Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 dejjem lill-każini fil-periklu ta' żgumbrament L-ILLUM ilha sninn issegwi l-kwistjoni tal-każini tal-baned maqbuda b'kirjiet protetti... Matul l-aħħar snin u xhur il-gazzetta ILLUM kienet qed issegwi l-kwistjoni ta' każini tal-banda li jew spiċċaw affaċċjati b'ordni ta' żgumbrar u salvati bi żbrixx mill- Gvern jew inkella każi li saħansitra spiċċaw quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, bil-Gvern jinstab ħati bi ksur u mmultat l-eluf. Ta' min ifakkar kif f 'April tal-2018, il-Qorti tal-Appell kienet ordnat l-iżgumbrament tas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid, mill-binja li ilha snin tikri fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid. Il-Gvern, kien ħareġ għonqu u ppreżenta emenda fil-Kodiċi Ċivili (ara aktar 'l isfel) li tagħti d-dritt lil kwalunkwe banda li qed tiffaċċja ordni ta' żgumbrament biex tħallas għaxar darbiet aktar f 'kera u b'hekk tibqa' fil-post. Din l-emenda, li llum il-ġurnata hija parti mil-liġi, kienet miktuba b'tali mod li tirrevoka s-sentenza kontra din is-Soċjetà Filarmonika. Iżda dan ma kien niżel tajjeb xejn mas- sidien tal-binja li akkost ta' kollox iriduha lura. Fil-fatt kienu kitbu lill-President tar- Repubblika (dak iż-żmien Marie Louise Coleiro Preca), jitolbuha ma tiffirmax il- liġi għax tikser il-Kostituzzjoni. Is-sidien kienu ressqu wkoll rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, l-ogħla Qorti f 'Malta, bil- għan li l-każin ikun effettivament żgumbrat. Il-każ ta' Stella Maris ta' Tas- Sliema... Din l-istess emenda kienet salvat ukoll lis-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta' Tas- Sliema mill-iżgumbrament hekk kif huma, simili għal dak li ġara lil tad-De Paule, kienu wkoll instabu ħatja li wettqu xogħlijiet strutturali mingħajr il-permess meħtieġ mingħand is-sidien. F'Diċembru li għadda, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat ukoll kif il-każin ta' Stella Maris f 'Tas-Sliema qed jappella mid-deċiżjoni tal- Qorti Kostituzzjonali li it jiem qabel kienet qalet li l-emenda tal-Gvern li "salvat" lil każini mill-iżgumbrament (ara aktar 'l isfel), tmur kontra l-Kostituzzjoni. Il-każ tal-King's Own tal-Belt Ta' min ifakkar ukoll li s-sidien tal-binja li llum tintuża bħala l-binja tas-Soċjetà Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta kienu ħadu lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea, wara li tilfu l-kawża f 'Malta. Il- Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kienet sabet lill-Gvern ħati ta' ksur tal- Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt ta' persuna fuq il-proprjetà tagħha. Fil-fatt, kienet ordnat lill-Gvern biex iħallas xejn inqas minn €592,000 bħala danni finanzjarji, €8,000 f 'taxxi fir-rigward ta' dawn id-danni kif ukoll €10,700 fi spejjeż. B'kollox €610,700. Fil-każ tal-King's Own, il-każ ma kienx idur ma' xogħlijiet strutturali iżda mal-fatt li l-binja kienet maqbuda b'kirjiet ikkontrollati u allura meqjusin bħala baxxi ħafna, meta wieħed iqis il-prezz tas-suq. Is-sidien, li kienu fetħu din il-kawża, kienu qed jargumentaw kif minkejja li minn fuq il- kirja għaddew aktar minn 70 sena, il-każin baqa' jħallas it. Sa dak iż-żmien tal-kawża, kien iħallas €1,164 fis-sena. L-argument tas-sidien kien li l-kirja hija baxxa ħafna meta wieħed jikkunsidra l-valur arkitettoniku, kulturali u storiku tal-post, apparti l-pożizzjoni strateġika tiegħu u d-dħul tiegħu. Kienu qalu li l-valur tal-kirja, skont is-suq, kien ta' €269,100 fis-sena. Fil- Qorti Maltija kien irriżulta li mill-bar biss, il-Każin idaħħal €45,000 fis-sena. '20 każin taħt mannara' Fid-dawl ta' dan, kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif f 'Malta hawn madwar 20 każin li jinsabu taħt il-mannara minħabba li huma maqbudin b'kirjiet ikkontrollat, bil-biża' tkun li dawn il-każi se joħolqu preċedent u anke s-sidien ta' dawn il-binjiet jipprovaw jieħdu l-proprjetajiet lura. Fost dawn hemm uħud mill-akbar każini tal-baned, bħal dawk ta' San Gejtanu u San Ġużepp tal-Ħamrun, iż-żewġ każini tal- baned Mostin, il-każin tal-Banda Duke of Connaught's ta' Birkirkara u anke l-każin tal- Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta' Ħal Qormi. Il-każ tal-Għaqda Mużikali San Leonardo L-Għaqda Mużika San Leonardo ta' Ħal Kirkop kienet għamlet snin ukoll tiela' u nieżla l-Qorti meta s-sidt tal-proprjetà li kienet tintuża bħala każin kienet argumentat li nkisrilha d-dritt bażiku tagħha meta l-binja kienet ġiet rekwiżizzjonata fl-1955. Is-sid kienet saħqet li hi qatt ma rrikonoxxiet lill-Għaqda Mużikali bħala inkwilin u spjegat li kienet qed tieħu biss Lm30 kull sena mill-kirja. Il-Qorti kienet qatgħet is-sentenza favur is-sidt u l-Għaqda Mużikali ntalbet toħroġ u anke tħallas €60,000 f 'kumpens. Il-Qorti Kostituzzjonali kienet biddlet din is-sentenza waqt li argumentat li r-rekwiżizzjoni kienet saret fl-interess pubbliku. Minkejja dan, l-Għaqda Mużikali San Leonardo ħasbitlu u xtrat biċċa art, fuq wara tal-knisja parrokkjali, biex tibni każin ġdid u jkun proprjetà tagħha. Bis-saħħa ta' benefatturi xtraw biċċa art ta' 300 metru kwadru li kienet tiswa €105,000. Id-Dipartiment tal-Artijiet kien tahom 25 metru kwadru oħra b'ċens għal 99 sena. X'għamel s'issa l-Gvern biex jgħin? Filwaqt li l-liġi tipproteġi dawk il-każini li kienu diġà jikru qabel l-1 ta' Ġunju tal- 1995, lura fl-2014 il-Gvern kien daħħal Avviż Legali biex filwaqt li jirrikonoxxi dak li qalet il-Qorti, jiġifieri li l-kirjiet protetti lill-każini kienu leġittimi, għaliex dawn jaqdu skop pubbliku, ikun ukoll qed jara li s-sidien kellhom jingħataw kumpens ġust u proporzjonat. Permezz ta' dan l-Avviż Legali, il-kirjiet protetti tal-każini (jiġifieri dawk ta' qabel l-1995) għolew b'10% fuq il-kera tas-sena ta' qabel għal tliet snin. Mill-2016, il-kera tal- każini bdiet togħla b'ħamsa fil-mija kull sena sal-2023. L-Avviż Legali jgħodd għall-każini tal- baned, iżda anke għal dawk politiċi, sportivi u oħrajn, kemm jekk mikrija mill-Gvern u kemm jekk mikrija mill-privat. L-istess Avviż Legali kien jistipola wkoll li ħamsa fil-mija tad-dħul li l-każin jagħmel minn kull attività ekonomika li seħħ fil- każin mikri, għandu jmur għand is-sid. Fl-2018, biex isalva lis-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule, il- Gvern kien ressaq emenda biex każini tal- banda li jintalbu jiżgumbraw, jingħataw id-dritt li jibqgħu jokkupaw il-fond, jekk jaqblu li jħallsu kera li tammonta għal għaxar darbiet aktar il-kera li tkun qed titħallas qabel is-sentenza. L-emenda, li issa hija parti mil-liġi, tistipola li l-kirja, għal dawn il-każini, ma għandhiex tkun inqas minn €5,000 fis-sena u lanqas ma tkun tammonta għal aktar minn 1% tal-valur tal-fond fl-1 ta' Jannar 2018. Is-sid, apparti kera ogħla, ingħata l-jedd li jitlob varjazzjoni fil-kundizzjonijiet tal-kera biex tagħmel tajjeb f 'każ ta' 'sproporzjonalità' li tirriżulta minn dak imsemmi hawn fuq. Il-liġi tgħid ukoll li l-Bord tal-Kera jew il- Qorti ma għandhiex tordna l-iżgumbrament tal-każin tal-banda meta l-alterazzjonijiet strutturali jkunu jikkonsistu f 'xogħlijiet "relatati ma' attivitajiet filarmoniċi jew soċjali tal-każin tal-banda." Tgħid ukoll li ordni ta' żgumbrar ma għandha qatt tinħareġ meta x-xogħlijiet ikunu "miljorament tal-fond u l-każin tal- banda jipprovdi garanzija... li tkun biżżejjed biex tħalli lis-sid jirrestawra l-fond għall- kundizzjoni li kien fiha qabel." Partitarji tas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema quddiem il-każin waqt il-marċ ta' nhar il-festa. Anke dan il-każin kien iffaċċjat b'ordni ta' żgumbrar u salvat mill-Gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021