Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M inn żmien għal żmien għall- aħħar snin is-suġġett tal-amb- jent, fil-forom kollha tiegħu, iqajjem rasu u miegħu disk- ussjoni u dibattitu, xi kultant protesti u xi minn daqqiet bidliet f 'deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel! Żgur iżda li mill-kwistjonijiet kollha ambjentali li qed jagħfsu fuqna, l-art, l-iżvilupp u l-bini jibqa' l-aktar punt li dwaru ħafna jaraw ferita dejjem tikber fuq wiċċ pajjiżna. Din il-problema għandha żewġt uċuħ: L-ewwelnett il-problema ta' min jagħmel u jinforza l-policy li għadu mmexxi u ddettat mill-politika partiġġjana u mill-policies li wara kollox jagħmel il-Gvern. Meta lura fis-snin, taħt l-eks Ministru George Pullicino, saret il-qassata u l-pastażata ambjentali tar-razzjonalizzazzjoni tal- konfini tal-iżvilupp, mhux dakinhar ħallasna l-prezz tagħha imma mill-2006 sal-ġurnata mqaddsa tal-lum. Is-sabiħa hi li dan l-eks Ministru kien qalilna li ħarġu b'rashom mgħollija mill-Parlament meta vvutaw favur dan il-pass li ra bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' art daqs is- Siġġiewi tinbena! Biex tara kemm kienet tibbrilla l-arroganza fost ċerti Ministri Nazzjonalisti! Dan ma jneħħi xejn iżda mill-fatt li fl- aħħar tlieta/erba' snin snin, issa taħt Gvern Laburista, ir-rata tal-iżvilupp tant kienet kbira u bla rażan - li nistgħu (naturalment) nsejħulha insostenibbli, pero' wkoll li hija allarmanti meta wieħed iqis ir-rata veloċi li biha qed jinbidel wiċċ pajjiżna. U dan ma tgħidux l-ILLUM jew xi għaqda ambjentali jew 'xi ħadd li moħħu fil-gremxul' - kif dawk tal-moviment pro-konkrit iħobbu jiddeskrivu li min irid ambjent aħjar biex mingħalih iċekken u jirredikola! Nhar il-Ħadd li għadda fuq e Sunday Times iċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar Martin Saliba qal hekk: "Mhuwiex tajjeb u san li l-kostruzzjoni tibqa' għaddejja bir-rata tal-aħħar tlett snin. U allura hemm bżonn bilanċ." Biex din qed jgħidha issa propju l-persuna li tmexxi din l-awtorità, allura naħsbu li vera wasal iż-żmien li nieqfu u naħsbu u nevalwaw xi rridu! U hawnhekk jidħol il-Gvern. Dan il-bilanċ, faċli tgħidu pero' mhux se jkun faċli twettqu. Mhux wara snin fuq snin illi matulhom il-kuntratturi ngħataw kważi dak kollu li riedu. Riedu zoo? Bnewh (illegalment). Riedu jgħollu aktar sulari? Għollew! Mhux qed ngħidu li l-iżvilupp huwa ħażin u lanqas qed ngħidu illi li kumpanija tagħmel profitti kbar huwa xi att kriminali. Imma l-bilanċ u r-rispett u anke l-estetika huma importanti wkoll. Li naraw illi l-irħula jżommu ruħhom u l-karattru tagħhom huwa importanti ħafna! Li ma jkollniex oxxenitajiet ta' blank walls, bħal ma naraw aħna u ngawdu l-veduta sabiħa tax-Xemxija u l-Mellieħa (dak il-blank wall oxxen wara l-knisja tax-Xemxija ta' binja) jew blank wall ieħor Baħar iċ-Ċagħaq ta' blokka li għadha kif inbniet. Xi kruha! Ħa jinbnew blokok fejn hu permess u f 'postijiet bħal Buġibba - fejn hu permess u minflok xi binja qed taqa', imma l-affarijiet isiru b'rispett lejn il-madwar u b'estetika aktar uniformi. U ejja ndaħħlu l-mentalità tal-kumpens għall-iżvilupp. Buġibba/Qawra, San Ġiljan u Tas Sliema - naslu ngħidu li huma l-aktar lokalitajiet li raw żvilupp qawwi. Fi it snin fil-Qawra (wara l-knisja) sa qed naraw bħal cluster ta' żvilupp massiċċ li fforma madwar erba' toroq ġodda kollha bi blokok kbar ta' appartamenti. Dan l-iżvilupp irid ikun ikkumpensat b'aktar siġar, aktar spazji miuħa u aktar spazji ta' rilassament! Sar xogħol tajjeb ħafna fit-tkabbir bil-qawwi ta' Kenedy Grove, l-aktar taħt Gvern Nazzjonalista u li kompla taħt dan il-Gvern. Għaliex m'għandux il-Gvern jixtri spazji abbandunati u jibdilhom f 'aktar spazji msaġġrin bħala kumpens għall-iżvilupp u l-uġigħ ta' ras kollu li jġib miegħu dan l-iżvilupp? Le, ma tarax! Għax il-mentalità ta' dan il-pajjiż hija 'ġib, ġib u ġib aktar. Flus, flus u aktar flus...u ara ma ssemmix siġar għax ngħodduk ta' hippie żmagat!' Imbagħad hemm problema oħra ħafna ikbar minn hekk. Il-qrubija dijabolika bejn dawk li għandhom il-miljuni - madwar forsi 10 u 20 familja - u l-partiti. Min jagħti r-rilkami b'xejn (imma mhux b'xejn), min jagħti minn taħt - skont il-liġi imma jagħti - biex imbagħad meta niġu għal xi permess - anke jekk ikun hemm 17,000 firma jgħaddi żgur. Għax dawk is-17,000 ma jistgħu qatt jagħtu lura lill-partiti daqs kemm jagħti lura dak il-wieħed. Għalhekk wasal iż-żmien li nesploraw il-possibilità ta' fondi mill-istat. Ħalli jinqata' l-kurdun bejn il-partiti u l-operat tagħhom minn mal-kuntratturi u negozjanti miljunarji/biljunarji li ma jagħtu xejn b'xejn! U qed ngħidu l-partiti għaliex bejn il-PN u l-PL ma hemm ebda differenza reali fuq dan is-suġġett. Billi l-PN jgħidilna "sostenibbilità" u jitfa' erba' buzz words mhu se jimpressjona lil ħadd. Min irid politika alternattiva fil-qasam tal-iżvilupp u l-qerda ambjentali li rajna fl-aħħar 15/20 sena mhuwiex qed iħares lejn il-PN. Għax il-PN fis-silenzju qiegħed - mhu jgħid xejn dwar Joe Portelli jew dwar il-proġett tad-db issa ma qal xejn reġà! Tgħid għax daħal fis-sodda wkoll? Billi l-Gvern jgħidilna li "għax il-PN għamel hekk u aħna ma nistgħu nbiddlu xejn hux!" mhu jimpressjona lil ħadd lanqas. Il-verità hi li inutli ngergru għax sakemm il-partiti jibqgħu komdi mal-kuntratturi se jibqgħu jagħtuhom u jbiddlu l-affarijiet biex ikunu komdi huma. Inkella kif se jkollna kampanja elettorali kollha tlellix? Il-poplu jrid ikun biex insalvaw l-ambjent... il-PN u l-PL fis-sodda mal-kuntratturi qegħdin!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021