Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 Il-gazzetta ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix: Allura l-PN u l-PL ma jagħmlu xejn tajjeb? Il-kandidata tal-ADPD stqarret li tajjeb li jkun hemm bilanċ u hemm affarijiet li taqbel u tinkoraġixxi. Fosthom hemm il-mod fir-rigward tal- pandemija fejn il-Gvern ta għajnuna lil numru ta' persuni biex jerġgħu jiġu fuq saqajhom. Semmiet ukoll id-dekriminalizzazzjoni tal- kannabis li għalkemm skont hi hemm bżonn ta' xi arranġamenti fl-abbozz imressaq iżda kien hemm bżonnha. Allura għaliex dejjem issemmi n-negattiv Sandra Gauci? "Immur fuq in-negattiv għax tant kemm hawn min ifaħħar u jkompli jfaħħar li bħal donnu l-ħażin qiegħed jintesa." L-oppożizzjoni għaliha qegħdin hemm "bħal fantażmi", qegħdin hemm fl-ispirtu "imma m'huma jagħmlu xejn." Filwaqt li kompliet tiddeskrihom bħala "praesente cadavere." Dehret frustrata aktar meta qalet, "qegħdin fil-parlament, għandhom ċans biex jisimgħuhom iktar minnha u pratikkament jibqghu l-iktar oppożizzjoni bla snien." 'Tinqeda bin-nisa biex tkabbar biss il-parlament u jkompli jkollhom aktar saħħa l-partiti l-kbar' L-aħħar suġġett, wieħed li Sandra Gauci kemm il-darba tkellmet fuqu u li issa se jkun qiegħed jolqotha naqa mhux ħażin, il-kwota tal-ġeneru fil-parlament. Il-mistoqsija kienet, "x'taħseb fuq il- kwota tal-ġeneru, kemm mill-perspettiva ta' mara u kemm mill- perspettiva ta' kandidata ma' partit żgħir?" Hi wieġbet li l-kwota kif ġiet proposta qegħda, "tinqeda bin-nisa biex tkabbar biss il-parlament u jkompli jkollhom aktar saħħa l-partiti l-kbar. Iż-żgħar għal darba oħra lanqas biss kienu kkalkulati." Kompliet tgħid li mill-kummenti li tara fuq il-midja soċjali diġà qegħda tagħraf li din il-kwota se taħdem bil-kontra. Dan għaliex, Gauci qegħda tinduna li hemm nies li se jivvutaw lill-irġiel u jgħidu "u iva mhux xorta se titla din, anke jekk ma nagħtihiex il-vot." Il-kwota weħidha f 'kliem il- kandidata tal-ADPD diġà qisa karità u strumentalizzazzjoni tan-nisa. Dan kollu apparti li hi wkoll diskriminazzjoni kontra l-partiti ż-żgħar. Sandra Gauci tfakkar li sa dan il- mument, hi tibqa' l-unika mara sa issa, li mhux mal-PN jew PL, li tista' titla' fil- parlament Malti bil-voti tan-nies biss. Esprimiet ukoll id-diżapunt li din saret biss "biex il-Gvern jidher li qiegħed jagħmel xi ħaġa għal ġeneru fil-parlament." Iżda affarijiet li vera jistimulaw mara u jħajjru mara tidħol għall-politika xorta ma ġewx diskussi. Sandra Gauci hawn semmiet numru ta' proposti li l-ADPD xtaq jiddiskuti f 'dan ir-rigward. Fosthom insibu li l-membri fil-parlament jaħdmu fuq bażi full-time. Bħalissa l-parlament skont Gauci hu biss, "hobby tal-avukati u s-sinjuri li jagħmluh meta jfettilhom." ABS News u r-raġuni għaliex Sandra Gauci tħajjret toħroġ għall-politika Il-gazzetta illum staqsiet lil Gauci għaliex ħarġet għall-politika u hawn hi qalet li kienu n-nies stess ta' ABS News li ħeġġewha. Sa issa Sandra Gauci għandha iktar minn 9,000 persuna li ssegwiha minn ġimgħa għal ġimgħa. "Nammetti li ġejt inspirata wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kont irrealizajt li l-politiċi ma'għandhomx min jagħmlilhom għassa. Ġurnalista m'iniex, investigattiva lanqas, imma għidt nista' nuri l-kummiedji li jagħmlu." Gauci ħadmet ukoll bħala stand-up comedian fil-passat u kien għalhekk illi l-ILLUM saqsietha kienx dan ix-xogħol li serva ta' ispirazzjoni għall-istil ta' ABS news. Hi qalet li fil-bidu kienet tipprova ddaħħal xi ċajta l'hemm u l'hawn iżda issa jekk idaħħak tkun għamlitha b'żball. Dan għaliex skont hi tant kemm hi rrabjata b'kemm iggravaw l-affarijiet li lanqas taħsibha li tiċċajta. Sandra Gauci stqarret li f 'din is-sena u nofs, kemm ilha tagħmel il-programm, irċeviet ħafna theddid, tgħajjir u hemm min saħansittra ddubita s-saħħa mentali tagħha. Gauci minflok ingħalqet ġo kamra u bkiet, ħarġet għal-politika. Hi se tkun qegħda tikkontesta f 'żewġ distretti, is-sitt u t-tnax-il distrett. "Trid tkun litteralment xierfa. Jekk ha toqgħod tieħu għalik, ma tkunx b'risposta pronta, ma tkunx preparata u ma tkunx ta' gazz mela ibqa id-dar, oqgħod ħit. Jgħidulek bħalhom ħa ssir. Issir jekk trid inti issir! Hawn min jitgħawweġ qisu chewing gum u hawn min ma jitgħawweġ b'xejn bħali." Hi temmet tgħid lil din il-gazzetta li hawn min ma jistax jiem kif mara qegħda titkellem fuq il-politika imma dik xorta mhux se taqtalha qalba. Tisma' ħafna, "kemm inti bossy", "kemm taqla' drama" u "mur lura fil-kċina" fost oħrajn. Temmet taċċerta, iżda li mhux se tħallihom jaffettwawha. issa kandidata tal-ADPD - Sandra Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021