Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum aħbarijiet YENDRICK CIOFFI Il-kampanja Restart li tinkludi DJs u operaturi ta' postijiet ta' divertiment, ippreżentaw pjan lill-awtoritajiet tas- saħħa biex b'mod gradwali, issa li l-pajjiż laħaq l-immunità tal-massa, jibdew jiftħu mill-ġdid attivitajiet, inkluż dawk tad-divertiment, għall-persuni li jkollhom f 'idejhom iċ-ċertifikat tal- vaċċin u f 'postijiet liċenzjati fejn ikun jista' jsir kontroll. Il-gazzetta ILLUM rat dawn il- proposti, fl-istess jum li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt il-programm XTRA, ħabbar li l-Kabinett approva ċ-ċertifikat tal- vaċċin li se jkun jista' jintuża biex jibdew jinfetħu xi "attivitajiet limitati," anke jekk ma speċifikax x'inhuma u minn meta jistgħu jibdew isiru. Il-kampanja Restart, li nediet ukoll petizzjoni Parlamentari, qed tipproponi li mill-14 ta' Ġunju jibdew jinfetħu b'mod gradwali l-attivitajiet ta' divertiment li issa ilhom xhur wieqfa. Il-proposta tagħhom hija din: • 14 ta' Ġunju: Jinfetħu attivitajiet u stabbiliment jilqa' sa 25% ta' kemm is- soltu jesa'. L-ammont ikun ikkalkulat fuq kull metru kwadru tan-nightlclub jew inkella l-istabbiliment liċenzjat fejn tkun se ssir l-attività. Il-massimu jibqa' ta' 300 persuna l-istess bħal fil-każ tat- tiġijiet, iżda l-persuni jkunu jistgħu jibqgħu bilwieqfa ġaladarba jkunu kollha mlaqqma • Lulju: Il-limitu jiżdied għal 50%, b'massimu ta' 800 persuna • Awwissu: Il-limitu jiżdied għal 75% b'massimu ta' 1,000 persuna • Settembru: Ftuħ totali għall- istabbilimenti kollha liċenzjati ġaladarba l-popolazzjoni kollha għandha tkun imlaqqma kompletament. Fil-każ ta' Ottubru u x-xhur ta' wara, l-operaturi u d-DJs qed jirrakkomandaw li jkun hemm aġġornament biex tkun assessjata s-sitwazzjoni. Imma kif se jsir il-kontroll? Id-DJs u l-operaturi qed jipproponu wkoll li jkun hemm ħaddiema tas-saħħa jew inkella uffiċjali apposta li fl-entratura tal-attività jew stabbiliment biex jivvalidaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal- vaċċin. "Jekk hemm bżonn, dawk l-uffiċjali jitħallsu mill-istabbilimenti liċenzjati stess," qed jisħqu l-operaturi wara din il- kampanja. Turisti li ħadu l-vaċċin biss Id-Djs u l-operaturi qed jappellaw ukoll li jkun hemm monitoraġġ estensiv fuq il-fruntieri. Qed jisħqu li dan huwa kruċjali. Qed jappellaw lill-awtoritajiet tas- saħħa biex għal dan is-sajf biss, jekk possibbli, jattiraw lejn Malta lil dawk it- turisti li ħadu l-vaċċin u lil uliedhom li ma ħadux il-vaċċin minħabba l-età. Qalu li dan jista' jseħħ faċilment u juri li l-industrija tat-turiżmu f 'Malta hija waħda serja, filwaqt li tkun qed iżżid il-kunfidenza tat-turist biex iħares lejn Malta bħala l-aqwa u l-aktar destinazzjoni sigura għas-sajf 2021. Nhar il-Ħamis li għadda, kif kienet ħabbret il-gazzetta ILLUM, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, reġa' kkonferma li mill- 1 ta' Ġunju, Malta se tkun qed titlob lil kull turist jew vjaġġatur biex jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin jew inkella test negattiv kontra l-Covid-19 mhux malli jasal Malta iżda qabel ma jaqbad l-ajruplan biex jiġi Malta. Il-kampanja Restart tipproponi ftuħ gradwali mill-14 ta' Ġunju għall-attivitajiet ta' divertiment ... tipproponi li dawn ikunu miftuħa biss għall-persuni li jkollhom f'idhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin li issa ġie approvat mill-Kabinett u li d-dettalji dwaru mistennija jingħataw il-ġimgħa d-dieħla Wieħed minn żewġ parties li saru bi prova f 'Liverpool wara li kull min attenda ntalab test negattiv tal-Covid-19 qabel u anke xi jiem wara. Minn 13,000 persuna, 11 biss irriżultaw pożittiv għall-Covid-19 minkejja li ma kienx hemm distanza soċjali u lanqas ilbies ta' maskri 'Kuntent bil-kumment tal-Ministru... qed jagħtina direzzjoni' Intant, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Matthew De Giorgio, is-sid tal-kumpless Gianpula Village u wieħed mill-operaturi wara l-kampanja. Insista li huwa kuntent bil-kummenti tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar l-approvazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex ikun jista' jintuża għal xi attivitajiet. "Aħna ħerqana biex nibdew nersqu lejn in-normalità fin-negozju tagħna fejn kulħadd iħossu sigur," insista De Giorgio. Saħaq li kif jixhdu l-proposti, huma jaqblu li kollox isir b'mod gradwali u pass wara pass biex ikun jista' jsir il- monitoraġġ. "Almenu qed jagħtina direzzjoni," insista De Giorgio waqt li tenna li issa qed jittamaw li l-awtoritajiet tas-saħħa jaqblu mal-proposti tagħhom u jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem id f 'id. Matthew De Giorgio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021