Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Tellieqa bejn il-pajjiżi biex jattiraw it-turisti; Minn kawt L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra biex jattiraw lit-turisti hekk kif is-sajf huwa wara l-bieb YENDRICK CIOFFI Hekk kif is-sajf jinsab wara l-bieb, diversi pajjiżi qed jaħdmu u jirsistu biex jibdew jilqgħu mill-ġdid lit-turisti u jagħtu mill-ġdid spinta lil dan is-settur li għal ħafna huwa essenzjali. Hemm pajjiżi li huma miftuħa u naqqsu sew ir-restrizzjonijiet, oħrajn huma aktar kawti u hemm pajjiżi li qed jaħdmu biex ikunu pass qabel ħaddieħor, inkluż bl-introduzzjoni ta' tip ta' ċertifikat tal-vaċċin nazzjonali, qabel ikun konkluż dak li qed tinnegozja l-Kummissjoni Ewropea. Pajjiżi oħra qed iħarsu jew saħansitra bdew jużaw 'SafePass' jew 'Health Pass' biex jintuża b'mod domestiku, kemm miċ-ċittadini u anke mit-turisti. Il-gazzetta ILLUM dahret dawra mad-destinazzjonijiet l-aktar popolari mal-Maltin u analizzat dak li qed jagħmlu biex ikunu attraenti f 'għajnejn it-turisti: Il-Greċja fetħet it-turiżmu fl-14 ta' Mejju ... test jew vaċċin u tista' sserraħ rasek Bħal Malta, it-turiżmu għall- Greċja (destinazzjoni li qed issir dejjem aktar popolari mal-Maltin), huwa importanti mmens għall- ekonomija tal-pajjiż. Kif ġara fil-kumplament tad- dinja, it-turiżmu ħa daqqa tajba minħabba l-pandemija u issa l-pajjiż qed jaħdem biex jerġa' jagħti r-ruħ lil dan is-settur, bil-Ministru għat-Turiżmu Harry eocharis jisħaq li l-ewwel indikazzjonijiet huma pożittivi. Il-pjan tal-Greċja jinkludi wkoll ċertu rekwiżiti biex iżomm l-imxija tal-Covid-19 taħt kontroll. Kull persuna li tmur il-Greċja qed tintalab timla 'Passenger Locator Form,' ġurnata qabel tasal. Ġej minn fejn ġej, kull vjaġġatur irid jipprovdi jew test negattiv tal-Covid-19 li jkun ittieħed 72 siegħa qabel il-wasla, jew inkella ċertifikat li juri li hu mlaqqam kompletament. L-istess rekwiżiti huma neċessarji meta persuna tivjaġġa mill-Ġreċja għall-gżejjer tagħha. Apparti minn hekk, il-Greċja qed tippjana wkoll li toffri t-tilqima minnufih lill-ħaddiema kollha fis- settur turistiku u anke lir-residenti li jgħixu fuq gżejjer jew inkella f 'postijiet magħrufa mat-turisti. Dan apparti kampanja qawwija ta' reklamar bit-tema tkun: "All you want is Greece." Ħafna mir-restrizzjonijiet li l-Greċja daħlet fis-seħħ, tneħħew fl-14 ta' Mejju u dan wara sitt xhur ta' restrizzjonijiet u lockdown strett immens. Fost dawn, biex persuna titlaq mid-dar tagħha, kellha tibgħat SMS. Din il-miżura tneħħiet u anke tneħħiet ir- restrizzjoni fuq l-ivjaġġar bejn ir- reġjuni. Ir-ristoranti u l-bars huma wkoll miuħa, anke jekk għalissa qed iservu lin-nies fuq barra. Fil-fatt, l-14 ta' Mejju kienet meqjusa bħala l-ġurnata li fiha l-Greċja se terġa' tiaħ it-turiżmu, l-istess kif Malta qed tħares lejn il- ġurnata tal-1 ta' Ġunju. Anke jekk ir-restrizzjonijiet ivarjaw minn post għall-ieħor, għadu fis-seħħ curfew bejn in- nofsiegħa u l-ħamsa ta' filgħodu. Il-maskri għadhom obbligatorji kullimkien fil-pubbliku, ħlief fir- ristoranti, fil-kafetteriji u fil-bars. Fit-taxis jista' jkun hemm sa tliet persuni, inkluż ix-xufier. Il-griza ta' Mykonos jidher li hija l - a k t a r popolari bħalissa. Il- bookings jidher li jammontaw għal 54.9% meta wieħed iqabbilhom mal-istess perjodi iżda qabel faqqgħet il-pandemija. Jidher li dan kollu qed iħalli l-frott u l-Greċja mistennija tkun fost l-aktar destinazzjonijiet popolari matul dan is-sajf. Sal-bidu ta' Ġunju, Spanja se tkun lesta li tuża ċ-ċertifikati tal- Covid-19 bil-għan li tiaħ mill- ġdid il-bibien tagħha għat-turiżmu, bil-Ministru għat-Turiżmu Reyes Maroto ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropa biex taddotta din il-miżura malajr kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni Ewropea għadha qed taħdem fuq dan iċ-ċertifikat bid-dettalji huma mistennija li jingħataw fil-ġranet li ġejjin, hekk kif diversi pajjiżi, inkluż Malta, qed jittamaw li jagħtu spinta lit-turiżmu minn Ġunju. Ftit tal-jiem ilu, Spanja neħħiet ukoll l-Istat ta' Emerġenza li kienet ilha fih minn Ottubru, bil-għan li l-Gvern ċentrali u anke dawk reġjonali ikollhom aktar kontroll fil-ġlieda kontra l-pandemija. Fil- fatt, għall-ewwel darba f 'xhur, l-Ispanjoli setgħu jivjaġġaw bejn ir-reġjuni u tneħħa wkoll il-curfew. Dan wassal għal ċelebrazzjonijiet kbar, b'nies jinżlu jiżfnu fit-toroq u jiċċelebraw fuq il-bajjiet. Tant u hekk, li kien hemm ċirkostanzi fejn saħansitra kellhom jissejħu l-Pulizija biex jikkontrollaw il- folol. Fi Spanja diffiċli tagħti spjegazzjoni tar-restrizzjonijiet li jeżistu hekk kif dawn ivarjaw minn stat għal stat. Madanakollu, il- maskra trid tintlibes dejjem meta persuna tkun f 'postijiet pubbliċi. Intant, dawk kollha li jidħlu fi Spanja qed jintalbu jimlew Healh Control Form (HCF), liema formola tista' timtela' onlajn. Wara li vjaġġatur jimla' l-formola, se jingħata QR code li jkun irid jippreżentah malli jasal fil-pajjiż. Fil-każ tat-turiżmu minn Malta, pereżentament Spanja qed titlob l i l l - Ma l t i n j i p p re ż e nt aw test negattiv tal-Covid-19 li jkun sar sa 72 siegħa qabel it-tluq. Rapid test mhux qed ikun aċċettat. Spanja lesta biex tibda tuża ċ-ċertifikat tal-vaċċin minn Ġunju Ċ i p r u w k o l l jidher li se tkun destinazzjoni popolari mat-turisti. Fil-fatt mill-10 ta' Mejju, Ċipru bdiet tilqa' turisti minn 65 pajjiż. It-turisti jridu jew jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin li juri li huma mlaqqma kompletament, jew inkella jipprovdu test negattiv għall-Covid-19 li jkun sar 27 siegħa qabel il-wasla. Jekk turist jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin, mhux qed jintalab jagħmel test. Apparti minn hekk, it-turisti kollha jridu jimlew formola onlajn qabel il-wasla. Mill-10 ta' Mejju, Ċipru neħħiet ħafna mir-restrizzjonijet hekk kif fil-ħmistax ta' qabel kienet f 'lockdown. Ir-ristoranti u l-ħwienet reġgħu fetħu l-bibien tagħhom. Biex persuna tidħol f 'dawn l-istabbilimenti, inkluż fir- ristoranti, trid tippreżenta dak li qed jissejjaħ 'SafePass' li jista' jinkludi tliet dokumenti: ċertifikat tal-vaċċin, prova jekk persuna tkun fieqet mill-virus fl- aħħar sitt xhur u/jew test negattiv tal-Covid-19. Dan is-SafePass qiegħed jintuża b'mod temporanju sakemm ikun introdott iċ- ċertifikat tal-vaċċin Ewropew, li se jkun qed jintuża miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Għalissa, f 'Ċipru għad hemm curfew bejn il-11:00pm u l-5:00am, iżda mistenni jintemm fl-aħħar ta' dan ix-xahar. Il-maskra trid tintlibes fis- supermarkets, fil-ħwienet, fil- knejjes, fl-isptarijiet u fil-lis, fost oħrajn. Fl-aħħar jiem, Ċipru neħħiet lil Malta mil-lista l-ħamra għal- lista amber għall-ivjaġġar. Dan ifisser li turist minn Malta li jkun imlaqqam kompletament kontra l-Covid-19 jista' jidħol fil- pajjiż mingħajr problemi. Jekk ma jkunx imlaqqam, turist irid jippreżenta test negattiv kontra l-Covid-19 li jkun sar mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-tluq. Ċipru tiftaħ il-bibien beraħ għat-turisti mlaqqma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021