Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557
06 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Il-Gvern qed jaħdem biex isalva darba għal dejjem Sorsi mill-kabinett jikkonfermaw li għaddejja ħidma biex il-Gvern isolvi darba għal dejjem il-problema tal-każini tal-banda marbuta b'kirjiet protetti anke wara li fl-aħħar ġimgħat ippropona l-istess id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-Gvern qiegħed jaħdem biex ikun jista' jsalva darba għal dejjem il-każini tal-banda li huma maqbuda f 'kirja protetta u li jkunu fil- periklu li jispiċċaw żgumbrati. Fil-fatt, sorsi kemm mill- Kabinett imma anke minn każini tal-banda, ikkonfermaw mal-gazzetta ILLUM li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq miżura li tista' sserraħ ras xejn inqas minn 20 każin tal-banda. Aktar kmieni dan ix-xahar, meta kien qed jindirizza l-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppropona li jitwaqqaf fond biex il-Gvern ikun jista' jixtri l-proprjetajiet li llum huma sede ta' każini tal-baned u li jkunu f 'riskju ta' żgumbrar minħabba kwistjonijiet marbuta mal-kera. Azzopardi, li huwa minn Raħal Ġdid, fejn Soċjetà Filarmonika kważi spiċċat fit- triq (ara aktar 'il quddiem), ippropona skema li permezz tagħha l-Gvern jixtri mingħand is-sidien, bil-prezz tas-suq, il- binjiet li huma sede ta' każini tal-banda u li jkunu se jiġu żgumbrati. Il-Gvern imbagħad ikun hu li jikri (b'rata mhux kummerċjali), l-istess sede lill- għaqda mużikali, permezz ta' kuntratt ta' ċens fit-tul għal 99 sena. Għalkemm dwar din il- proposta ma kien hemm l-ebda reazzjoni uffiċjali, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' każini, iżda fuq kollox ma' membri tal-Kabinett, li kkonfermaw li għaddejja ħidma biex il-Gvern iserraħ darba għal dejjem ras dawn il-każini u anke biex il- Gvern stess ma jibqax iffaċċjat b'multa wara l-oħra, kif ġara diversi drabi. Minkejja dan, l-uffiċjali tal-Gvern li l-gazzetta tkellmet magħhom ma kinux f 'pożizzjoni li jispjegaw jew jiżvelaw il-mekkaniżmu li qed iħejji l-Gvern għal dan il-għan. Is-Sede tas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid li kienet iffaċċjata b'ordni ta' żgumbrar u li għalissa kienet ġiet salvata bi żbrixx mill-Gvern