Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 analiżi IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum STORJA MIKTUBA BID-DEMM: IL-KUNFLITT BEJN IL-LHUD U L-PALESTINJANI F'artiklu maqsum fi tnejn il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn it-tensjoni, il-ġlied u d-demm li ċċarċar fi snin ta' gwerer, irvellijiet u taqlib politiku li ġabu magħhom snin fuq snin ta' kunflitt bejn il-Lhud u l-Palestinjani... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Matul dawn l-aħħar jiem erġajna smajna ħafna dwar dak li qed jiġri fil-kunflitt mdemmi, li ilu snin għaddej u li huwa ġerħa kbira (jekk mhux l-akbar) fil-Lvant Nofsani. Il-Kunflitt bejn l-Lhud u l-Palestinjani - kunflitt li mhux biss jixxokkja bl-atroċitajiet, l-attakki u l-vjolenza imma li huwa minsuġ b'demm ħafna nies, b'oppressjoni u b'interessi politiċi qawwija bejn l-Istati Uniti/Renju Unit u diversi pajjiżi Għarab. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa qasira lejn dan il-kunflitt dijaboliku, li ħalla tant nies mejta u eluf oħrajn jgħixu fil-biża' u titkellem ukoll ma' dawk li jafu s-sitwazzjoni politika f 'dan ir- reġjun fuq ponot subgħajhom. Minn fejn beda kollox... Il-kunflitt Iżrael-Palestina jmur lura għal 1882, meta kienet stabbilita l-ewwel żona fejn jgħixu l-Lhud, Rishon Le Zion minn fejn allura ħarġet l-espressjoni Żijonista li tirreferi għal nies Lhud. Il-kelma Zion ġejja mill-isem tal-għolja Zion f 'Ġerusalemm, magħrufa bħala l-Għolja tat-Tempju u llum l-għolja tal-Punent - bl-isem Har Tsiyyon bl-Ebrajk u Jebel Sahyoun bl-Għarbi. Matul dawn is-snin minħabba l-antisemtiżmu li beda jiżdied fl- Ewropa l-idea tar-ritorn lejn Zion, lejn il-Palestina bdiet issir aktar attraenti għal eluf ta' Lhud madwar il-kontinent. Fl-1897 kien organizzat l-ewwel kungress Zionista, tal-Moviment Zionista fl-Iżvizzera, bil-Mexxej ikun Chaim Weizmann, bl- għajta ta' Stat Iżraeljan fil- Palestina. Kien minn hawn li bdew jiċċaqalqu l-affarijiet bl- Imperu Brittaniku jibda mill- ewwel juri predispożizzjoni favorevoli għal din l-għajta. Fil- fatt Herbert Samuel, Ministru fil- Kabinett Ingliż, fl-1915 kien kiteb memorandum lill-istess Kabinett bl-isem: e Future of Palestine, illi fih hu qed appoġġ għat-twaqqif ta' żona residenzjali (settlement) Lhudija fil-Palestina. Jiġifieri kollox jorbot ma' din ix- xewqa jew ħolma ta' ħafna Lhud, li jmorru lura f 'arthom - l-art "imwiegħda" ta' David - imma li fiha kien hemm il-Palestinjani, il- maġġoranza tagħhom Musulmani. L-istorja ta' vjolenza Fl-1929 seħħet l-ewwel dimostrazzjoni u protesta tal- massa mill-Palestinjani kontra preżenza dejjem tikber ta' Lhud. Il- protesti saru f 'Al Buraq u seħħew wara li grupp ta' Lhud bdew jitolbu mal-ħajt ta' dak li huma jgħidu li kien it-Tempju maestuż ta' Erodi ta' Agrippa meqrud mir-Rumani u li tant nisimgħu dwaru fil-Bibbja meta Ġesu kien mar Ġerusalemm u qal il-famużi kliem "Inwaqqa' dan it-tempju u nibnih fi tlett ijiem." Il-Musulmani jemmnu li dak il-ħajt huwa parti mill-Moskea Al Aqsa. Mijiet ta' Lhud u Palestinjani inqatlu waqt dawn l-irvellijiet. L-irvellijiet kibru wara li l-forzi Brittaniċi qatlu lil Izz Ad-Din Al- Qassam, mexxej rivoluzzjonarju Palestinajn, bit-tensjonijiet jikbru għall-irvelli kbar fl-1936 meta bdew attakki fuq il-Lhud u t-truppi Brittaniċi fil-pajjiż. Dan flimkien ma' strajk u diżubbidjenza ċivili kontra l-Ingliżi, li kienu jmexxu l-Palestina, sabiex l-immigrazzjoni Lhudija tiġi kkontrollata. It-tieni parti ta' dan l-irvell kien ir-risposta lejn ir-ripressjoni tal-Brittaniċi b'attakki diretti lejn il-forzi tal- kolonjalisti. Bħal f 'kollox hawn ukoll hemm nuqqas assolut ta' qbil dwar in- numri ta' dawk li nqatlu bil-forzi Brittaniċi jgħidu li mietu mal-2,000 Palestinjan u studjużi Palestinjani jgħidu li nqatlu ħafna eluf aktar minn hekk. Fl-1946 kien hemm l-attakk tal- Grupp Terrorista Zionista Irgun fuq il-King David Hotel li qatlet 91 persuna u li l-istess grupp jgħid li kien attakk fuq l-Ingliżi wara Operation Agatha - li fiha suldati Ingliżi arrestaw eluf ta' Lhud biex l-Imperu Ingliż iwaqqaf dak li l-kolonjalisti bdew jaraw bħala stat ta' anarkija fil-Palestina. Imbagħad kien hemm dak li l-Palestinjani u bosta storiċi jaraw bħala każ ta' tindif etniku fil-villaġġ ta' Qisarya ħdejn Haifa, mal-Baħar Mediterran. Attakk mil-Lhud li qered u neħħa kull ma kien hemm f 'dan ir-raħal u minfloku inbnew djar għal-Lhud. Jitwaqqaf L-istat Iżraeljan - ċelebrazzjoni u għadab Nhar id-29 ta' Novembru 1947 huwa jum importanti f 'din l-istorja drammatika għax huwa l-jum li kien rikonoxxut Stat Iżraeljan wara riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda - liema riżoluzzjoni qasmet l-art fi tnejn, parti Lhudija u parti Għarbija. Wara li kienu ilhom mill-1917 jiggvernaw din l-art ir-Renju Unit ittermina dan il-mandat. Dan intlaqa' b'ferħ kbir u ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq mil- Lhud u minn għadab kbir mill- Għarab li ħalfu illi ma jirrikonoxxu qatt dan l-istat - xi ħaġa li ħafna pajjiżi Għarab għadhom sal-lum ma jirriutaw li jagħmlu. Minn hemmhekk faqqgħet gwerra li rat 1% tal-popolazzjoni tinqatel, gwerra magħrufa bħala tal-indipendenza. 33 pajjiż ivvutaw favur ir- riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda u 13 ivvutaw kontra. Fost dawk kontra kien hemm l-Eġittu, l-Afganistan, il-Pakistan, is-Sawdi Għarabja, it-Turkija, l-Iran, l-Iraq, l-Yemen u l-Kuba. Eluf kbar ta' Iżraeljani kienu mkeċċija minn pajjiżi Għarab, fosthom l-Eġittu. Il-ġlied u l-vjolenza kompliet b'massakri f 'Qalqilya u Khan Younis, fost oħrajn. Fl-istess sena li fiha Malta ħadet l-Indipendenza, fl-1964, kien iffurmat il-PLO, L-Organizzazzjoni Il-Palestinjani u l-Lhud, f 'taqbida kontinwa għal snin sħaħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021