Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jitħaddet mar-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea (PUEL) Lara Calleja. Qabelxejn jistaqsiha tesprimi l-fehmiet tagħha rigward il-kontroversji li nqalgħu dan l-aħħar matul il-proċess aġġudikattiv tat- tħejjija tax-xogħlijiet letterarji eliġibbli għal dan il-premju Ewropew. Id-diskussjoni mbagħad iddur fuq l-intellettwali pubbliċi u l-kitba impenjata, it-temi politiċi ewlenin illi jittratta r-rumanz rebbieħ tagħha Kissirtu Kullimkien u l-kittieba Maltin u barranin illi ħallew impatt qawwi fuq din l-awtriċi emerġenti. il-frustrazzjoni tiegħek. Tista' telabora iżjed dwar dan? U issa li erbaħt il-PUEL bi ktieb illi jittratta appuntu dawn il-ħwejjeġ, taħseb illi dax-xogħol letterarju tiegħek kapaċi jsaħħaħ imqar bi ftit is- sensibilizzazzjoni kollettiva dwar dawn l-isfreġji fil-livelli nazzjonali u Ewropej? LC: Iva, l-esperjenza li jtellgħu blokka kbira fletts ħdejja ħalliet impatt psikoloġiku negattiv fuq ġismi u fuq moħħi. Il-blokka damet sentejn tielgħa. L-istorbju kien jibda mis-6.30 ta' filgħodu u jibqa' għaddej sat-8.00 ta' filgħaxija. Immaġina! Tqum u tisma' ċ-cejser għaddej bil-mija. Tagħmel siegħa fit-traffiku. In- nervi jkunu diġà kważi messu mal-limitu. Imbagħad, wara disa' sigħat xogħol, terġa' tqatta' siegħa oħra fit-traffiku sakemm tasal lura d-dar u terġa' ssib jilqgħuk il-ħsejjes tal-kostruzzjoni. Din mhix storja tiegħi biss iżda ta' kulħadd. Hija l-istorja ta' kif Malta qed timxi lejn sfreġju ambjentali u nuqqas ta' spazji miuħa – sitwazzjoni tal-biki. Kif tista' ma tgħid xejn dwar din? U kif nista' niddeċiedi li nkun fatalista billi ma nagħmel xejn dwarha? Niem li iktar ma n-nies jikbru iktar forsi jirrassenjaw ruħhom u jkun faċli li jippreferu jitilqu milli jesponu dan kollu. Imma ngħid għalija dan hu pajjiżi u nitilqu biss meta nħossni ġġilidt għalih biżżejjed. Għax hawnhekk twelidt. Huwa hawn fejn għandi l-isbaħ memorji. Huwa hawn fejn inxomm irwejjaħ familjari: il-baħar, il-ħobż, il- birra. Huwa hawn fejn inħossni komda nitkellem l-iktar, b'din il-lingwa sabiħa, ikkulurita u xi kultant it ħarxa tagħna. Hawnhekk biss. U ma rridx li kaġun t'erbgħa min-nies bi bwiet ħoxna li jaħsbu li saru granallat ikolli bilfors nitlaq. U l-Maltin, fil-fehma tiegħi, għandhom jieqfu jiġġieldu bejniethom fuq aħmar, blu u aħdar u minflok iqumu mir-raqda. Għax fl-aħħar mill- aħħar il-politiċi tagħna mhumiex granallat u ħadd minnhom mhu ser jiġi f 'darna jwennisna meta l-isfreġju jibda jaffettwana ħażin. Jekk ma nitgħallmux ningħaqdu u nħanġru lkoll f 'daqqa ser jibqgħu jsiru iktar sfreġji. Imma hemm soluzzjoni. Fl-għaqda dejjem hemm soluzzjoni; huwa biss fil- firda li dawn jibqgħu jagħmlu li jridu. Minkejja li l-ktieb tiegħi Kissirtu Kullimkien għandu titlu negattiv xorta waħda jispiċċa billi jwassal il-messaġġ illi fl-għaqda tabilħaqq hemm is-saħħa. Din mhijiex xi teorija fantastika li ħriġt biha jien, imma hi l-istorja tal-bniedem li dejjem iġġieled għad-drittijiet tiegħu u fl-aħħar kisibhom. Bħala attivista mal- Moviment Graffitti ninnota kif meta n-nies jingħaqdu l-messaġġ joħroġ iktar qawwi. Ġieli tlifna battalji iżda rbaħna oħrajn ukoll proprju għax ingħaqadna kontra nies li jaħsbu li saru granallat. Finalment nirrispondi d-domanda tiegħek b'mod dirett: iva, bħala regola, f 'kull okkażjoni li nsib dejjem nipprova noħloq ċerta sensibilizzazzjoni fuq dak kollu li jkun għaddej: kemm jekk inkun għand tal-growser nitkellem mal-kaxxiera, kemm f 'xi protesta nħanxar ma' "xi erba' boloh m'għandhomx x'jagħmlu'', kemm meta naqbad neqred fuq il-Facebook u kemm fil-kitba letterarja. Din mhijiex xi ħaġa li nagħmel b'intenzjoni iżda toħroġ waħedha b'mod organiku, għax ġenwinament nemmen li s-sensibilizzazzjoni pubblika tista' titjieb b'xi ħaġa sempliċi bħall- informazzjoni u b'kif niddeċiedu li nwassluha. Ngħid għalija nemmen li iktar ma nużaw diskors komuni biex inwasslu l-messaġġ iktar kapaċi nagħmlu l-messaġġ tagħna aċċessibbli. L-argumenti intellettwali, għalkemm stimulanti, ħafna drabi ma jappellawx għan-natura prattika tiegħi li s-soltu tfittex li tiċċaqlaq lejn l-immedjat biex tipporova ssolvi l-problema. KS: Mhux spiss nistaqsi mistoqsijiet prevedibbli li jsiru s-soltu. Iżda din id-darba – ġaladarba qiegħed nitħaddet ma' kittieba emerġenti li saħansitra għadha kif rebħet premju internazzjonali – ma nistax ma nistaqsikx dan: fl-istess intervista ma' Reljić stqarrejt illi tnebbħek ħafna l-kitba ta' Immanuel Mifsud. Minbarra Mifsud, liema huma l-iktar kittieba u ħassieba Maltin u barranin li influwenzaw bil-kbir il-ħidma letterarja u politika tiegħek tul is-snin? Hemm ħwejjeġ oħra li jinteressawk mill-qrib apparti l-politika? Kien hemm xi litterati li ħallew impatt sod fuqek iżda mbagħad madankollu skartajt maż-żmien? X'direzzjonijiet taħseb illi ser jaqbdu n-narrattivi u tematiki tiegħek fil-ġejjieni? LC: Mingħajr ma nerġa' nirrepeti ruħi fit-tul fuq Immanuel Mifsud, l-istil tiegħu kien influwenzani ħafna għax kien dirett, bla ħafna kantunieri. Kittieba oħra lokali li ħallew impatt kbir fuqi kienu Alex Vella Gera, Loranne Vella u John Bonello. Għad illi dawn qrajthom f 'perjodi differenti ħafna lkoll ħallew fuqi impatt qawwi għax ħarġu ħafna 'l barra mill-comfort zones tal-letteratura Maltija. F'dawn il-kotba nħolqot struttura ta' narrattiva tajba u b'saħħitha ħafna. Mill-kotba kollha li qrajt – għalkemm hemm ħafna iktar xogħlijiet lokali li saħħruni – kien f 'dawn li semmejt illi l-iktar sibt in-narrativa li naspira għaliha. Il-kittieba barranin li influwenzawni huma bosta. Hemm l-awtriċi Sud Amerikana Isabelle Allende li fi żmienha rnexxielha tgħaqqad is-superstizzjoni, ir- realiżmu, il-politika u l-element storiku b'element maġiku u b'abbiltà inkredibbli fit-tiżwieq tal- lingwa. Fil-kitba jogħġbuni wkoll ċerti elementi oskuri li jmissu temi xejn konvenzjonali u pjuttost devjanti. Meta kont iżgħar qrajt, ngħidu aħna, kotba bħal dawk ta' Counte de Lautremont u Georges Bataille. Dik il-ħabta kont naqra biss awturi klassiċi bħal fost oħrajn Tolstoy, Balzac u Hugo. Kif kbirt imbagħad bdejt niaħ moħħi iktar għal tipi ta' letteratura oħrajn. Illum b'kulma naqra sirt inħoss bieb ġdid jinfetaħ fuq ħwejjeġ li qatt ma ħsibt dwarhom jew li qatt ma kont interpretajthom minn ċerti angoli partikolari. Il-ktiba hija proċess u finalment it-tir tiegħi jibqa' li ntejjeb u niżviluppa l-kitba tiegħi, anke permezz ta' korsijiet apposta. Doża bnina ta' kritika nsibha importanti wkoll għax b'hekk il-kitba tiegħi tkompli tgħaddi 'l quddiem. Nikbru, nitgħallmu u naraw...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021