Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 kawt u min jipprova jkun pass qabel ħaddieħor Franza tnaqqas gradwalment ir-restrizzjonijiet biex tattira t-turisti Fl-aħħar ġimgħat Franza kellha ddaħħal fis-seħħ restrizzjonijiet stretti mmens minħabba żieda sostanzjali fil-każi tal-Covid-19 iżda issa wkoll qed tippjana li terġa' tibda tilqa' lit-turisti hekk kif it it qed jonqsu r-restrizzjonijiet. Bħalissa, ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fost oħrajn, jistgħu jmorru Franza sakemm jippreżentaw test negattiv kontra l-Covid-19 li jkun sar 72 siegħa qabel it-tluq, kif ukoll dikjarazzjoni li fiha jiddikjaraw li ma għandhom l-ebda sintomi. Bħalissa, ċittadini minn barra l-Unjoni Ewropea, ħlief għal xi it eċċezzjonijiet, mhux qed jitħallew jidħlu fil-pajjiż sakemm mhux minħabba raġunijiet familjari jew professjonali. Madanakollu mid-9 ta' Ġunju, anke dawn ir-restrizzjonijiet se jibdew jonqsu, bil-pjan huwa li ċittadini minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jidħlu fi Franza sakemm ikollhom f 'idhom "Health Pass." Dwar dan, sa issa, ingħataw it dettalji imma x'aktarx li se jkun jinkludi ċertifikat tal-vaċċin jew inkella test negattiv kontra l-Covid-19. Anke jekk Franza qed tittama li tilqa' t-turisti, is-sitwazzjoni tal- pandemija għadha waħda kritika. Il-każi naqqsu, iżda għad hemm pressjoni fuq l-isptarijiet, tant li għaddejja ħidma biex jitħaffef kemm jista' jkun il-proċess tat- tilqim. Fit-3 ta' April li għadda Franza daħlet f 'lockdown minħabba ż-żieda fil-każi, iżda fl-aħħar jiem, il-President Emmanuel Macron ħabbar il-pjan ta' kif se jkunu qed jonqsu r-restrizzjonijiet, anke jekk b'mod kawt ħafna. Fil-bidu ta' dan ix-xahar tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar domestiku. Minn din il-ġimgħa wkoll tqassar il-curfew li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Jannar. Issa, kulħadd irid ikun ġewwa bejn id-9pm u s-6am. Mid-9 ta' Ġunju, il-curfew se jkun fis-seħħ bejn il-11pm u s-6am u mistenni jitneħħa għal kollox mit- 30 ta' Ġunju. Mill-Erbgħa li għadda, fetħu wkoll ir-ristoranti u l-kafetteriji, iżda jistgħu jservu biss lin-nies fuq barra. Massimu ta' sitt persuni jistgħu jpoġġu madwar mejda. Jistgħu jibdew iservu fuq ġewwa mid-9 ta' Ġunju. Fetħu wkoll il-ħwienet mhux essenzjali. Intant, l-areni, it-teatri, il- mużewijiet u swali oħra jistgħu jilqgħu mill-ġdid lill-udjenzi. Kulħadd irid joqgħod bilqiegħda b'massimu ta' 800 persuna fuq ġewwa u 1,000 persuna fuq barra. It-tir huwa li sal-aħħar ta' Ġunju il- " H e a l t h Pass" jibda jintuża għal dawk il-persuni li jkunu jridu jattendu fl-istadiums u attivitajiet kbar. Dan se jkun japplika wkoll għat-turisti. Madanakollu, id-dettalji dwaru għadhom mhumiex ċari. Fi Franza, il-maskri huma obbligatorju fuq it-trasport pubbliku u fi spazji pubbliċi magħluqa. L - I t a l j a , destinazzjoni popolari ħafna mal-Maltin għada fi Stat ta' Emerġenza u ftit ftit qed toħroġ minn lockdown ta' xaharejn li daħal fis-seħħ hekk kif il-pajjiż kien qed jissielet kontra t-tielet mewġa. Fit-30 ta' Marzu li għadda, l-Italja daħlet fis-seħħ kwarantina obbligatorja għal kull turist li jasal minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, bil-miżura tkun estiża għal kważi l-pajjiżi kollha mis-7 ta' April. Madanakollu, din il-miżura tneħħiet fis-17 ta' Mejju għat- turisti minn pajjiżi membri tal-UE (inkluż Malta), ir-Renju Unit u l-Iżrael, sakemm dawn jippreżentaw test negattiv għall-Covid-19 (li jkun sar sa 72 siegħa qabel il-wasla) u anke jimlew dikjarazzjoni. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ħabbar il-pjan għall- Italja biex tintroduċi "grenn pass" nazzjonali, qabel jidħol iċ-ċertifikat tal-vaċċin tal- Unjoni Ewropa. Draghi qal li dan se jkun qed jikkwalifika wkoll għat-turisti u jkun jinkludi informazzjoni dwar it-tilqim, jekk persuna qattx kellha u fieqet mill-virus jew inkella jekk tkunx għamlet test kontra l-Covid-19 li jkun irriżulta negattiv. Preżentament, fl-Italja hemm curfew bejn l-10pm u l-5am. L-Italja għandha sistema ta' erba' livelli biex tikklassifika r-reġjuni skont ir-rata tat- trasmissjoni tal-virus. Aktar ma jkun hemm trasmissjoni, aktar jiżdiedu r-restrizzjonijiet. Ir-reġjuni kollha, għajr il- Valle d'Aosta, jinsabu fil-livell 'isfar.' F'dan il-livell, il-bars u r-ristoranti jistgħu jibqgħu miftuħa, iżda jservu biss lin- nies barra. Jistgħu jibdew jaċċettaw klijenti fuq ġewwa mill-1 ta' Ġunju. Il-mużewijiet huma miftuħa iżda fil-weekends u l-festi, il- biljetti jridu jinqatgħu minn qabel. It-teatri, is-swali tal- kunċerti u ċ-ċinema huma miftuħa, iżda jistgħu jdaħħlu biss sa 50% tal-massimu, bid- distanza soċjali tibqa' dejjem fis-seħħ. L-Italja tneħħi l-obbligu tal-kwarantina; Qed tħares lejn l-introduzzjoni ta' 'green pass' nazzjonali Wara ġimgħat, mis-17 ta' Mejju, ir-Renju Unit ukoll fetaħ il-bibien tiegħu għat-turiżmu, anke jekk sa issa ħalla lil Malta barra mil-lista l-ħadra, jiġifieri mil-lista ta' pajjiżi meqjusa sigura għas-safar minn u lejn il-pajjiż. Fil-fatt, ir-Renju Unit, sa issa, għandu lista ta' 12-il pajjiż jew territorji, meqjusa sigura għas- safar. Dan ifisser li ma hemm l-ebda kwarantina imposta għal min jidħol fir-Renju Unit minn dawn il-pajjiżi. Uħud mill-pajjiżi mniżżla f 'din il-lista, inkluż l-Awstralja u n-New Zealand għandhom restrizzjonijiet stretti mmens fuq l-ivjaġġar u għalhekk dan ma jfissirx awtomatikament li se jkun hemm it-turiżmu bejniethom. Fil-każ ta' turisti minn Malta, kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, kull turist irid jibqa' għaxart ijiem fi kwarantina, jippreżenta test negattiv tal-Covid-19 qabel jaqbad it-titjira lejn ir-Renju Unit (mhux wara) u anke jagħmel test ieħor fit-tieni u t-tmien ġurnata tal-kwarantina. Fil-lista ħadra jew le, it-test negattiv kontra l-Covid-19 huwa dejjem obbligatorju. Fil-każ tal-Ingilterra, l-aktar destinazzjoni popolari mal- Maltin, ir-restrizzjonijiet qed jonqsu ftit ftit wara t-tielet lockdown li daħal fis-seħħ minħabba żieda qawwija fil- każi kawża tal-varjant tar- Renju Unit. Bħalissa wkoll hemm tħassib minħabba t-tixrid tal- varjant Indjan. Preżentament il- ħwienet huma miftuħa. Anke r-ristoranti, il-bars u l-pubs huma miftuħa u jistgħu jservu kemm fuq barra u anke fuq ġewwa. Il-lukandi, il-hostels u l-B&Bs huma miftuħa. Aktar restrizzjonijiet mistennija jitneħħew f 'Ġunju. I l - Gvern I n g l i ż q e d iħares lejn il-21 ta' Ġunju bħala l-ġurnata meta fl-Ingilterra tirritorna l-ħajja kważi normali, fejn saħansitra hemm ċans li jinfetħu n-nightclubs u jkunu jistgħu jibdew jerġgħu jsiru attivitajiet fuq skala akbar. Ir-Renju Unit kawt immens fejn jidħol is-safar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021