Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 solidarjetà li xbajna nisimgħu l-immigrazzjoni Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. 'Ġejjin hawn għax-xogħol' L-MEP Malik Asmani minn Renew Europe wkoll tkellem dwar l-immigrazzjoni ekonomika - bħal ma għamlet il- K u m m i s s a r j u Johannson. "L-unika mod biex nitrattaw din l-isfida huwa billi nirriformaw il- politika tal-migrazzjoni ekonomika. Dawk l-immigranti li jiġu hawn mit-Tramuntana tal-Afrika jiġu hawn għax-xogħol, mhux għall- protezzjoni," sostniet Asmani. '70,000 lesti biex jitilqu minn Sqallija' L-MEP Annalisa Tardino minn Identity and Democracy Europe (U mill-Partit Lega fl- Italja) sostniet illi suppost il-Parlament kien qed jiddiskuti realtajiet bħal dawk f 'Lampedusa. Sostniet illi hemm b'kollox madwar 70,000 immigrant lesti biex jitilqu minn Sqallija għall-Italja (mainland). " I s - s o l i d a r j e t à mhix biżżejjed...l- operazzjonijiet fuq il- baħar qed jinċetivaw, minflok iwaqqfu, l-immigrazzjoni." L-MEP tal-Partit tal- Ħodor Erik Marquardt staqsa għaliex l-UE mhijiex qed tiffinanzja u tgħin lil dawk l-għaqdiet non governattivi li qed jgħinu fis-salvataġġ tal-immigranti fil- Mediterran. Huwa sostna li l-opereazzjoni ta' Tiix u Salvataġġ mhix serja u staqsa għaliex dawn l-għaqdiet għandhom iċemplu seba' darbiet biex tasal l-għajnuna. Marquardt iddeskriva bħala "assurda" l-politika tal-migrazzjoni tal-UE. 'Għalfejn mhux tagħtu finanzi lill-NGOs?' L-MEP Nicola Procaccini mill-Partit tal-Konservattivi u Riformisti ma tantx kellu kliem sabiħ għal uħud mill-kollegi tiegħu fl-istess kamra. Huwa sostna illi filwaqt li l-partit tiegħu ma jaċċetta ebda mewt, l-imwiet "huma neċessarji għax-xellug biex imexxu l-aġenda p r o - i m m i g r a z z j o n i tagħhom." Procaccini qal illi hemm diversi soluzzjonijiet, fosthom li jkun deċiż qabel immigrant jitlaq minn pajjiżu għandux dritt u jikkwalifikax biex jiġi fl-UE jew le. Imbagħad jekk ikun eliġibbli jkollu d-dħul iffaċilitat. 'Għax-xellug l-imwiet neċessarji biex imexxu l-aġenda tagħhom' Il-membru Parlamentari Ewropew Malin Anna Björk, mill-partit e Le fakkret illi fl-2013 għerqu 260 persuna, 'l barra mill-kosta ta' Lampedusa u li dak iż-żmien bosta pajjiżi bdew jgħinu f 'operazzjonijiet ta' Tiix u Salvataġġ. "Imma minn dakinhar ħafna pajjiżi irtiraw minn dawn l-operazzjonijiet u rtiraw ukoll għajnuna finanzjarja li kienu qed jagħtu." Hi kkritikat il-fatt li bosta għaqdiet non governattivi qed jiġu "kriminalizzati u ppersegwitati" filwaqt li qalet illi fid-dawl ta' dan qed iseħħ pushback perikoluż ta' immigranti. "Ejja nsalvaw il-ħajjiet, mhux nikriminalizzaw l-NGOs," temmet issostni Malin Anna Björk. 'Insalvaw il-ħajjiet mhux nikriminalizzaw lill-NGOs' L-MEP mill- Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) Pietro Bartolo, li huwa wkoll resident tal-gżira ta' Lampedusa sejjaħ id- dibattitu bħala "ritwal redikolu." Huwa kkritika lill-UE talli qed turi - skont hu - li mhux kapaċi ssolvi din l-isfida, reali ħafna fil-gżira ta' Lampedusa fejn nhar id-9 ta' Mejju li għadda, fi spazju ta' it sigħat biss, waslu 1,000 fuq gżira li hija saħansitra iżgħar minn Għawdex. "Ma nkunux ipokriti!" jgħid Bartolo li jisħaq illi filwaqt li hu jara lill-immigranti neżlin b'għajnejhom jixfu l-uġigħ tal-vjaġġ li għadhom kif għamlu l-Parlament Ewropew sempliċiment jinħela jiddibatti. 'F'Lampedusa nara lin-nies neżlin u aħna hawn inparlaw' 'Ir-reazzjoni tal-Ewropa dejjem kienet talb u nitfgħu il-flus lejn din l-isfida' "Kemm se ndumu ngħoddu l-iġsma fil-Mediterran?" saħaq L-MEP Malti Cyrus Engerer, f 'messaġġ li għadda waqt din il- plenarja. "Ir-reazzjoni Ewropea għal dan kollu dejjem kienet li noffru t-talb u li nipprovaw ngħattu din l-isfida billi nitfgħula l-flus. Intant, inħallu l-pajjiżi fil- fruntiera tal-Unjoni Ewropea waħedhom, minkejja li dik il- fruntiera hi waħda Ewropea, fruntiera tagħna lkoll" qal Engerer. "Immaġinaw dawk is- 700 persuna, daqs kemm qegħdin Membri Parlamentari hawnhekk f 'dan il-Parlament, bilqiegħda fuq is-siġġijiet ta' quddiemna jispjegawlna x'wassalhom biex jitilgħu fuq dawk id-dgħajjes minkejja li jafu kemm il-vjaġġ hu wieħed perikoluż u mingħajr sigurtà," kompla Engerer, waqt li fakkar lil dawk kollha preżenti li l-vjaġġ biex jinqasam l-Mediterran baqa' wieħed mill- aktar perikolużi fid-dinja.