Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Ittestjar tal-ewwel xorta tiegħu fl- Ewropa biex tiġi studjata l-kwalità tal-ilma tal-pjan It-teknoloġija użata tippermetti li ssir analiżi tal-ilma li jkun nieżel fil-ħamrija u l-blat, sabiex f 'każ ta' kontaminazzjoni jew tniġġiż, dan jista' jiġi indirizzat mal-ewwel Sistema ta' monitoraġġ taħt art agrikola se tkun qed itejjeb il- kontroll fuq il-kwalità tal-ilma tal-pjan biex jassigura l-kwalità u jnaqqas it-tniġġiż minn kimiċi fl- ilma. Dan il-proġett huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu fl-Ewropa. Il-proġett qed jitmexxa mill- Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma fi ħdan il-Ministeru għall- Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u huwa parzjalment iffinanzjat b'fondi ta' Koeżjoni Ewropej. Il-proġett qed isir b'kollaborazzjoni mal-kumpanija Sensoil, li hija l-moħħ wara din it-teknoloġija ta' monitoraġġ tal- ilma, biex tiġi żgurata l-kwalità u l-analiżi kontinwa tal-ilma tal- pjan. Din it-tip ta' teknoloġija ilha tiġi rriċerkata għal iktar minn 15- il sena u ħadmet fuq iktar minn 100 sit madwar id-dinja kollha. Grupp ta' esperti qed jagħmlu xogħlijiet fuq dan in-network ta' monitoraġġ li se jkun mifrux fuq 14-il sit agrikolu madwar Malta. Kull sit identifikat jagħmel użu minn prattiċi agrikoli differenti biex id-data analizzata tkopri tipoloġija differenti ta' art agrikola. It-teknoloġija użata tippermetti li ssir analiżi tal-ilma li jkun nieżel fil-ħamrija u l-blat. Dan jinkludi l-ilma tax-xita u tat-tisqija qabel ma jingħaqad mal-ilma tal-pjan, sabiex f 'każ ta' kontaminazzjoni jew tniġġiż ieħor, dan jista' jiġi indirizzat mal-ewwel, waqt li jittieħdu azzjonijiet ta' prevenzjoni sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni għall-ilma tal-pjan. Il-proġett huwa ta' importanza kbira għal Malta, għaliex l-informazzjoni miġbura se twassal sabiex jiġu mfassla miżuri iktar addattati għal dan is-settur. Din l-informazzjoni se tkun qed tasal għand entitajiet differenti bħal dawk fis-settur agrikolu u dak ambjentali. L-informazzjoni li se tasal minn din is-sistema qed tiffaċilita l-ħajja tal-bdiewa, għaliex se jkunu infurmati b'modi iktar effiċjenti kif japplikaw il-fertilizzanti fuq l-uċuħ tar-raba tagħhom u anke kif jistgħu jiffrankaw l-ilma, b'tagħrif ibbażat fuq il-prattiċi eżistenti tagħhom, u b'hekk jippermetti aktar sostenibbiltà fis- settur. Waqt żjara f 'wieħed mis- siti, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli rrimarkat dwar l-importanza ta' proġetti innovattivi bħal dan. Spjegat ukoll kif qed ikomplu jiġu milħuqa miri tal-Iżvilupp Sostenibbli hekk kif indikati mill-Ġnus Magħquda – b'mod partikolari, SDG 6 dwar l-immaniġġjar tar- riżorsi tal-ilma b'mod sostenibbli u fejn tidħol il-kwalità tal-ilma. Il-Ministru Dalli aċċennat ukoll għall-opportunitajiet oħrajn ta' riċerka fis-suġġett li dan il-proġett se jiaħ il-bibien għalihom, partikolarment ma' entitajiet bħall-Università ta' Malta u l-MCAST. "Dan il-proġett se jgħin anke biex il-bdiewa jkunu jistgħu jindunaw bit-tniġġis tal- ilma, b'riżultat li qed intejbu l-kwalità tal-ilma b'azzjoni aktar immedjata," qalet il-Ministru Dalli. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li qed isiru numru ta' inizjattivi b'investiment ta' madwar €24 miljun ko-finanzjati b'fondi Ewropej sabiex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali dwar l-użu u l-importanza tal-ilma u tal- konservazzjoni ta' din ir-riżorsa. Zrinzo Azzopardi kkonkluda billi qal li, "l-monitoraġġ tal-ilma huwa wieħed minn sensiela ta' inizjattivi biex isir studju dwar il- kwalità tal-ilma li għandna, u kif din il-kwalità tista' titjieb".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021