħqud u fejn m'hemmx riġenerazzjoni ta' ideat. Allura issa hu l-ħin li aħna ż-żgħar nippruvaw ndefsu saqajna. Il-kbar vera b'saħħtihom imma d-dgħajsa tagħhom fiha ħafna toqob, dan hu ċ-ċans li nidħlulhom propju minn dawk it-toqob." Allura l-PN u l-PL ma jagħmlu xejn sewwa? Gauci tipproduċi programm ta' it minuti kull nhar ta' Erbgħa fuq Facebook bl- isem ta' 'ABS news' fejn tikritika l-gvern u l-oppożizzjoni kontinwament. Għalliema, stand-up comedian u issa Voċifera fuq ħafna kwistjonijiet, tikkritika ħafna kemm lill-Gvern u anke l-Oppożizzjoni u ħierġa għall-elezjoni mal-ADPD. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Sandra Gauci... Alan Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021