Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista Jinqabdu jisirqu l-ħelu, bħal ċikkulata u twistees... Żewġ bniet jeħlu sentejn ħabs fuq delitt faħxi! J umejn ilu żewġ tfajliet, waħda minnhom ta' 14-il sena, inqabdu jisirqu il-ħelu minn vending machine u weħlu sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Għamlet sewwa il-Maġistrat wissiethom: "L-istat qed jagħtikom ċans ieħor" Għax iem li żewġ bniet jisirqu l-ħelu - dan delitt kbir kontra s-soċjetà. Delitt faħxi! X jiġifieri fis-satra tal-lejl bi ħsieb premeditat iż-żewġ bniet resqu inkiss, inkiss fejn il- vending machine u serqu kitkat, mars, pakkett twistees u Maltesers. U d-delitt huwa aggravat għax il-mars kienet mill- kbar, mank mars miż-żgħar, u ħadu tnejn. Mank serqu twistees wieħed u qasmuh bejniethom. X'għarukaża kif sirna! Dawn iż-żewġ bniet serqu minn ġo vending machine ta' Istitut tat-tfal. Issa biex ikollok il-kuraġġ tisraq il-ħelu tat-tfal tal-istitut trid tkun veru bla qalb! X'għarukaża, kif sirna! Aħna l-Maltin imdorrija nagħtuhom lil tal-Istitut mhux neħdulhom. Meta jkollna tieġ, wara li niffangaw u nsiru ħara, dak li jifdal u ma jkun iridu ħadd nibgħatuh l-istitut. U mhux ħelu biss nibgħatulhom. Kull biċċa ħwejjeġ li ma tibqax moda, nagħtuha lit-tfal tal-istitut. Hekk għallmuna l-iskola - agħtu miż-żejjed li għandkom. Żomm! Għax għadhom kif infurmawni li dawn iż-żewg bniet jgħixu fl-istitut fejn kien hemm il-vending machine. Allura as such serqu mid-dar fejn jgħixu! Imma xorta jibqa' delitt faħxi speċjalment f 'dan il- pajjiż fejn il-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd! Kif naħseb li jaf kulħadd, aħna pajjiż li kull min jikser il-liġi jieħu dak li ħaqqu. Tista' tkun politiku prominenti, tista' tkun uffiċjal tal-Gvern, tista' tkun biljunarju, issib li l-ġustizzja tinżel fuqek bla ħniena. Hekk magħmulin! Malta ix-xempju tad-dinja! Kif dawn il-bniet inqabdu kienu arrestati. Ħaduhom id-depot. Kif jiġri ma' kulħadd. Lil kulħadd jieħdu id-depot . Lil Yorgen Fenech biss ma kinux ġabu d-Depot u marru jinterrogawh Portomaso, "biex ma joqgħodux jiskomodawh u jaqilgħuh mid-dar." Imma dak każ uniku li qatt ma rajna bħalu f 'pajjiżna. U jekk jirriżulta li minn wara dahar il-madre dawn il-bniet biegħu il-kitkat u t-twisties li ma laħqux kielu u wara poġġew il-flus ġo xi karus sigriet - allura ir-reat jiggrava u jkun ħaqqhom iżjed minn erba' snin ħabs. Speċjalment jekk il-flus ikunu insewhom fil-jeans u l-Madre twaddabhom fil-washing machine u taħsel il-flus li jkunu ġew mis-serq ta' dan il-ħelu. Hawn Malta ma nurux ħniena lejn min jaħsel il- flus! Mill-ewwel il-Pulizija u l-AG u s-Servizzi Sigrieti jieħdu passi! Għalhekk kien important li lil dawn iż-żewg bniet li serqu il ħelu nitfgħuom il-ħabs. Dan messaġġ ċar lill-Ewropa. U mela jigi l-Parlament Ewropew u jgħaddi riżoluzzjoni kontra l-Gvern Malti minħabba l-qtil ta' Daphne u bil-wiċċ tost is-soċjalisti kollha tal-Unjoni ivvutaw kontra l-Gvern Soċjalista ta' Malta! U tgħid mhux se nemmen li David Casa u Roberta Metsola huma tant influwenti fil-Parlament Ewropew li rnexxilhom jikkonvinċu 95% tal-MEPs - anke tas-soċjalisti. Jiġifieri Casa u Metsola huma izjed influwenti mas-Soċjalisti, mit-tliet MEPs Laburisti? Tgħid mhux hekk! Ħasra li dawn il-bniet ma kinux laħqu weħlu l-ħabs għax lil tal-Ewropa konna nuruhom kif f 'Malta taħdem ir-rule of Law, anke ma' min jisraq il-ħelu. U Casa ma kienx joqgħod jilgħaba tal-ħelu! Kif tlifna il-valuri! Konna soċjetà li tiekol kemm Alla ħalaq ħelu, imma dejjem tixtrihom u mhux tisraqhom! Idjoti imperjali! Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM I l-ġimgħa l-oħra għamilt xi ħaġa li ma nħobbx nagħmel – li nikkumenta fuq il-comments board tal-gazzetta. Dan wara li nkiteb artiklu dwar il-mewt ta' Feliċ Aġius, ġurnalista veteran li kien ukoll militant laburista. B'mod mirqum ġie deskritt bħala suldat tal-Labour, billi kien deskritt bħala 'of Labour stock'. U ħoll xagħrek u ġib iż- żejt! Kien hemm min ħareġ is-senter u beda jispara bl-addoċċ fuq Matthew Vella l-Editur Eżekuttiv tal- MaltaToday. Jgħidulu Nazzjonalist (li mhux) u kull deskrizzjoni imaġinarja li tista' timmaġina. Turija ċara tal-injoranza grassa, maestuża ta' min jikkumenta u ma jifhimx bl-Ingliż. Il-kelma kretin u stupidu ma toqgħodx għalihom u hawn ħafna minnhom, inkluż Nazzjonalisti u Laburisti. Ċorma bħaħen, li ma jafux jaqraw u li meta jaqraw jifhmu ħażin. Imbgħad wara l-kumment tiegħi kien hemm wieħed li anke azzarda jgħid li jien qatt ma ddeskrivejt lill-Daphne bħala Nazzjonalista. Meta naqra dawn l-affarijiet ngħid bejni u bejn ruħi - vera għalxejn tikteb. Għax jekk kien hawn xi ħadd li kkritika u ma beżgħax minn Daphne kont jien, ferm qabel ma ħasbu fil-politika nies bħal Joseph Muscat jew li ħolmu biha persuni bħal Keith Schembri. Forsi dak il-kumment frivolu ta' xi ħadd li għajjarni li jien selettiv fil-kritika tiegħi u lanqas kien jaf x'għidt fuq Caruana Galizia - meta l-pinna tagħha kienet tfarrak in-nies - hija bħal ma jgħidu l-ingliżi 'wake up call' għalija. Forsi wasal iż-żmien li nieqaf nikteb, nintefa' naqra l-poeżija, nkabbar l-ixtieli u nintilef fin-novelli. 'Il bogħod mill-amneżija totali ta' dawk kollha li jibqgħu, ngħid x'ngħid, xempji ta' njoranza grassa u bħal ma kienet tgħid nannti idjoti imperjali. Ġenna tal-konkrit! Il-ġimgħa l-oħra fuq Arte, France 2 u BBC World dehru programmi fuq Malta. Tal- BBC fl-aħħar bdew juru Malta f 'dawl sabiħ u anke France 2 imma l-Arte, stazzjon Franċiż/ Ġermaniż xandar programm msemmi, 'Malta il-ġenna tal- konkrit'. Kien programm li seta' faċilment deher fuq stazzjon Malti. U bir-raġun, għax Malta saret mandra tal- ispekulaturi. Kien programm li intervista lill-protagonisti kollha u wera' kif Malta saret verament fabbrika tal-konkrit. Kerha u bla ruħ. Wieħed mill-kummenti fuq il-programm kien il-perit Alex Torpiano, il-persuna li kienet responsabbli mill- iżvilupp ta' Tigne point, monument ta' kemm u kif għandek taħxi pajjizek. Issa għal dnubietu Torpiano jservi bħala l-President ta' Din l-Art Ħelwa. Fuq il-programm qal illi qabel konna nibnu għax kien ikollna bżonn xi ħaġa, issa qed nibnu, skont hu, għax irridu ninvestu. B'ninvestu nimmaġina jrid jgħid, biex tagħmel il-flus mill-bini. U f 'qalbi għidt: Il-vilel ta' Sant Marija Estate fis- sittinijiet, il-vilel ta' Misraħ Kola, Ta' l-Ibraġġ u s-Swieqi fis-sebgħinijiet, il-flattsijiet f 'San Ġiljan u Buġibba, il- Gżira u Tower Road u M'Scala fit-tmeninijiet. Il-kumplessi kbar fi disgħinijiet fosthom dawk li Torpiano kkoordina, dawk ta' Tigne Point. Dawn għaliex saru…. għall-karità? Biex niġġieldu r-rebgħa ta' min qed jistupra pajjiżna rridu nifhmu minn fejn tiġi l-problema. Imbagħad irid ikollok min hu denju li jiġġilidiha. Ħa nżarmha għall-illum għax għajjejt nirrepeti!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021