Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum Mill-Plenarja: Kliem ta' solidarjetà u kritika mill-MEPs fuq l-immigrazzjoni Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM segwiet il-Plenarja tal-Parlament Ewropew illi matulha ġiet diskussa l-immigrazzjoni fil-Mediterran - minkejja l-ħafna kliem bħaċ-ċirasa u espressjonijiet ta' solidarjetà, ħafna MEPs ma qagħdux lura fi kritika ħarxa lejn in-nuqqasijiet tal-UE fuq din il-kwistjoni... ALBERT GAUCI CUNNINHAM Riesaq is-sajf u miegħu nistennew żieda fl-immigrazzjoni, hekk kif il-baħar ikun ħafna iktar kalm, il-ġranet ħafna isbaħ u allura apparati li jkun temp tajjeb biex immorru ngħumu, ikun temp tajjeb ukoll biex eluf jitilqu (ġeneralment - imma mhux biss) mil-Libja u jibdew traġitt fil- Baħar Mediterran għal wegħda ta' ħajja ħafna isbaħ u aħjar! U ma' dan il-fenomenu ta- immigrazzjoni u kriminalità jibda d-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar din il-materja. Fil-fatt din il-ġimgħa stess il- Plenarja tal-Parlament Ewropew, immexxija mill-Viċi President tal- istess Parlament Roberta Metsola, iddiskutiet l-immigrazzjoni fl-ibħra ta' madwarna u anke l-imwiet li seħħew - 747 diġà din is-sena, skont il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Portugiż Augusto Santos Silva (Il-Portugal qed tmexxi l-Presidenza tal-PE bħalissa). Dan flimkien ma' 20,000 persuna li diġà qasmu l-baħar Mediterran din is- sena, sal-aħħar ta' April. Xejn inqas minn 6,000 immigrant qasmu l-fruntiera tal-Marokk lejn Spanja fi ftit jiem - xiw ħaġa li ssemmiet minn diversi MEPs waqt ll-Plenarja, b'mod speċjali minn MEPs Spanjoli. Xi MEPs saħansitra talbu biex l-UE twettaq sanzjonijiet fuq il-Marokk talli qed tħalli dawn l-immigranti jgħaddu lejn Spanja. Id-dibattitu kien iżda immarkat b'sens ta' eżasperazzjoni minn diversi MEPs, b'ħafna jikkritikaw lill- Kummissjoni Ewropea talli mill- paroli qatt ma għaddiet għall- fatti u li fuq din il-kwistjoni hekk importanti mhix qed tidher b'saħħitha politikament. Dan juri illi l-ilmenti lejn l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha fuq l-immigrazzjoni mhumiex realtà lokali biss, imma realtà Ewropea wkoll. Kien hemm ħsieb mill-aktar diverġenti iżda dwar is-soluzzjoni għal din l-isfida: MEPs jisħqu fuq triq sigura u legali ta' immigrazzjoni u MEPs oħrajn jisħqu li l-UE jeħtieġ tagħmel bħall-Awstralja u tagħlaq il-fruntieri. Il-gazzetta ILLUM segwiet id- dibattitu u qed tipproduċi uħud mill-interventi fil-Parlament Ewropew, fosthom tal- Kummissarju Ewropew preżenti għas-sessjoni. 'Aħna nilqgħu l-immigrazzjoni marbuta max-xogħol' Il-Kummissarju Ewropew tal-Intern Ilva Johansson sostniet illi l-UE tilqa' l-immigrazzjoni ekonomika, ta' nies li ġejjin lejn l-Ewropa biex isibu x-xogħol u dan għaliex saħqet illi l-UE teħtieġ aktar u aktar persuni b'ċerti ħiliet biex jimlew eluf ta' postijiet tax-xogħol. Hija qalet illi dan qed isir filwaqt li l-Kummissjoni qed taħdem biex jiġi miġġieled l-ittraffikar u l-kuntrabandu u minflok jinħoloq mezz ta' kif dawk l-immigranti li jiġu hawn għax-xogħol jagħmlu dan b'mod sigur u legali. Għamlet referenza għall- immigranti deħlin Spanja, mill-Marokk, din il-ġimgħa u filwaqt li fakkret li hi marret il-Marokk diġà biex tiddiskuti din il-materja (kif ukoll il- Mawritanja u t-Tuneżija) sostniet li l-Marokk jeħtieġ jikkontrolla l-immigrazzjoni mill-fruntieri tiegħu u b'mod organizzat l-UE tara li tibgħat lura immigranti li ma jkollhomx jedd ikunu fl- Ewropa. 'Il-priorità hija l-ħajja' Għall-Ministru tal- Affarijiet Barranin Portugiż Augusto Santos Silva l-priorità għandha dejjem tibqa' l-ħajja u s-sigurtà allura, kemm tal- immigranti kif ukoll ta' dawk il-ħaddiema li huma parteċipi f 'missjonijiet ta' Tiftix u Salvataġġ. Huwa fakkar li din is-sena diġà qasmu l-Baħar Mediterran 20,000 persuna, meta s-sena l-oħra qasmu 100,000 filwaqt li mill-bidu tas-sena diġà tilfu ħajjithom 747 persuna. "Il-valuri Ewropej jridu jiġu mħarsa dejjem... il-Presidenza Portugiża qed taħdem għall-Konferenza li fiha jiġi diskuss iċ- ċaqlieq migratorju," sostna Silva li qal ukoll illi jeħtieġ jiġu meqjusa modi legali ta' kif persuna tidħol fl- Ewropa. 'Ieqfu parlaw fil-vojt' "Huwa skandlu li sitt snin minn kriżi ta' immigrazzjoni għad ma hemmx soluzzjoni!" Hekk sostna l-MEP Jeroen Lenaers f 'isem il-Partit Popolari Ewropew. Huwa sostna li l-proposti hemm qegħdin u ilhom isiru, fosthom, mekkaniżmu ta' solidarjetà, proċeduri ġusti li jitrattaw applikazzjonijiet ta' ażil u screening aktar mgħaġġel. Huwa ħeġġeġ lill- Kummissjoni u l-Presidenza biex jieqfu "bil-paroli vojt ta' simpatija u burokrazija u ħudu responsabilità. Ħudu azzjoni għax il-ħajjiet jiddependu minn dan." 'Mill-ġdid nitkellmu, filwaqt li n-nies imutu' L-MEP Simona Bonafè mill-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi kienet kritika wkoll tal-fatt li l-Parlament Ewropew qed jibqa' jiddiskuti din il-kwistjoni mingħajr waqfien imma mingħajr soluzzjoni. "Mill-ġdid qed nitkellmu dwar din il-kwistjoni filwaqt li għadna kif esperjenzajna 130 mewta it 'il bogħod mill-Libja." Hija staqsiet kif jista' jkun li dgħajsa tgħajjat għall-għajnuna u din tasal 48 siegħa wara. Bonafè saħqet li s-solidarjetà għandha tkun waħda tal-UE kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021