Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet Wara r-regatta ta' Bormla, l-kuntrattur Għawdxi Joe Portelli jifta' ħarstu lejn ir-Rialto ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kuntrattur Għawdxi Joe Portelli, tefa' ħarstu fuq il-binja tar-Rialto f 'Bormla hekk kif il-Partit Laburista - is-sid ta' din il-binja kbira - ħareġ espressjoni ta' interess aktar kmieni din is-sena, biex din il-binja u residenza li tmiss magħha fi Triq il-Pellegrinaġġ ikunu kummerċjalizzati. Interessanti li dan l-interess ta' Portelli, li huwa minn Nadur, jiġi wkoll fid-dawl tal-fatt li x-xahar li għadda huwa wera' interess fil-Klabb tar-Regatta ta' Bormla u sar l-isponsor ewlieni ta' dan it-tim permezz tal-kumpanija tiegħu JPortelli. Dan biss it wara li f 'Marzu tħabbar illi hu kien sar il-President tal-Klabb tal-Futbol Ħamrun Spartans, liema klabb rebaħ il- Premier League ix-xahar li għadda. Lura f 'Bormla sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li apparti Portelli hemm oħrajn li diġà qed juru interess li jmexxu u jikkumerċjalizzaw din il-binja kbira, li għal ħafna snin baqgħet vojta u tintuża biss għal xi attivitajiet, fosthom tal-Partit Laburista. Il-Partit Laburista jagħmilha ċara fl-Espressjoni ta' Interess li hu jrid jibqa' s-sid tal-binja u li l-attivitajiet kummerċjali proposti jkunu vijabbli u jwasslu għal dħul finanzjarju lill-Partit Laburista. L-espressjoni ta' interess li ppubblika l-Partit Laburista tgħid illi qed tistenna kunċetti kummerċjali u ta' negozju "ta' livell għoli ... għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tas-sit." Din l-espressjoni ta' interess ser iddum miuħa tliet xhur u l-Partit Laburista jrid li l-kumpanija li se tidħol għall-proġett tkun magħżula sa Diċmebru 2021. L-espressjoni tgħid illi kwalunkwe kunċett vijabbli ta' negozju jiġi kkunsidrat. Il-binja tar-Rialto hija protetta bi Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar, li jfisser illi għandha element ta' interess storiku u arkitettoniku jew inkella tikkontribwixxi għall-immaġini viżwali ta' Żona ta' Konservazzjoni Urbana. Alterazzjonijiet fuq ġewwa tal-binja jitħallew isiru biss jekk huma sensittivi għall-binja u huma tal-inqas detriment għall-karattru u l-arkitettura tar-Rialto. L-istorja tar-Rialto fil-qasir... Il-Binja tar-Rialto tinsab quddiem Misraħ Paolino Vassallo u quddiemha eżatt hemm il-Monument tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Dom Mintoff. Quddiemha hemm id-Dock 1, issa msebbaħ bil-binja rrestawrata li llum fiha l-Università Amerikana ta' Malta. Il-binja tar-Rialto hija ddiżinjata mill- Perit Edwin England Sant Forunier, fetħet fl-1954 u fl-1956 beda jopera fiha ċinema, sal-1982. Għal dawn is- snin kienet iċ-ċentru ta' divertiment ta' eluf ta' nies mill-Kottonera li kienu jmorru jaraw x'ħareġ minn Hollywood f'dan l-akbar ċinema f'din iż-żona. Iċ-ċinema fir-Rialto kien jiflaħ 1,100 persuna. Fl-1988 iċ-ċinema għalqet hekk kif l-udjenzi fiċ-ċinemas madwar id-dinja ħadu daqqa, b'din il-proprjetà ssir imbagħad tal-Partit Laburista. Siti lokali tal-aħbarijiet irrappurtaw kif il-Grupp Sadeen li tmexxi l-Università Amerikana ta' Malta kienet interessata li tixtri din il-binja, imma dan ma seħħx. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lid- Deputat Glenn Bedingfield li jmexxi wkoll il-Fondazzjoni Kottonera x'jaħseb dwar il- kummerċjalizzazzjoni ta' din il-binja. Huwa jisħaq li skont wieħed x'jifhem b'negozju u kummerċ. "Li r-Rialto jibqa' spazju vojt u mejjet ma naqbilx miegħu u hemm naqbel mad- deċiżjoni tal-Partit Laburista," beda jispjega. Huwa qal iżda illi jittama li tingħata preċedenza kemm lill- binja minn barra imma wkoll l-aspett kulturali għall-ispazji ta' ġewwa. Bedingfield sostna illi dan ma jfissirx li ma għandux ikun hemm spazju kummerċjali, b ħ a r - r i s t o r a n t i , li iżda jkunu qed j i k k u m p l i m e n t a w dawk li jagħtu spazju lill-poplu ta' Bormla u tal- Kottonera. Glenn Bedingfield fakkar illi l-Kottonera - minkejja r-rikezza storika tagħha - hija nieqsa ħafna minn dawn it-tip ta' spazji kulturali tant meħtieġa. Is-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa Civelli esprimiet l-istess linja ta' ħsieb u filwaqt illi qalet illi sa issa l-Kunsill Lokali ma kienx involut fid- diskussjoni hi esprimiet it-tama li din il-binja, l-ewwel u qabel kollox tiġi restawrata sabiex titgawda minn kulħadd - Maltin u turisti. Hija qalet ukoll mal-gazzetta ILLUM illi r-Rialto huwa post "merviljuż - trid tidħol fih u tarah biex tkun taf kemm hu prezzjuż" Zerafa Civelli qalet illi għalkemm ma tafx x'se jkunu l-proposti hija favur li l-post jieħu l-ħajja jew kif kien - bħala teatru/ċinema, jew inkella b'attivitajiet marbutin mal-arti u l-kultura. 'Il-Kottonera nieqsa minn spazji għall-arti u kultura...' Glenn Bedingfield Alison Zerafa Civelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021