Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 George Hyzler Niżel biex jgħin lil sieħbu u spiċċa għereq miegħu f'San Pawl il-Baħar Fl-aħħar sigħat il-kampanja ta' tindif u tisbiħ 'Insebbħu Pajjiżna' qabżet l-400km ta' toroq u postijiet pubbliċi li tnaddfu mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku. Minn dawn it- toroq inġabru 510 tunellata ta' skart u materjal li qabel kien qed iħammeġ it-toroq tagħna. Dawn l-400km ta' toroq ingħataw nifs ġdid ukoll permezz ta' żebgħa ġdida fuq 174 central strips u roundabouts, issewwew 41 ħajt tas-sejjieħ jew tal- franka, inbiddlu 276 bozza tat-triq li ma kinux qed jaħdmu, u saret manutenzjoni fuq diversi bankijiet, railings, u għamara oħra tat-triq. Minbarra l-510 tunellati ta' materjal li nġabar minn dawn it-toroq, inġabru wkoll 185 tunellata ta' skart tal-kostruzzjoni mormi illegalment f 'diversi bnadi tal-pajjiż. "Dawn huma numri li juru l-ħidma sfiqa ta' bejn 450 u 700 ħaddiem tas- Servizz Pubbliku li qed jipparteċipaw f 'din l-inizjattiva u l-effett li qed tħalli din il-kampanja. Però l-akbar riżultat jista' jarah kulħadd: toroq nodfa u postijiet pubbliċi miżmuma sew," qal is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li l-uffiċċju tiegħu qed jikkordina din il-kampanja. Hu żied jgħid li dan mhux biżżejjed, u li fil-jiem li ġejjin 'Insebbħu Pajjiżna' ħa tqajjem aktar kuxjenza biex anke l-pubbliku jagħti s-sehem tiegħu u jżomm Malta nadifa. L-400km ta' toroq ikopru kważi t-toroq arterjali kollha ta' pajjiżna u diversi lokalitajiet li fl-aħħar jiem iddaħħlu f 'dan l-eżerċizzju, fosthom il-Belt Valletta, il-Mosta, San Ġiljan, Marsaskala, Birżebbuġa, Birkirkara, Tas-Sliema, il-Gżira, San Pawl il- Baħar, in-Naxxar, Buġibba, u l-Qawra fost oħrajn. In-numru ta' lokalitajiet mistenni jkompli jikber kull jum li jgħaddi. Il-kampanja 'Insebbħu Pajjiżna' tiġbor 510 tunellata skart minn 400km ta' toroq Żewġt irġiel ta' nazzjonalita' Niġerjana, sfortunatament tilfu ħajjithom wara li sabu ruħhom f 'diffikulta' fil- baħar f 'Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar. Matul il-lejl tal-Ġimgħa, għal xil-kwarta ta' filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm żewġ persuni qed jgħerqu. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li wieħed mill-irġiel waqa' fil- baħar u sab ruħu f 'diffikulta' biex jitla' lura l-art. Il-vittma l-oħra filwaqt li beda jgħajjat għall-għajnuna nieżel jgħin lil sieħbu li aktar tard sab ukoll diffikulta'. Fuq il-post issejħu għaddasa tal-Forzi Armati u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu liż-żewġ persuni mill-baħar. Huma sfotunatament ġew iċċertifikati mejta fuq il-post. Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021