Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Fl-agħar tal-Covid numru ta' ġenituri Maltin xorta telgħu l-Indja biex jadottaw lil uliedhom L-Indja għaddejja minn infern minħabba l-Covid-19. Imma ġenituri Maltin lesti jgħaddu minnu dak l-infern biex jieħdu lil uliedhom u jniżżluhom Malta. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Kummissarju Għoli Malti fl-Indja, Reuben Gauci ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li hija diffiċli wieħed jifimha - l-aktar jekk qatt ma għadda mill-esperjenza tal- adozzjoni u minkejja li kien hemm min staqsa għaliex familja li tilfet lill-missier għall- Covid-19 xorta telgħet l-Indja bin-numri daqtsant gravi, xi kultant mhu faċli xejn u lanqas ġust naqtgħu l-kundanna. Fil-fatt fl-istess ġimgħa illi matulha l-Indja kienet qed tiffaċċja madwar 400,000 każ ġdid ta' Covid-19 u eluf ta' mwiet kuljum u fl-istess ġimgħa illi matulha raġel Malti li tela' biex jadotta miet it qabel ma beda triqtu lejn Malta, żewġ familji oħra telgħu l-Indja biex iġibu lil uliedhom lejn Malta. Qal dan mal-gazzetta ILLUM il- Kummissarju Għoli Malti fl-Indja Reuben Gauci, meta kkuntattjat u mistoqsi minn din il-gazzetta dwar is-sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż illi ra prattikament kroll, taħt il- madmad tal-Covid-19. "Ara din xafra taqta' miż- żewġ naħat. Dawn ikunu ilhom jistennew u għaddejjin minn proċess sħiħ u li jiġbru lit-tfal ikun l-aħħar pass minn dan il-proċess. Qisek qed tgħid ilek sentejn tipprepara biex tiżżewweġ u dakinhar tmorru u ssibu l-Knisja magħluqa," qal Gauci. Huwa fakkar illi l-pariri jibqgħu hemm u wissa' li kif inhi s-sitwazzjoni fl-Indja "jeżistu riskji kbar". Dan minkejja li l-Kummissarjat minn kollox jagħmel biex jgħin u jkun maġenb il-familji li jkunu telgħu l-Indja biex jadottaw. "Inżommu kuntatt magħhom u nagħtu l-pariri dejjem biex jibqgħu ġewwa, imma jekk lanqas il-pajjiż ma jista' jlaħħaq - l-ambaxxata riżosri limitati għandha," saħaq Gauci. Huwa qal illi l-appell jibqa' dejjem biex ġenituri ma jmorrux l-Indja għalissa u jipposponu l-mawra tagħhom, "imma jkun hemm min jistaqsini - jekk is-sitwazzjoni tiggrava, x'se nagħmel b'ibni jew binti?" Huwa qal illi minkejja s-sitwazzjoni tal-Covid-19, għajr għal fit posponimenti s-sena l-oħra, Maltin li kienu se jadottaw, telgħu u niżżlu lil uliedhom magħhom lura Malta. 'Kont ma' martu u l-familja fl- aktar mumenti diffiċli' Il-gazzetta ma setgħetx ma tistaqsix lil Gauci dwar il-mewta traġika ta' missier li tela' l-Indja biex jadotta, ħa l-Covid-19 u spiċċa miet it qabel ma qabad l-ajruplan lura Malta. Il- Kummissjoni u hu x'parti kellhom f 'dan il-proċess? "Kellna kuntatt il-ħin kollu, mill-mument li inħarġet il-visa għat-tifla li l-koppja adottat," beda jispjega Gauci. "Kont mal- mara tiegħu fl-aktar mumenti diffiċli, anke waqt il-kremazzjoni ta' żewġha. Mument iebes ħafna," jgħid Gauci b'ton sobriju. Ikompli jgħid illi fl-aħħar mill- aħħar ix-xogħol tal-ambaxxati dak li hu. Dak li jieħu ħsieb lin- nies tal-istess nazzjonalità meta jkunu f 'dak il-pajjiż partikolari. Il-Kummissarju Għoli jgħid illi fi tmien xhur li ilu fil-kariga kellu madwar 20 familja li telgħet l-Indja biex tadotta, u dan dejjem matul il-pandemija - għalkemm naturalment hu beda fil-kariga meta n-numri kienu ħafna iktar baxxi. "Darba kien hemm waħda u qaltli: Kull ġurnata li tgħaddi u ma nkunux mat-tifel tagħna, hija ġurnata ta' aktar telf f 'ħajjitna." Imma għalfejn ħafna qed imorru l-Indja? Huwa jispjega kif l-Indja hemm ħafna tfal li jisfaw orfni u bħalissa huwa wkoll l-aktar pajjiż miuħ għal adozzjonijiet. Jgħid li saħansitra hemm lukandi li joperaw esklussivament għal ġenituri li jixtiequ jadottaw tfal Indjani. 'L-akbar problema hija n-nuqqas ta' ossiġenu u spazju fl-isptarijiet' Il-gazzetta tistaqsi lil Gauci jiddeskrivi s-sitwazzjoni fl-Indja bħalissa. "Xejn mhi sabiħa. Mal- 4,000 mewt kuljum u 400,000 każ kuljum u issa niżlu għal madwar 200,000 kuljum ta' Covid-19," qal Gauci li jfakkar li l-Indja huwa wieħed mill-pajjiż bl-akbar popolazzjoni fid-dinja, mal-1.2 biljun persuna - fi spazju ħafna iżgħar minn pajjiżi bħar-Russja u l-Amerika ta' Fuq. Huwa qal li l-varjant Indjan wassal biex il-virus inxtered b'mod veloċi ħafna - xi ħaġa li ħadd ma stenniha. "Ħadd ma kien preparat għal din iż-żieda f 'daqqa ... imma is-sitwazzjoni hija tali li f 'lukandi bħalissa ssib post għax tursti ma hawnx, imma post fi krematorji ma ssibx!" Minkejja xeni xejn sbieħ ta' eluf ta' nies mejtin u bil-Covid-19 jinħarqu - huwa jfakkar li f 'dan is- sens l-Indja kienet preparata hekk kif hija t-tradizzjoni ta' miljuni ta' persuni Hindu, li jikkremaw lil dawk li mietu. "L-akbar problema hawnhekk huwa n-nuqqas ta' ossiġenu u spazju fl-isptarijiet," spjega Gauci. Huwa qal ukoll illi l-Covid-19 affetwat il-visas lejn Malta, normalment għal madwar 12,000 persuna fis-sena. Minkejja dan qal illi x-xogħol u l-interess bejn iż-żewġ pajjiżi baqa' għaddej b'interess minn esportaturi Maltin u minn diversi fl-industrija fl-Indja, fosthom fil-farmaċewtika li jkaffar illi hija industrija kbira f 'dan il- pajjiż. Ifakkar ukoll illi minn dawk l-eluf ta' visas ħafna jkunu ta' studenti Indjani li jiġu Malta jistudjaw fl- Università jew skejjel privati. Gauci itemm jassigura li hu u l-ħaddiema fil-Kummissarjat huma siguri, bix-xogħol għaddej iżda b'attenzjoni u roasters, biex kemm jista' jkun jiġi evitat tixrid tal-virus. Jgħid ukoll illi l-kuntatt ma' Malta u mal-Gvern huwa kontinwu, b'appoġġ lokali li qed jasal għandu u l-ħaddiema kollha tal-Kummissjoni Għolja. Il-Covid-19 tat daqqa kbira lill-Indja Il-Kummissarju Għoli Malti fl- Indja Reuben Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021